MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535962

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA' ĠUNJU 2025 SEAN FENECH Minn tweġiba li ta l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, jidher li l-Gvern m'għandux xi pjan apposta biex jindirizza l-problema tad-droga fost iż- żgħażagħ. Meta l-Ministru kien mistoqsi mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Ħolqien ta' Spazji Ġodda Bernice Bonello dwar "x'passi qed jittieħdu biex l-abbuż u l-vizzju tad-droga fost iż- żgħażagħ, speċjalment fil-postijiet tad-divertiment, jiġi miġġieled", Camilleri wieġeb biss li l-pulizija qed tikkumbatti t-traffikar tad- droga. "Ninsab infurmat li l-prijorità tal- Pulizija fil-ġlieda kontra d-droga, hi li primarjament tiffoka fuq operazzjonijiet, investigazzjonijiet u ġbir ta' informazzjoni li jwasslu biex jiġu identifikati każijiet ta' traffikar u t-traffikanti, u b'hekk jinqered it-traffikar ta' droga biex din ma tilħaqx tasal fis-swieq lokali għal użu fost iż-żgħażagħ u kull persuna oħra", wieġeb il-Ministru. Apparti hekk, il-pulizija wkoll iwettqu "rondi u spezzjonijiet f 'postijiet fejn ikun hemm suspett ta' traffikar jew użu ta' droga anke fost iż-żgħażagħ", speċjalment fi ġranet u f 'postijiet fejn hu mistenni ħafna tbaħrid. Dawn jinkludu l-jiem tal-festi u l-weekends, kif ukoll postijiet fejn hemm attivitajiet u stabbilimenti tad-divertiment. Kemm pulizija bl- uniformi, kif ukoll dawk pajżana, iwettqu dawn l-ispezzjonijiet, qal il-Ministru. Minkejja li x-xogħol tal- pulizija fir-rigward tad-droga fost iż-żgħażagħ mhux magħmul apposta għall-każijiet li jinvolvu ż-żgħażagħ, l-istrateġija xorta waħda hi ta' suċċess, bħal kif qal il- Ministru, "Kif jirriżulta anke minn każi li nqabdu u tressqu l-Qorti din ħidma li qed tkun effettiva". Barra minn hekk, ix-xogħol tal-pulizija ma tiqafx mal- prosekuzzjoni tat-traffikanti, iżda "l-pulizija tinvestiga u taġixxi wkoll [fuq] rabtiet oħra li jkollhom dawn il-persuni." Il-Gvern m'għandux strateġija speċjalizzata fejn tidħol id-droga fost iż-żgħażagħ Kważi 2,500 roadblock is-sena l-oħra Biex il-pulizija tiġġieled kontra l-użu tad-droga fost iż-żgħażagħ, tiffoka primarjament fuq li teqred it- traffikar tad-droga — iżda tagħmel sensiela ta' spezzjonijiet f 'postijiet magħrufin għad-droga wkoll SEAN FENECH Fl-2024 il-pulizija wettqet 2,468 roadblock. Dil-informazzjoni hija meħuda minn mistoqsija parlamentari magħmula lill-Ministru Camilleri mill- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo. Bartolo staqsa lill-Ministru biex "jgħid kemm saru roadblocks fl-2024 u x'azzjoni ttieħdet fil-konfront ta' dawk il-persuni li nqabdu jiksru l-liġi?" Camilleri rrisponda billi ta ċ-ċifra mitluba. Fl-istess risposta, il-Ministru Camilleri tkellem ukoll dwar l-ambitu ta' dawn ir-roadchecks, u kif "ikopru kull lokalità ta' Malta u Għawdex". Tkellem it ukoll dwar l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawn l-ispezzjonijiet tat-triq, iżda ma kienx speċifiku għalkollox. Fil-fatt, qal li "jsiru mill-Pulizija ta' kull distrett madwar dawn il-gżejjer" u xi awtoritajiet oħrajn bħal "taqsimiet oħra tal-korp u ... aġenziji oħra," iżda ma qalx liema huma l-aġenżiji u liema huma t-taqsimiet tal-korp. Il-Ministru vag meta jwieġeb it-tieni mistoqsija Iżda meta wieġeb it-tieni mistoqsija, dwar l-azzjonijiet li ttieħdu meta sewwieq jinqabad jikser il-liġi, il- Ministru Camilleri ma kienx għalkollox ċar fit-tweġiba tiegħu. Il-Ministru għall-Intern qal biss li l-ispezzjonijiet li wettqu l-awtoritajiet imsemmijin aktar 'il fuq, "ġew imwaqqfa eluf ta' vetturi" fejn spiċċaw "inħarġu mijiet ta' tickets dwar kontravenzjonijiet li ġew identifikati". Barra minn hekk, ingħataw ukoll "numru ta' taħrikiet oħra, dwar reati konnessi ma' ksur ta' ligijiet mhux koperti bis-sistema ta' ticketing, mill-istess uffiċjali."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 June 2025