Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752
Permezz tiegħu rajna l-iskeletri jqumu mill-art bit-tarka u x-xabla jiġġieldu mal-umani, it- Titani, allat Griegi ta' qabel issa statwi tal-ħadid, jieħdu l-ħajja minn fejn kienu qed jgħassu t-teżori tagħhom meta xi umani daħlu biex jisirquhom, lil Medusa, mara li minflok xagħar f 'rasha għandha sriep tant kerha li min iħares dirett lejn wiċċha dlonk jinbidel fi statwa tal-ġebel, gremxul kbar itiru, ċiklopi (ġganti b'għajn waħda), dinosawri, kreaturi mitiċi nofshom umani u nofshom għasafar msejħa harpies u esseri diversi oħra tal-mitoloġija. Dawn kollha ħafna qabel beda jkun użat il-kompjuter għall- effetti speċjali viżwali. Il-krettu għal dan kollu jmur speċjalment għal Harryhausen, wieħed mill- aqwa esponenti ta' ġeneru ta' film maħdum bis-slow-motion animation. Din it-teknika ġiet użata għall- ewwel darba minn Harryhausen fil-film e Beast From 20,000 Fathoms u semmieha DynaMation — forma ta' animazzjoni avvanzata bħal meta wieħed jaqleb bil-għaġla l-paġni ta' ktieb biex l-istampi jidhru qed jiċċaqilqu. Infatti, fil-films futuri ta' dan l-espert esponent, il- kartelluni kienu jkunu rreklamati bil-kliem "in DynaMation" u meta din it-teknika saret aktar avvanzata, ir-reklam kien "in Super DynaMation". Raymond Frederick Harryhausen twieled nhar id-29 ta' Ġunju 1920 f 'Los Angeles u miet fis-7 ta' Mejju 2013 f 'Londra ta' 92 sena. Fl-1960 telaq lejn ir- Renju Unit fejn ipparteċipa fl- aħjar films tiegħu u sar cittadin Amerikan/Brittaniku. Beda jgħix fil-kapitali Ingliża u baqa' hemm sa mewtu. Matul ħajtu, dan l-istil innovattiv ta' effetti speċjali fil- films kien ta' ispirazzjoni għal diversi oħrajn. Meta kien għadu tifel, Harryhausen stagħġeb bil- kbir meta ra l-film mutu e Lost World u baqa' affaxxinat sewwa bis-sekwenza tal-ġlieda bejn id-dinosawri. Waħħal f 'moħħu li ladarba dawn il-mostri m'għadhomx jeżistu ried jerġa' jirxuxtahom b'mod jew ieħor. Fis-sena 1933, Forrest J. Ackerman ammiratur u kollezzjonista taċ-ċinema li wara kellu anki mużew, sellef sett ta' stampi tal-film King Kong (1933) lis-sid ta' teatru lokali. Dawn għal daqsxejn ma tiliomx għax it-teenager Harryhausen ried jixtrihom. Wara li ra King Kong bosta drabi għadda s-snin taż-żgħożija jesperimenta bil- produzzjoni ta' films qosra animati xprunat mill-ħafna akkaniti ġodda tax-xjenza fittizja tal-perjodu, fosthom ħabibu Ray Bradbury. Ried ikun jaf kif Willis O'Brien irnexxielu joħloq dawk il-mudelli f 'King Kong u wieħed ħabib laqqgħu ma' O'Brien. Fuq parir tiegħu beda jattendi klassijiet dwar l-arti grafika u skultura biex itejjeb il-kapaċitajiet tiegħu. Fl- 1939 sar ħabib kbir ma' Forrest J. Ackerman u flimkien ma' Ray Bradbury ingħaqdu mas-Science Fiction League ta' Los Angeles. Wara li studja l-arti u l-anatomija, akkwista impjieg bil-mudelli animati kummerċjali fil-films qosra ta' George Pal imsejħa Puppetoons. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija serva fis-Servizz Speċjali tal- Armata Amerikana taħt il- Kurunell Frank Capra (direttur rinomat tal-films) u fil-ħin liberu tiegħu beda jaħdem id- dar f 'films qosra animati dwar l-iżvilupp ta' tagħmir militari. Kien fl-1947 meta ħadem bħala animatur assistent fuq l-ewwel film tiegħu, Mighty Joe Young (1949). L-ewwel film li fih Harryhausen ħa l-inkarigu waħdu tal-effetti tekniċi kien e Beast From 20,000 Fathoms dwar dinosawru li jersaq lejn ħoss ta' ħorn minn fanal fuq il-baħar (lighthouse). Din il-produzzjoni marret verament tajjeb fid-dħul tal-flus minn madwar id-dinja u kien f 'dan ix-xogħol li uża għall- ewwel darba t-teknika "stop- motion animation DynaMation" maħluqa minnu. Il-ħabib tiegħu Irwin Allen (dak li xi 15-il sena wara ta' spinta enerġetika lill-films tad-diżastri b'sensiela ta' produzzjonijiet gwappi), stiednu biex jikkrea d-dinosawri fis-sekwenza preistorika tad-dokumentarju e Animal World (1956) flimkien ma' Willis O'Brien. Meta ltaqa' mal-Produttur Charles H. Schneer li kien qed jaħdem ma' Sam Katzman, direttur ta' films ta' baġit żgħar għall- Columbia Pictures, bdiet alleanza li verament tat frott. L-ewwel xogħol flimkien kien It Came From Beneath e Sea (1956), fejn qarnita enormi tattakka lil San Francisco. Il-film li kien imiss hu Earth Vs e Flying Saucers (1956) dwar aljeni minn pjaneta oħra ġo UFOs sofistikati jikkuntattjaw xjentist bħala parti minn pjan biex jirrendu lill- umani lsiera. Harryhausen kompla jirfina l-mestier tiegħu meta reġa' ħadem ma' Charles H. Schneer fi 20 Million Miles To Earth (1957). Vettura spazjali Amerikana tirritorna lura mill-pjaneta Venere (Venus). Din tikkraxxja fil-baħar qrib Sqallija u minnha toħroġ bħal bajda li żżomm f 'wiċċ l-ilma u tispiċċa f 'xatt. Meta tfaqqas, tfeġġ kreatura li permezz tal-atmosfera densa tad-dinja, tikber u tiżviluppa f 'qies ġgantesk f 'ħin qasir u twerwer liċ-ċittadini ta' Ruma. Il-mudell tal-Venusjan Ymir kif kien immudellat minnu tassew intlaqat tajjeb mill- udjenzi. Bis-suċċessi ma' kullimkien, wieħed wara l-ieħor, Harryhausen kien issa anzjuż li jesebixxi l-mudelli tiegħu ġo films bil- kulur. Din l-isfida fejn ried jiżviluppa s-sistemi tiegħu biex jibbilanċjahom mal-kulur għall- proċess DynaMation irriżultat li e Seventh Voyage Of Sinbad (1958) kien l-aktar film li daħħal flus f 'dik is-sena. Meta mqabbel mal-films kurrenti tax-xjenza fittizja u fantasija magħmula bl-immaġini ġġenerati bil- kompjuter, dan il-film tiegħu u oħrajn ta' wara tassew iħabbtuha magħhom. 14 films IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 • illum Carmel Bonnici Ray Harryhausen: Is-saħħar taċ-ċinema L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Raymond Frederick Harryhausen