Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535962
Iż-żewġ films ta' wara tiegħu mal-Columbia Pictures, e 3 Worlds Of Gulliver (1960) (mill-ktieb klassiku tat-tfal Gulliver's Travels) u Mysterious Island (1961) kellhom tifħir, kemm mil-lat artistiku, u anki tekniku u reġgħu għamlu profitt. Dan il-ġenju stess ammetta li Mysterious Island (minn fuq ix- xogħol letterarju ta' Jules Verne) u li fih naraw granċ enormi, kien l-akbar xogħol ta' sodisfazzjom kbir għalih sal-aħħar ta' ħajtu. Fl-1963, ukoll ma' Columbia Pictures u ma' sieħbu Schneer, wasal il-kapulavur tiegħu Jason And e Argonauts koproduzzjoni Brittanika / Amerikana. Din il-produzzjoni kienet mimlija sekwenzi animati fantastiċi, fosthom ġlieda elaborata bejn tliet umani u seba' skeletri li damu xhur biex ilestuha. Warajh għamel First Men In e Moon (1964) bil-proċess aktar raffinat SuperDynaMation, bħal ta' qablu, u bis-CinemaScope minn novella ta' H. G. Wells. Sfortunatament u sorpriżament, dawn iż-żewġ xogħlijiet ma tantx marru tajjeb fil- box-office meta ħarġu għall-ewwel darba. Din il-ħaġa u l-fatt li sar xi tibdil fit-tmexxija ta' Columbia Pictures irriżulta li l-kuntratt li kellu magħhom ma ġiex imġedded. Ta' min jgħid ukoll, bħalma dejjem jiġri, li l-gosti taċ-ċineisti kull tant żmien jinbidlu u l-imħabba li Harryhausen kellu għall-istejjer tal-fantaxjenza tal-passat ma kienx għadu "in voga". Issa, hu sar aġent liberu jaħdem ma' min irid. Il-kumpanija Ingliża Hammer Films li kienet tispeċjalizza f 'films tal-biża' u twerwir, bħal Dracula u Frankenstein, krietu biex "jagħti ħajja" lid-dinosawri f 'One Million Years B. C. (1966). Dan il-film kellu suċċess fid-dħul tal-flus ukoll permezz tas-sbejħa Raquel Welch liebsa bikini tal-ġild tal-annimali fi żmien il-preistorja. e Valley Of Gwangi (1969) kellu wkoll id- dinosawri u żiemel tassew ċkejken u Harryhausen reġa' inkariga ruħu biex jurihom jiċċaqilqu, din id-darba mal-kumpanija Warner Bros. u anki ma' Charles H. Schneer. Wara xi it snin bla xogħol, hu u Schneer tkellmu ma' Columbia Pictures dwar il-possibbiltà li jerġgħu jirxuxtaw il-karattru tal- baħri Sinbad. Dan irriżulta f 'e Golden Voyage Of Sinbad li ħareġ fl-Amerika fi żmien il-Milied tas- sena 1973 u li baqa' msemmi għall- ġlieda bix-xwabel kontra s-sitt idejn ta' Kali, l-alla mara Induista. Fl-1977 inħadem Sinbad And e Eye Of e Tiger li ma kinitx xi produzzjoni gwappa. Xorta dawn iż-żewġ xogħlijiet marru tajjeb fid- dħul tal-flus. Hu u ħabibu Schneer fl- aħħar kellhom il-libertà kollha mill-kumpanija M.G.M. biex jipproduċu film ta' baġit ogħla b'atturi rinomati u effetti speċjali varji u elaborati. Dan hu Clash Of e Titans (1981) fejn Harryhausen kien innominat għall-unur Saturn għall-effetti viżwali. Fih introduċa mostru tal-baħar speċi ta' qarnita enormi li kapaċi tgħarraq vapur kbir u kokka mekkanika verament ħelwa jisimha Bubo. Dan ukoll daħħal profitt sostanzjali imma kien wasal iż-żmien fejn din it-teknika ġiet issuperata bil-kompjuter u l-isforzi ta' dan l-artist spiċċaw fix-xejn. Din il-ħaġa sfurzat lilu u lil Schneer, li kien joqgħod maġenbu f 'Londra, biex jirtiraw minn dan ix-xogħol. Fis-snin sebgħin Harryhausen ikkonċentra l-isforzi tiegħu biex jawtorizza xi kotba u jissorvelja r-restawr tal-ħruġ mill-ġdid tal- films tiegħu fuq VHS u wara fuq DVD. Kotba oħrajn inkitbu mill- awtur ħabib tiegħu, Tony Dalton. Hu deher ukoll f 'xi partiċelli fi it films. Fl-1986 ifforma l-Fundazzjoni Ray and Diana Harryhausen biex jippreservaw il- kollezzjoni tiegħu u jippromovu l-arti tal-animazzjoni stop-motion u l-kontribuzzjonijiet tiegħu lejn dan il-ġeneru. Ray Harryhausen iżżewweġ lil Diana Livingstone Bruce f 'Ottubru tal-1962 u kellhom tifla jisimha Vanessa. Martu mietet ħames xhur warajh. Personalitajiet illustri taċ-ċinema bħal Steven Spielberg, James Cameron, Peter Jackson, George Lucas, John Landis u Nick Park isostnu li ħadu ispirazzjoni qawwija mix-xogħlijiet tiegħu. Terry Gilliam kellu biss tifħir għal dan l-artist tekniku formidabbli. Fl-ewwel sena tagħhom fejn bdew jonoraw kontributuri mhux letterarji, e Science Fiction Hall of Fame fl- 2005 aċċettaw lilu f 'din il-pożizzjoni għolja. Fl-2003 onorawh bi Stilla fil- Hollywood Walk of Fame. Unuri oħra għalih waslu mill-Festival ta' Film Fantastiċi ta' Amsterdam, unur BAFTA mill-British Film Institute u ieħor mis-Soċjetà ta' Effetti Viżwali. Ray Harryhausen tant kien metikoluż u intensiv f 'xogħlu li qatt ma kien ikun kuntent mill-ewwel. Dejjem ifittex kif jirfina, iżid u jivvinta li l-kreaturi tiegħu qatt ma jkollhom ras waħda jekk hemm bżonn ta' aktar, meta kellu bżonn ta' żeffiena mara-serp poġġielha erba' jdejn, jekk hemm il-ħtieġa ta' skeletru jxejjer ix-xabla mhux aħjar ipoġġi seba' f 'salt u l-alla mara bix-ximitarra mhux iżjed komda bi tmienja kontra żewġ avversarji. Medusa b'xagħarha mimli sriep kull wieħed jixxengel lejn direzzjoni diversa! L-eroj varji tiegħu, b'ħafna kreaturi u esseri oħra tassew ġibdu l-immaġinazzjoni tal-udjenzi ma' kullimkien! 14 films IL-ĦADD 1 TA' ĠUNJU 2025 • illum Carmel Bonnici Ray Harryhausen: Is-saħħar taċ-ċinema IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Raymond Frederick Harryhausen