MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535962

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarjiet illum • IL-ĦADD 1 TA' ĠUNJU 2025 05 Skont l-aħħar rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), ir-rata annwali tal-inflazzjoni f'Malta, kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP), żdiedet għal 2.6% f'April 2025, meta mqabbla ma' 2.1% f'Marzu. L-ogħla żidiet fil-prezzijiet ġew irreġistrati fis-setturi tat-trasport u l-edukazzjoni, filwaqt li l-komunikazzjoni rreġistrat tnaqqis fil-prezzijiet. Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi jgħid li trid tinqata' kawża sabiex l-Awtorità tal-Artijiet tieħu l-Fortizza Bengħajsa Żieda fl-inflazzjoni f 'Malta f 'April 2025 Il-futur tal-Fortizza Bengħajsa qiegħed f ' idejn il-Qorti JAELLE BORG L-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO) ħabbar li f 'April 2025, ir-rata annwali tal- inflazzjoni f 'Malta, kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal- Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP), laħqet 2.6%, żieda minn 2.1% f 'Marzu. Dan ifisser li l-prezzijiet tal- konsumatur komplew jiżdiedu, b'żieda ta' 0.5 punti perċentwali fuq ix-xahar ta' qabel. Il-medja mobbli fuq 12-il xahar għall-istess perjodu kienet ta' 2.2%, li turi żieda stabbli fil-prezzijiet matul is-sena li għaddiet. Żidiet u tnaqqis fil-prezzijiet L-ogħla żidiet fil-prezzijiet ġew irreġistrati fis-settur tat-trasport, b'rata ta' inflazzjoni ta' 5.7%, segwita mill-edukazzjoni b'5.6%. Dawn iż-żidiet kienu l-aktar influwenti fuq ir-rata ġenerali tal- inflazzjoni, b'titjib fil-prezzijiet tas-servizzi tat-trasport bl-ajru u l-ispejjeż edukattivi. Min-naħa l-oħra, is-settur tal- komunikazzjoni rreġistra tnaqqis fil-prezzijiet ta' 3.7%, l-aktar minħabba tnaqqis fil-prezzijiet tal-apparat mobbli. Is-settur tal- għamara u tagħmir tad-dar kellu tnaqqis ta' 0.2%. Kontribuzzjonijiet għall- inflazzjoni ġenerali Il-kontribuzzjoni l-aktar sinifikanti għall-inflazzjoni ġenerali ġiet mis-settur tat- trasport, li żied 0.68 punti perċentwali, l-aktar minħabba żieda fil-prezzijiet tas-servizzi tat-trasport bl-ajru. Is-settur tal- ikel u x-xorb mhux alkoħoliku wkoll żied 0.68 punti perċentwali, filwaqt li r-ristoranti u l-lukandi żiedu 0.53 punti perċentwali, prinċipalment minħabba żieda fil-prezzijiet tas-servizzi tar- ristoranti. Meta mqabbel mal-medja tal- Unjoni Ewropea, Malta kellha rata ta' inflazzjoni ogħla b'0.4 punti perċentwali, peress li l-medja tal- UE kienet ta' 2.2% f 'April 2025. L-aħħar ċifri ppubblikati mill- NSO juru tħassib persistenti dwar iż-żieda fil-prezzijiet ta' diversi servizzi essenzjali, b'mod partikolari fit-trasport u fl- edukazzjoni. Filwaqt li Malta għadha taħt kontroll f 'termini ta' inflazzjoni meta mqabbla ma' żminijiet ta' kriżi, iż-żieda f 'April turi li hemm pressjonijiet reali fuq il-poter tax-xiri tal-familji. Dan jenfasizza l-importanza għal politika ekonomika mfassla tajjeb li żżomm il-prezzijiet stabbli, filwaqt li tappoġġja lill- konsumaturi — speċjalment dawk bi dħul aktar baxx — f 'dan il- kuntest ekonomiku li qed jinbidel b'rata mgħaġġla. ILENIA DEBONO L-eks Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal- Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi spjega fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari l-ħidma kurrenti sabiex il-Fortizza Bengħajsa ssir tal-Awtorità tal-Artijiet. Il-Fortizza Bengħajsa, li tkopri aktar minn 51,000 metru kwadru, ilha snin tużah għal skopijiet agrikoli wara li kienet inqassmet fi tliet kirjiet fis-snin sebgħin. Riċentement, inbeda proċess sabiex din il-proprjetà pubblika tgħaddi kompletament f 'idejn l-Awtorità tal-Artijiet. Wara li ntemmu uffiċjalment it-tliet kirjiet, l-Awtorità bdiet l-iżgumbrament tal-fortizza. Fil- passat, kienu ngħataw permessi biex jitrabbew l-annimali, iżda dawn il-kirjiet illum huma kollha tterminati. Ta' min jinnota li l-ewwel tentattiv sabiex il-fortizza tiġi ritornata taħt il-kontroll tal-istat beda fl-2011 mill-Eks Dipartiment tal-Artijiet, iżda dak iż-żmien l-azzjonijiet meħtieġa ma kinux twettqu b'mod effettiv. Illum, il-biċċa l-kbira tal- okkupanti illegali telqu mill-post, għalkemm għad hemm każ wieħed pendenti fil-Qorti. L-Awtorità qed tistenna l-konklużjoni ta' din il-kawża fuq parir legali qabel tkompli bl-iżgumbrament totali. Minkejja dan, il-kumplament tal- fortizza jinsab kompletament taħt il-kontroll tal-Awtorità. Fi żviluppi oħra, l-Awtorità mistennija tibda tneħħi strutturi illegali li nħolqu fil-fortizza matul is-snin, li għalihom diġà jeżistu avviżi ta' infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar. Din il-ħidma hija parti minn proċess aktar wiesa' li ilu għaddej u li qed jiffoka fuq ir- rkupru, il-protezzjoni u r-restawr ta' proprjetajiet pubbliċi. Sabiex jiġi deċiż l-aħjar użu għall-fortizza fil-futur, twaqqaf Kumitat Konsultattiv li se jevalwa diversi proposti u possibbiltajiet. L-għan ewlieni hu li l-fortizza, kif ukoll proprjetajiet simili, jiġu riutilizzati b'mod li jservu l-komunità u jippromovu l-aċċess għall-pubbliku. (Ritratt: Arkivji) Il-Fortizza Bengħajsa tkopri aktar minn 51,000 metru kwadru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 June 2025