MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L i l-Gvern Laburista ta' Robert Abela għandu ħafna dnubiet u jeħtieġ li jkun hemm min joffri alternattiva politika għalih huwa fatt. In-Neo-Liberaliżmu tal-PL, kif ukoll l-orġa ta' konsumeriżmu – flimkien mal-qerda ambjentali – jibqgħu temi ċentrali. Apparti l-ħniżrijiet tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-episodji ta' korruzzjoni. Imma biex nikkonfrontaw dawn ir-realtajiet hemm bżonn nies ta' stoffa u kredibbiltà. Nies li ma bnewx il-kritika tagħhom fuq ħdura lejn dak kollu li huwa Labour jew ġej mil-Labour. Din infatti kienet waħda mill-problemi li kellha Daphne Caruana Galizia meta kienet tikkritika l-Labour. Sakemm ġara dak li ġara f 'inċident makabru li ma jista' jintesa qatt. Għalhekk, Robert Aquilina, il- wiċċ tal-grupp Repubblika li issa huwa akkużat bi vjolenza domestika u li jiġi ħu Karol Aquilina d-Deputat Nazzjonalista, dejjem kellu problema ta' kredibbiltà mal-Laburisti jew ma' nies tan-nofs. L-istess argument jgħodd għal Manuel Delia li kien wieħed mill-iktar nies viċin ta' Austin Gatt u l-iktar persuna kattiva bi lsienu. Jew Mark Camilleri li l-ewwel kien ħaġa waħda mal-Labour u mbagħad f 'daqqa waħda darlu u sar jobgħodhom. Hemm oħrajn inkluż min jippoża ta' ġurnalist u li ħafna drabi jkollu storja twila bħall-każ ta' wieħed li serva ta' sors ta' informazzjoni għal Yorgen Fenech, il- ħassieb wara l-qtil ta' Caruana Galizia. L-istorja tgħallimna li jekk se titfa' ġebla trid tkun ċert li m'għandekx ktajjen imwaħħlin miegħek. Min jiskonġra jrid ikun pur. Ħafna minn dawn il-kritiċi huma ipokriti u kienet kwistjoni ta' meta u mhux kif li l-ipokrezija tagħhom tasal biex tirrovina l-kredibbiltà tagħhom. Malta għandha bżonn ikollha min ikun għassies fuq il-Gvern. Malta għandha bżonn oppożizzjoni serja u kredibbli mmexxija minn nies serji u ċari f 'moħħhom. Jidher ċar li b'Bernard Grech fit-tmun, dan mhux se jseħħ. Forsi dawn l-episodji, inkluż l-aħħar sondaġġ, iservi biex jixprunaw nies u wċuħ ġodda biex jippreżentaw lilhom infushom 'il quddiem bit-tama li jkunu huma li jitkellmu u joffru alternattiva reali. Biex tiskonġra trid tkun pur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 June 2025