Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164
13 arti u kultura IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Endless Expressions — Titnieda l-esebizzjoni tal-artist Shawn Carl Agius "Endless Expressions" hija l-esebizzjoni tal-artist Shawn Carl Agius, fejn huwa jesplora s-setgħa siekta tal-kuluri fil- Mużew Wignacourt Rabat, Malta, mill-14 ta' Ġunju sat-2 ta' Lulju 2025. Permezz ta' sensiela ta' xogħlijiet emozzjonanti astratti, Agius jistieden lill-viżitaturi jirriflettu fuq kif il-kulur jaffettwa s-sentimenti, il-ħsibijiet u l-memorji tagħna — anke mingħajr lanqas biss nindunaw. Bħala bniedem li jbati mill- anzjetà, Agius jaħrab minn din id-dinja jqatta' ġranet joħloq dawn il-pitturi li huma mibnija bil-mod u b'paċenzja kbira, b'saffi ta' tikek u dellijiet. Agius juża l-forma astratta, mhux biex jispjega, imma biex iqanqal u jħalli lill-kulur jitkellem waħdu. Ir-riżultat hu esperjenza emozzjonali immersiva li ġġiegħlek tħoss u taħseb. "Il-kulur jinfluwenza ħajjitna kontinwament," jgħid Agius. "Aħna nirreaġixxu miegħu istintivament, anke meta ma nkunux konxji. Din il-wirja tittratta proprju dik ir-rabta siekta." Bħala Rabti b'qalbu fil-komunità, Agius iġib miegħu, kemm sens ta' identità lokali, kif ukoll influwenza artistika internazzjonali. Endless Expressions mhijiex biss wirja ta' arti — hija stedina biex nieqfu, inħossu, u nisimgħu dak li jista' jkun qed jgħid il-kulur. Malta International Contemporary Art Space (MICAS) ħabbar it-tieni wirja tiegħu, L-Ispazju li Ngħammru fih, li se tkun imnedija s-Sibt, l-14 ta' Ġunju 2025, u li tinkludi xogħol minn sitt artisti stabbiliti Maltin. Is-sitt artisti Maltin huma Caesar Attard, Vince Briffa, Austin Camilleri, Joyce Camilleri, Anton Grech u Pierre Portelli, b'wirja li se tinkludi pitturi, skultura, u xogħol awdjo-viżiv. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti Owen Bonnici ħabbar il-wirja flimkien mad- Direttur Artistiku tal-MICAS, Edith Devaney. "Din il-wirja timmarka pass sinifikanti għall-arti kontemporanja Maltija. Qed nesebixxu artisti Maltin li b'xogħolhom iħabbtuha ma' artisti oħrajn internazzjonali, u żewwaqna ħolm li kellu dan il-pajjiż biex ikollna spazju sabiex nesebixxu, kemm xogħol internazzjonali, kif ukoll Malti – kienet sfida kemm biex invaraw dan il-proġett iżda anke biex inżewġu l-ambizzjoni li nattiraw artisti internazzjonali lejn Malta ma' dik li nagħtu pjattaforma internazzjonali lill-artisti Maltin. Ninsab kuntent li l-MICAS huwa impenjat li jiċċelebra l-arti Maltija fl-ogħla forma tagħha u jġibha fi stadju internazzjonali usa'," qal Bonnici. Id-Direttur Artistiku tal- MICAS Edith Devaney qalet li s-sitt artisti li se jidhru f 'L- Ispazju Li Ngħammru Fih, kollha stabbilixxew reputazzjonijiet estensivi. "Malta ilha tospita xena tal-arti u l-kultura b'saħħitha għal għexieren ta' snin, bl- iżvilupp modern tagħha jikseb momentum wara l-Indipendenza fl-1964. B'din l-evoluzzjoni lejn il-moderniżmu, l-artisti Maltin ta' spiss tħarrġu f 'ċentri Ewropej, u involvew ruħhom f 'temi globali filwaqt li żammew konnessjonijiet mal-wirt kulturali uniku tal-gżira. U għal ħafna, dan wassal għal rikonoxximent u opportunitajiet ferm lil hinn minn Malta." Organizzati madwar it-tema tal-ispazju tagħna l-bnedmin — kemm reali kif ukoll immaġinati — kull wieħed mis-sitt artisti f 'L-Ispazju Li Ngħammru Fih se jwieġeb b'modi differenti, b'xi wħud jevokaw sens ta' pajsaġġ, filwaqt li oħrajn jieħdu perspettiva aktar kunċettwali dwar l-idea tal- ispazju, u b'estensjoni, 'il-post'. Il-wirja se ssir fit-tliet sulari ewlenin tal-mużew, bix-xogħlijiet joħolqu diskors viżiv li jesplora l-kunċett u r-realtà tal-ispazju li kull wieħed minna jipperċepixxi u jgħix fih. "Hija dejjem okkażjoni ta' ċelebrazzjoni hawnhekk fil- MICAS meta artisti Maltin ta' eċċellenza huma ċ-ċentru tal-attenzjoni tagħna," qalet iċ-chairperson eżekuttiv tal- MICAS Phyllis Muscat. "L-artisti kollha se jkunu rrappreżentati minn bosta xogħlijiet, li ħafna minnhom ġew prodotti u adattati speċifikament għal din il-wirja. Ninsabu onorati li dawn l-artisti kontemporanji ewlenin laqgħu din l-isfida, u nħeġġu lill-pubbliku Malti jgawdi dan l-ispazju nazzjonali, sabiex ikunu jistgħu jagħtu xhieda għall-aqwa arti kontemporanja Maltija li MICAS għandha x'toffri." Is-sigħat tal-ftuħ It-Tnejn: Magħluqa It-Tlieta – il-Ħamis: 10 a.m. – 6 p.m. Il-Ġimgħa – is-Sibt: 10 a.m. – 8 p.m. Il-Ħadd: 10 a.m. – 6 p.m. Ħlas għad-dħul għall-wirjiet: €10 b'konċessjonijiet. Aċċess għal spazji fil-beraħ, wirjiet tal- iskultura u l-ħanut huwa b'xejn. Żur www.micas.art għal aktar informazzjoni u segwi @ micasmalta fuq Instagram. Malta International Contemporary Art Space jniedi wirja ġdida b'sitt artisti Maltin ewlenin L-Ispazju li Ngħammru fih bis-sehem tal-artisti Caesar Attard, Vince Briffa, Austin Camilleri, Joyce Camilleri, Anton Grech u Pierre Portelli, iġib l-arti Maltija fix-xena internazzjonali f 'Ġunju 2025 Endless Expressions mhijiex biss wirja ta' arti — hija stedina biex nieqfu, inħossu, u nisimgħu dak li jista' jkun qed jgħid il-kulur