Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164
Fl-istorja umana, matul il-milja taż-żmien saru diversi assedji famużi li baqgħu jissemmew. Propjament, assedju huwa imblokk militari ta' xi belt, fortizza jew xi lok ieħor fejn dawk maqbudin u msakkrin ġewwa ma jkunux jistgħu joħorġu jew jaħarbu sakemm ikollhom iċedu għax jispiċċalhom l-ikel jew il- munizzjon u anki r-rieda jew il-ħeġġa li jkomplu jirreżistu minħabba diversi aspetti oħra bħall-għeja jew mard jew xi fortifikazzjonijiet li kienu jtuhom kenn jiġġarrfu. Fi żmien ta' qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914–1918), qabel l-invenzjoni tal-ajruplan u ta' xi bombi aktar qerrieda, l-assedji qosra jew twal kienu ħafna aktar komuni. Kultant, xi opportunità bejn iż-żewġ naħat opposti għal xi tentattivi għal negozjati jista' jirriżulta f 'diplomazija u anki ehim ta' waqfien mill-ġlied. Ċerti assedji importanti tal- istorja u anki oħrajn fittizji malajr sabu ruħhom fuq il-liżar ċinematografiku. Qabel nibda nsemmi wħud minnhom, kulħadd jaf li pajjiżna għadda minn wieħed minn dawn l-imblokki fis-sena 1565, meta l-Imperu Ottoman (it- Torok) riedu jaħtfu taħt idejhom parti mill-Ewropa. Ġieli xi assedju ntrebaħ permezz ta' ġenwinità, bil-makkakerija u l-intelliġenza tal-attakkanti, għalkemm dawn mhumiex dejjem fatti ta' min jorbot fuqhom. Eżempju ta' dan insibu kif il-belt ta' Trojja wara assedju twil ta' 10 snin intrebħet permezz ta' żiemel kbir tal-injam li ġo fih kien hemm moħbija l-gwerriera Griegi u fil-Bibbja, fil-Ktieb ta' Ġożwe, il-Battalja ta' Ġeriko ntrebħet meta s-swar li jiċċirkundaw il-belt iġġarrfu misterjożament. Wieħed m'għandux jieħu dawn l-istejjer bħala xi Vanġelu. Assedji mill-istorja Il-Battalja ta' Termopoli – Din ġrat fis-sena 480 QK bejn l-invażuri tal-Imperu Persjan taħt il-kmand tar-Re Xerxes 1 u l-qalbiena suldati minn diversi stati Griegi, immexxija minn Sparta taħt Leonidas. Wara li kienu sofrew telfa fil-Battalja ta' Maratona fis- sena 490 QK, Xerxes 1 għaqqad armata potenti u vasta biex jirbaħ lill-Griegi kollha. Taħt il-wisq kuraġġuż Leonidas, 300 suldat marru jimblukkaw mogħdija dejqa minn fejn bilfors riedu jgħaddu l-Persjani f 'Termopoli. Bi qlubija ta' barra minn hawn, il-Griegi żammew it-trejqa magħluqa sakemm ġew ittraduti minn wieħed tal-lokal jismu Elaltes li wera passaġġ sigriet minn fejn għaddew il-Persjani li fl-aħħar qatlu lil dawn it-300 qalbiena. Dan ir-rakkont deher f 'diversi films fiċ-ċinema fosthom l-aħjar, e 300 Spartans (1962) bl- atturi Richard Egan (Leonidas), Ralph Richardson (Temistocles ta' Atene), Diane Baker (Elias) u Kieron Moore (it-traditur Elaltes). 300 huwa l-isem ta' ktieb komik ta' Frank Miller u Lynn Varley dwar din l-istorja. Fl-2006 ħareġ film verament innovattiv fis-sekwenzi tal-ġlied bix-xwabel fejn wieħed jara d-demm itir boċoċ boċoc bħalma jidhru fil- komiks. Meta jara t-telfa ġejja, wara tradiment, Leonidas jgħid lill-kuraġġużi sħabu: "Tonight we dine in Hell!", frażi wisq popolari mill-komik. L-atturi kienu Gerald Butler (Leonidas), Lena Heady (ir-Reġina Gorgo), Rodrigo Santoro (Re Xerxes 1) u Michael Fassbender (suldat leali). Xogħlijiet oħrajn simili huma: 300: e Rise Of An Empire (2014), il- dokumentarju e Last Stand of the 300 u l-kummiedja sfrenata Meet the Spartans (2008). L-Assedju ta' Trojja – Din il- gwerra pjutost leġġendarja, tal- mitoloġija Griega, hi msemmija f 'ħafna xogħlijiet letterarji Griegi, speċjalment f 'e Iliad, poema twila (poeżija ta' ċerta kalibru) ta' Omeru, poeta Grieg antik, il-kreatur ta' żewġ poemi fundamentali, e Iliad u e Odyssey. Dan kien jgħix aktarx fis-Seklu 8 jew 9 QK f 'Ionia (issa belt fit-Turkija). Paris, Prinċep ta' Trojja, waqt żjara fil-Greċja, jinkaram wara Helena, il-mara ta' Menelaws u taħrab miegħu lejn din il-belt ta' qrib id-Dardanelli, baħar dejjaq bejn il-Greċja u t-Turkija. Illum aktarx Trojja hija Canakkale (fit-Turkija) biswit id- Dardanelli. Il-Griegi bi ħġarhom assedjaw lil Trojja, gwerra li damet 10 snin u fl-aħħar intrebħet bl-intelliġenza u l-makakkerija tal-Griegi. Il-films li ħarġu dwar dan l-avveniment storiku huma bosta, l-aħjar fosthom Helen Of Troy (1956), La Regina dell'Ammazzoni (1960), Achilles (1962, La Furia di Achille), e Trojan Horse (1961, La Guerra di Troia), La Caduta di Troia (1911, film mutu), e Trojan Women (1971), Troy (2004, maħdum hawn Malta), kif ukoll il-kurjuż e Face at Launched A ousand Ship (1954, L'Amante di Paride). Fil-produzzjoni tal- 2004 dehru dawn l-atturi, Brad Pitt, Achilles; Eric Bana, Hector, il-gwerrier qawwi ta' Trojja; Diane Kruger, Helena; Orlando Bloom, Paris; Sean Bean, Odysseus jew Ulisse li sfida l-allat Griegi u dam ma wasal f 'artu 10 snin oħra, il-protagonist ta' e Odyssey) u Peter O'Toole bħala Priam l-aħħar Re ta' Trojja. 14 films IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 • illum Carmel Bonnici Assedji kbar fiċ-ċinema L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA L-Assedju ta' Trojja