MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, il-ktieb The Gozo Airfield ta' Joseph Bezzina jġiegħel lil Ħaley Xuereb tirrifletti dwar il-vojt tal-istorja Maltija u Għawdxija – dak tal-leħen dirett tal-poplu. Intiru fuq il-bejta Għawdxija Waħda mill-poeżiji li studjajt madwar tliet snin ilu, għall-O- Level tal-Letteratura Ingliża, kienet The Discovery, ta' JC Squire. Tliet strofi dwar Amerikan nattiv who knew no change/who strayed content along a sunlit beach/Gathering shells, sakemm waslu x-xwieni ta' Kolombu … u kulħadd jaf x'ġara wara (u forsi hawnhekk tajjeb niftakru li Kolombu mhuwiex l-eroj ilellex li għallmuna dwaru l-iskola). Jien u naqra The Gozo Airfield ta' Joseph Bezzina, bid-deskrizz- jonijiet tal-Għawdxin, li wkoll ma kinux jafu b'bidla, jiffullaw biex jaraw mitjar jinbena f 'nofs it-Tieni Gwerra Dinjija, ħassejt dak it-ton ta' patronizzazzjoni ġustifikata, li Għawdex, blata li anke f 'nofs gwerra baqgħet kważi mgħaddsa fil-kwiet, l-għelieqi u d-djalett, saret għal mument qasir xena futuristika, ġungla ta' metall u ħsejjes. The Gozo Airfield jirrakkonta dan il-waqt b'pinna li tistennie- ha minn awtur ġej mill-familja Bezzina, familja li għal snin twal serviet bħala kustodju ewlieni tal-memorja storika Għawdxija. Minkejja li dan il-ktieb mhuwiex voluminuż daqs ġabriet oħra li ħareġ Bezzina – fih inqas minn mitt paġna – xorta jġorr miegħu storja ta' ċertu toqol storiku. Bezzina jirrakkonta l-episod- ju tal-bini tal-ewwel airstrip f 'Għawdex, fl-agħar tat-Tieni Gwerra Dinjija, b'tama u b'ċer- ta reverenza mitika: 220 in- ġinier Amerikan u aktar minn 200 ħaddiem Għawdxi li għenu għat-twaqqif ta' runway tem- poranju taħt għajnejn l-Isqof Gonzi, li għen biex jinstab bilanċ bejn il-ħtieġa militari u l-bżonn tar-raba'. Isemmi wkoll il-palazz/for- tizza Gourgion, li ġie ssagri- fikat għal kumpens ta' $7,000 għall-bini tal-airstrip – wirt kulturali ta' fortifikazzjoni ar- kajka li twaqqa' biex tinbena fortifikazzjoni moderna. Dan ifakkarni fil-Barracks tal-Ingliżi ta' Chambray, li kuntrarjament għat-Torri Gourgion, fejn saret konsultazzjoni, u l-kumpens ġie aċċettat fl-interess pubbliku fi żmien ta' gwerra, illum, fil-każ tal-Barracks, minkejja oppożizz- joni voċifera minn diversi NGOs u residenti Għawdxin, qed in- ħallsu prezz sabiex jitwaqqgħu. Mill-aspett lingwistiku, wieħed jista' jifhem l-għażla ta' Bezzina li jikteb bl-Ingliż – xog- ħol akkademiku li jista' jinqa- ra mill-protagonisti barranin u d-dixxendenti tagħhom faċil- ment bil-lingwa Ingliża. Wara kollox, l-avveniment tal-airfield, kif jgħidilna Bezzi- na, kien wieħed mill-ftit drabi li isem Għawdex tlissen minn president Amerikan, f 'dan il- każ Eisenhower, hu u jaċċetta l-Hoover Medal Award for Engi- neering. Il-mod ta' kif iħaddem il-lingwa Bezzina, li hawnhekk jinża' l-kappell tal-irwol ta' po- eta mgħallem fil-prosodija, u jilbes dak ta' storjografu, hi imsejsa fuq tradizzjoni par- tikolari ta' dokumentazzjoni tal-wirt. Tappartjeni ħafna għal travelogues tal-era kolonjali milli għal storjografija moder- na. Hemm kwalità ta' rispett, imma wkoll distanza: kitba li trid iżżomm pożizzjoni ta' rev- erenza, iżda li tħalli ftit spazju għad-dubju, għall-kontradizzjo- ni, għall-kwistjoni. Bezzina mhux storiku xott: huwa bniedem b'rabta personali u emozzjonali ma' dak li qed jir- rakkonta, imma fl-istess ħin jir- nexxilu jżomm ċerta oġġettività. Ma jippruvax jabolixxi l-passat. L-istorja mhix xogħol ta' PR, u din l-onestà tagħmel il-ktieb rikk. L-istess nostalġija li kultant tħoss fi kliemu, hija wkoll nos- talgie de la boue: ħerqa mhux lejn glorja militarista, imma lejn żmien fejn il-poplu, b'saqajh fl-għuda u jdejh fil-ħamrija, ta sehmu b'umiltà. Biex inħarsu lejn The Gozo Airfield f 'perspettiva iktar wies- għa, jagħmel sens li nqabbluh mal-progress narratives li spiss jidhru fl-istorja ta' gżejjer żgħar mid-dekolonizzazzjoni 'l hawn. Bezzina, bħall-awturi klassiċi tal-travelogue kolonjali li sem- mejt, jibni fuq l-idea ta' telos teknoloġiku – runway bħala simbolu ta' avvanz. Jekk nagħm- lu parallel ma' testi bħal A Small Place ta' Jamaica Kincaid, naraw li dawn l-awturi jħabb- tu wiċċhom ma' kunċett simili: il-proġett modernizzanti jitfa' dell twil fuq identitajiet lokali. Bezzina jżomm ċerta reverenza lejn l-inġinerija Amerikana, u jirrifletti kemxejn fuq is-subal- ternità tal-ħaddiem Għawdxi – tema li Scott ("Weapons of the Weak") u de Certeau ("La Pra- tique du Quotidien") juru li tista' taħbi forom żgħar ta' reżisten- za – meta jsemmi l-inċident tal-kuntrattur Għawdxi li ħass li seta' jitħallas aħjar, u ħadha mas-superjuri tiegħu. Interessanti wkoll kif ir-run- way temporanju ta' Ta' Lambert jistaʼ jitpoġġa ħdejn eżempji oħra ta' "airstrips of necessi- ty" – mill-Cargo Cult runways fil-Vanuatu sat-trasformazzjoni ta' Keflavík fl-Iżlanda f 'gateway transatlantika wara l-Gwerra l-Bierda. Dawn l-istrutturi jqa- jmu mistoqsija dwar it-tempo- ranjetà perpetwa: infrastruttu- ra mibnija "għalissa biss" li ssir permanenti fil-memorja kollet- tiva. Hawnhekk, tixraq konfron- tazzjoni kritika bejn it-teorija tal-istate of exception u l-idea ta' "slow violence" ta' Rob Nix- on: is-silenzju wara l-gwerra – il-bidliet gradwali fil-pa- jsaġġ, il-ġabra ta' artijiet privati – jistaʼ jkun għadu iktar qawwi mill-ħoss tal-iSpitfires li darba niżlu fuq il-mitjar. U min jaf – illum ukoll jin- stemgħu l-vuċijiet favur ajruport ġdid f 'Għawdex. Iżda Bezzi- na, b'mod dirett jew indirett, jagħmilha ċara: dak iż-żmien kien wieħed eċċezzjonali. Kien hemm gwerra globali, teħid ta' deċiżjonijiet urġenti, u ġeopoli- tika fejn Għawdex kellu rwol ċkejken iżda kritiku. Illum, il- kuntest hu differenti. Parzjalment, inħoss li l-ktieb ta' Bezzina jispikka f 'waqtu bħa- la inizjattiva serja biex jimla vojt evidenti fl-istorja Għawdxija – vojt li ilu jħabbat il-bieb tal-kux- jenza kollettiva, iżda li ftit taw kasu b'mod ġenwin. Għandna napprezzaw l-impenn tiegħu biex jiġbor fatti, dokumenti, u ritratti li ċertament ma kinux se jinkisbu jekk mhux bil-ħila u l-kuntatti tiegħu. Madanakol- lu, f 'dan il-proċess ta' "mili", Bezzina qed jurina vojt ieħor: dak tal-leħen dirett tal-poplu. In-nuqqas ta' dimensjoni orali u emozzjonali, bħax-xhieda ta' dawk l-Għawdxin li b'idejhom stess bnew l-airfield jew li għexu d-dinamiċi ta' dak iż-żmien, jagħmel lill-ktieb aktar simi- li għal kronaka uffiċjali. Dan mhux minħabba negliġenza, iżda pjuttost minħabba n-nat- ura sfida tal-istorja Għawdxi- ja nnifisha – storja fejn ħafna mit-testimonjanzi ġew mitlufa maż-żmien, u fejn il-memorja kollettiva sikwit tgħix fuq xifer it-tisbita. Bezzina, għalhekk, mhux biss qed jikkontribwixxi għar-rikostruzzjoni, imma wkoll juri – bil-mod ta' kif il-vojt jibqa' jinħass – kemm għad hemm bżonn ta' storja li tisma' mhux biss dak li nżamm, imma wkoll dak li kważi ntilef. Saħħa oħra tal-ktieb hija wkoll il-kontroversja li jittanta jevi- ta, iżda li xorta tqum: l-idea ta' ajruport f 'Għawdex. Bezzina, mingħajr ma jħammar wiċċu, jagħtina xhieda ta' dak li kien: airfield li ħareġ mix-xejn, f 'pa- jsaġġ fejn ħadd qatt ma kien ħa jaf xi tfisser runway. Għawdex kien involut f 'kuntest ġeopolitiku li llum in- bidel, u l-mument tal-ajruport kien wieħed temporanju – bħall- ajruport innifsu. Iżda l-ironija hi li dak li darba kien meqjus bħa- la intrużjoni fuq pajsaġġ rurali, illum sar parti mill-memorja li rridu nipproteġu. Ċaħda: l-awtur bagħatli kopja tal-ktieb biex nirreċensah b'mod onest.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 June 2025