MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 968 €1.50 IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 INTERVISTA MA' LARA DIMITRIJEVIC MILL-WOMEN'S RIGHTS FOUNDATION PAĠNI 6 - 7 F'sondaġġ ippubblikat mill-gazzetta oħt MaltaToday, il-Partit Laburista żied il-vantaġġ tiegħu fuq il-Partit Nazzjonalista minn 24,000 vot f 'April għal kważi 39,000 issa, u b'hekk reġa' kiseb l-istess vantaġġ ta' voti li kellu fuq il-PN fir-rebħa tal- elezzjoni ġenerali tal-2022. Dan juri li l-ġranet għal Bernard Grech bħala kap huma kwistjoni ta' meta – u jkun aktar għaqli jekk jiltaq minn kap u l-PN jaħtar kap ġdid li jista' jmexxih 'il quddiem. U fl-assenza ta' interess minn Metsola, il-PN se jkun kostrett ifittex nies minn ġewwa. Il-PL kiseb maġġoranza assoluta ta' 53.3%, li hija biss 1.8 punti perċentwali inqas mill-punteġġ tiegħu fl-elezzjoni ġenerali tal-2022. Il-PN ukoll qed jikseb 2 punti inqas milli kiseb fl- istess elezzjoni. Min-naħa l-oħra, meta mqabbel mal-elezzjoni ġenerali, il-vot għall-partiti terzi żdied minn 3.2% għal 7%, iżda jibqa' mifrux bejn Momentum, ADPD u numru ta' partiti oħra. Il-vantaġġ ta' erbatax-il punt tal- PL fuq il-PN qed iseħħ f 'kuntest ta' tnaqqis fin-non-voters fost il-votanti tiegħu tal-2022 u telf akbar fil-kamp PN favur partiti terzi u astensjoni. U waqt li l-PL issa jżomm 87% tal- votanti tiegħu tal-2022, il-PN qed iżomm biss 82%. L-istħarriġ jissuġġerixxi li l-istrateġija tal-PL biex jiġbed lura lill-votanti tradizzjonali tiegħu ħalliet il-frott, b'telf ta' voti lejn l-astensjoni li naqsu għal 6.7% minn aktar minn 21.6% f 'Settembru 2024. L-istħarriġ tal-MaltaToday jerġa' jikkonferma kemm mhux popolari l-Kap tal-PN Bernard Grech, li issa jinsab 31 punt wara Robert Abela – żieda minn 27 punt sentejn ilu. DAQQA KBIRA 'L ISFEL LILL-PN U SFIDUĊJA F'BERNARD GRECH In-Nutar Robert Aquilina, il-wiċċ tal-grupp Repubblika, se jittella' l-Qorti fil-bidu ta' Lulju akkużat bi vjolenza domestika u bl-arrest illegali tal-mara tiegħu. B'differenza minn ħaddieħor, hu ma ġiex imressaq b'arrest, għax il- Qorti ddeċidiet li ma taċċettax it-talba ta' arrest. Din id-deċiżjoni kienet ikkritikata minn bosta, fosthom gruppi ta' nisa. Aquilina, li rriżenja mill-grupp Repubblika, kien ħabbar li ż-żwieġ tiegħu wasal fi tmiemu u qal li se jirriżenja wkoll mill-Għaqda Repubblika, u se jissospendi lilu nnifsu mill-fergħa Maltija tal-grupp Falcone. Aquilina ppreżenta lilu nnifsu bħala paladin tas-sewwa u ġellied kontra l-korruzzjoni. Kien ukoll ikkunsidrat bħala sarima għall-Partit Nazzjonalista minħabba l-atteġġjament supernegattiv u anti-Laburista tiegħu. Kieku ma kienx għall-pulizija li kien għassa mad-dar fil- lejl tat-30 ta' Mejju, kieku ħadd ma kien ikun jaf bl-allegat vjolenza fuq il-mara tiegħu li talbet għall-għajnuna mill- pulizija preżenti. Wara assessjar mill-Appoġġ, il-każ tal-mara tiegħu ġie kkunsidrat bħala serju ħafna u fuq dan l-assessjar il-Pulizija kienu talbu li jiġi arrestat. Wara li sar magħruf x'ġara u l-istampa saret taf b'dan kollu, Aquilina beda jgħajjar fuq kif l-istampa saret taf din l-informazzjoni. Kien hemm min fakkar lil Aquilina li hu kien l-aħħar persuna li seta' jiaħ ħalqu fuq informazzjoni sensittiva li toħroġ fil-beraħ. Osservaturi politiċi jiddubitaw jekk l-Għaqda Repubblika tistax terġa' ssib saqajha wara din id-daqqa ta' ħarta kbira li qalgħet u jekk hijiex kredibbli jew le. Aquilina ħa jidher il- Qorti fil-bidu ta' Lulju Robert Aquilina akkużat bi vjolenza domestika u b'arrest illegali Stħarriġ tal-gazzetta MaltaToday | VOTAZZJONI: PL 53.3%, PN 39.7%, Momentum 3.1%, ADPD 1.6%, Oħrajn 2.2% • Parteċipazzjoni: 80.3% • FIDUĊJA: Robert Abela 50%, Bernard Grech 18.8%, Ebda wieħed 31.2% • PRESTAZZJONI TAL-GVERN: 3.1 minn 5 Robert Aquilina: minn paladin tas-sewwa għal akkużat bi vjolenza domestika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 June 2025