Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-aktar filosofija onesta titmejjel biha nnifisha. Tibda b'mistoqsijiet li ma jistgħux jitwġiebu, tfittex ċarezza biss biex imbagħad tikkrolla f 'paradoss, u tipprova tilħaq il-verità fl-istess waqt li tkun taf li mhux se jirnexxilha. Il-filosofija mhijiex tfittxija solenni għall-għerf iżda l-prattika tal-għejbien, li żżarma lilek innifsek, li toqgħod f 'nofs it-tifrik tat-tifsir. Jekk ma tweġġgħekx u ddaħħqek fl-istess ħin, mela mhijiex verament filosofija. Din it-taħdita tipproponi li l-filosfu huwa komiku fallut — mhux tad-daħq biżżejjed biex ikun komiku propju, iżda huwa wisq konxju tal-falliment tiegħu biex jittieħed bis-serjetà bħala għaref. B'għajnuna mill-eżistenzjaliżmu, il- pessimiżmu u l-psikoanaliżi negattiva, it-taħdita se tesplora kif il-filosofija ssir traġika permezz tal-komiku — kif id-daħk huwa l-aktar forma onesta ta' disprament. Dwar il-kelliema Julie Reshe hija filosfa mwielda l-Ukrajna, awtriċi ta' approċċ psikoanalitiku negattiv, u Lettriċi Mistiedna fil-University College Cork, kif ukoll Professur Mistiedna fil- University College Dublin. Hija wkoll id-Direttriċi tal-Istitut tal-Psikoanaliżi fiċ- Ċentru Globali għall-Istudji Avvanzati. Il-kotba riċenti tagħha jinkludu Negative Psychoanalysis for the Living Dead (Palgrave, 2023) u Death and Love: Psychoanalytic and Philosophical Perspectives (Routledge, 2025). Dettalji tal-Avveniment • Data: 12 ta' Ġunju 2025 • Ħin: 18:00-19:30 • Post: L-Università l-Qadima, il- Belt Valletta • Membri b'abbonament: €6 • Studenti: €8 • Anzjani: €8 • Nies mhux membri: €12 • Dħul + abbonament ta' sena: €25 Taħdita mill-filosfa Julie Reshe: 'Daħq traġiku: Għalfejn il-filosofija hija ċajta' Il-karozzella tal-Gran Mastru rrestawrata u lura għall-wiri fil-Palazz Tlesta x-xogħol ta' restawr fuq il-karozzella tal-Gran Mastru u din il-karozzella issa qed terġa' tifforma parti mill-esperjenza tal-viżitatur fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta. Fl-aħħar xhur, il-karozzella tal- Gran Mastru — vettura Franċiża tat-tip Berline mill-aħħar tas- seklu 18 — kienet qed tiġi rrestawrata minn tim dedikat ta' konservaturi fil-Palazz tal-Gran Mastru. Huma indirizzaw sinjali ta' degradazzjoni fil-materjali tagħha, mill-injam u l-ħadid sad-drapp u l-ġilda, filwaqt li ppreservaw in-narrattiva għanja li toffri. Fl-inawgurazzjoni tal- karozzella rrestawrata, il- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar il-ħidma mwettqa biex il-wirt storiku tagħna jingħata l-ġieħ li jistħoqqlu u rringrazzja lill-Fondazzjoni Eden Leisure talli ffinanzjat dan ix-xogħol. "Il-karozzella issa tinsab esebita b'mod permanenti, bħala mezz ta' edukazzjoni u ispirazzjoni. Dan huwa eżempju ċar ta' kif nistgħu nieħdu ħsieb il- passat, waqt li nibqgħu ngħożżu l-identità tagħna bħala poplu," temm jgħid il-Ministru Owen Bonnici. Noel Zammit, il-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, saħaq li: "Ir-restawr ta' dan l-artefatt, iffinanzjat b'mod ġeneruż mill- Fondazzjoni Eden Leisure, imur ferm lil hinn minn dak li hu tanġibbli. Huwa xogħol li jippreserva l-ġrajja li tirrakkonta l-karozzella bla ma titkellem. Din hi parti importanti mill-missjoni ta' Heritage Malta — li twassal l-istorja ta' kull artefatt b'mod li jiniehem minn kulħadd, biex il- vjaġġ twil li dak l-oġġett għamel sakemm wasal għandna jibqa' jiġi apprezzat." Kate De Cesare, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Eden Leisure, qalet: "Il-Fondazzjoni hija kburija li appoġġjat ir-restawr sħiħ tal-karozzella tal-Gran Mastru. B'investiment ta' €120,000, dan il-proġett jirrifletti l-impenn dejjiemi tagħna biex nippreservaw il-wirt kulturali Malti. Permezz ta' finanzjament u kollaborazzjonijiet simili, nixtiequ li teżori bħal dawn jibqgħu apprezzati u aċċessibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri." Użata mill-aħħar żewġ Gran Mastri tal-Kavallieri ta' Malta, Emmanuel de Rohan-Polduc u Ferdinand von Hompesch, iżda marbuta l-aktar ma' dan tal-aħħar, il-karozzella oriġinarjament kienet indurata u tinkludi ġewwieni tal-bellus aħdar. Hija rat bosta bidliet matul is-sekli — ewlenija fosthom iż-żieda ta' erba' immaġini ovali li jinkludu emblemi tar- Rivoluzzjoni Franċiża, matul il- ħakma qasira Franċiża tal-gżira. Storja popolari tirrakkonta li l-Gran Mastru kien bagħatha biex tittrasporta lil Napuljun Bonaparte, iżda dan irriuta li jirkeb fiha. Il-karozzella issa ħadet postha mill-ġdid fil-wirja permanenti tal-Palazz tal-Gran Mastru, biswit l-istalel tal-Palazz, biex b'hekk se tkompli tkun għajn ta' ispirazzjoni u edukazzjoni għall- ġenerazzjonijiet tal-lum u tal- ġejjieni. Dan l-intervent ta' restawr jifforma parti mill-proġett akbar ta' restawr tal-Palazz tal-Gran Mastru — l-aktar proġett ta' konservazzjoni ambizzjuż ta' Heritage Malta sal-lum — li jmur lil hinn mir-restawr tal-binja biex jippreserva wkoll artefatti imprezzabbli bħall-karozzella tal-Gran Mastru, li jsaħħu s-sehem tal-Palazz bħala simbolu nazzjonali tal-identità Maltija. Użata mill-aħħar żewġ Gran Mastri tal-Kavallieri ta' Malta, Emmanuel de Rohan-Polduc u Ferdinand von Hompesch, il-karozzella oriġinarjament kienet indurata u tinkludi ġewwieni tal-bellus aħdar Jekk il-filosofija ma ġġegħlekx tidħaq u tiddispra fl-istess ħin, qed tagħmel xi ħaġa ħażina — ingħaqad magħna ħa tkun taf għalfejn