MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 • illum opinjoni I l-Partit Momentum jaqbel li wasal iż-żmien għal diskussjoni pubblika serja u bir-reqqa dwar il-kwist- joni kumplessa tal-mewt assistit f 'Malta. Dan huwa suġġett sensittiv ħafna, li jolqot deċiż- jonijiet dwar it-tmiem tal-ħajja, u Momentum jirrispetta l-opin- jonijiet varji li jistgħu jinqalgħu f 'dan id-dibattitu. Filwaqt li l-membri ta' Momentum se jkollhom libertà sħiħa ta' espressjoni u vot ħieles dwar din il-materja ta' kuxjenza personali, il-grupp jixtieq jaqsam il-ħsibijiet inizjali tiegħu dwar id-dokument tal-Gvern. Momentum jinsisti fuq deliberazzjoni profonda u raġunata. Jinsab inkwetat li l-perjodu ta' 60 jum propost mill-Gvern huwa qasir wisq għal suġġett ta' din l-importanza, speċjalment meta jaħbat mal- perjodu tal-eżamijiet. Ma nafdawx fl-intenzjoni tal-Gvern, li jidher li qed jipprova jgħaġġel il-proċess biex jirbaħ punti politiċi aktar milli biex jagħti prijorità 'l-ġid komuni. Dan l-aġir iqajjem tħassib, simili għal kif ġiet immaniġġjata r-riforma tal-marijuana, fejn kwistjonijiet soċjali tant kumplessi ġew ittrattati b'għaġla, probabbilment biex jintlaħqu skopijiet politiċi. Progress fuq kwistjoni daqshekk sensittiva jeħtieġ aktar żmien u konsultazzjoni wiesgħa. Fil-fatt, minħabba n-nuqqas ta' serjetà fil-liġi dwar il-marijuana, il- parlament kellu jemenda l-liġi biex jipprova jirranġa lakuni li ġew injorati. Għalhekk, Momentum jitlob li d-dibattitu dwar il- mewt assistit jittawwal kemm hemm bżonn biex jiġu diskussi l-implikazzjonijiet kollha. Jekk pajjiżi oħra ħadu snin ta' diskussjoni, żgur li 60 jum f 'Malta mhux se jkunu biżżejjed. Barra minn hekk, għandna nimu bir-reqqa r-riskji ta' abbuż u l-irriversibbiltà tad- deċiżjonijiet f 'din il-leġiżlazzjoni. Momentum jemmen li l-progress fuq din il-kwistjoni huwa meħtieġ, iżda b'approċċ pass pass. Minflok diskussjoni waħda u deċiżjoni finali, jissuġġerixxi li d-diskussjoni tiġi strutturata sekwenzjalment, billi jiġu indirizzati l-aspetti individwali wieħed wieħed. L-ewwel pass ikun eżami u titjib tas-servizzi tal-kura paljattiva, segwit minn suġġetti oħra bħat- testment bijoloġiku (living will). Approċċ gradwali jiżgura li fuq quddiem jibqa' l-benesseri tal-individwi. Momentum jipproponi li jiġi adottat il-mudell tal-parlament Skoċċiż, fejn m'hemmx liġi waħda komprensiva, iżda leġiżlazzjonijiet differenti għal sitwazzjonijiet speċifiċi. Momentum jissuġġerixxi li d-dibattitu f 'Malta jkun strutturat fi tliet fażijiet konsekuttivi: • Liġi dwar id-dritt għall- kura paljattiva. • Liġi dwar id-dritt għal testment bijoloġiku. • Liġi dwar id-dritt għall- mewt assistit għall-adulti. B'dan il-mod, dibattitu itwal u aktar dettaljat ikun l-aktar mod responsabbli u kostruttiv biex jinkiseb progress fuq din il-kwistjoni sensittiva tant importanti. Chairperson tal-Partit Momentum ARNOLD CASSOLA "Momentum jitlob li d-dibattitu dwar il-mewt assistit jittawwal kemm hemm bżonn biex jiġu diskussi l-implikazzjonijiet kollha. Jekk pajjiżi oħra ħadu snin ta' diskussjoni, żgur li 60 jum f 'Malta mhux se jkunu biżżejjed." Malta: Approċċ pass pass għad- diskussjoni dwar il-mewt assistit Il-mewt assistit huwa suġġett sensittiv ħafna, li jolqot deċiżjonijiet dwar it-tmiem tal-ħajja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 June 2025