MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

Edukatur u attivist RAPHAEL BORG opinjoni illum • IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 09 F uq sit tal-aħbarijiet lokali deher artiklu miktub f 'isem is-Soċjetà Naz- zjonali tal-Ġenituri ta' Persuni b'Diżabbiltà. Bħala LSE, laqtitni fil-laħam il-ħaj. Speċjalment fid-dawl tar- retorika li mexjin biha fid-diskors dwar l-ewtanażja u l-abort; u jkolli ngħid li hemm traċċa ta' ħsieb konsistenti, kemm hawn, kif ukoll kif niltaqgħu mal-barrani, mal-kriminal, u mal-imwarrrab. Saħansitra l-mod kif niltaqgħu mar-realtà ta' proprjetà. L-idea ta' "mhux responsabbiltà tiegħi." Nispjega ruħi. Kull oġġett magħmul mill- bniedem għandu fih innifsu sensiela ta' valuri; huwa estensjoni tal-ħsieb ta' min iddisinjah, anke jekk dan sar f 'kuntest ta' bord jew kumitat. Huwa ddisinjat biex jintuża minn xi ħadd, imma jeskludi l-użu ta' dan għal xi ħaddieħor. Dan jibda minn oġġett banali bħal imqass jew nuċċali, u tispiċċa b'xi ħaġa bħal sistema. Sistema ta' governanza, kurrikulu, proprjetà; lil min taġevola din, u lil min teskludi? Għaliex teskludih? Għaliex għandha teskludih? Għal min, allura qiegħda din is-sistema? X'tagħmel bih dak li teskludih? Ejja naqbdu oġġett oġġett. L-Assessjar bħala għodda ta' esklużjoni Meta wieħed iħares lejn il- pjanijiet governattivi u s-sistema kurrenti edukattiva, l-ewwel ħaġa li wieħed jiltaqa' magħha hija inevitabbli; sistema ta' assessjar li ilha f 'postha minn żminijiet kolonjali taħt ismijiet differenti. Sistema ta' punti li fil-verità, fuq livell sostanzjali, ifisser biss numru fuq paġna bla fehma vera u proprja fiex int dgħajjef u m'intix. Biex d-diskors ikun ċar; l-għalliema jagħmlu minn kollox biex din ma tkunx biss numru fuq paġna. Issib diversi mill-kollegi tiegħi li jħabirku biex l-istudenti tagħhom jkunu parti vitali mill- iskola. Imma fl-aħħar mill-aħħar meta wieħed japplika għal xogħol lejn il-grad se jħarsu, mhux fattwalment x'taf u x'ma tafx. L-isforzi tagħna kollha f 'sistema fejn l-ekonomija ssaltan fuq kollox jissarrfu f 'duħħan li kieku ma jkunux inizjattivi ta' għaqdiet mhux governattivi u volontarjat jew mekkaniżmi oħra li jraqqu l-pannu bil-qara' ħamra. Hija shortcut arbitrali li fil-verità t-tifsira tagħha qatt ma kienet konsistenti għax l-averages jinbidlu minn sena għall-oħra biex jirriflettu l-esiġenzi tax-xogħol. Min ma jikkonformax ma' dawn il-gradi, min l-esiġenzi tagħhom imorru 'l hinn minn sistema stabbilita, dawn xi jsiru minnhom? Għalkemm għamilna qabżiet kbar fi ħdan l-inklużjoni f 'pajjiżna, xorta tibqa' xibka ta' ħsieb esklussiv sostnut minn din s-sistema ta' gradi; min ma jikkonformax, postu mhux hawn. Huwa anke diversi drabi stmat ta' xkiel sabiex naslu għall-O levels u l-A levels, għaliex biex nieqfu mal-bżonnijiet tagħhom huwa stmat bħala ostaklu għat-tagħlim tat-tfal l-oħra. Il-fatt li t-tfal jitgħallmu kif jgħixu ma' tali bżonnijiet u viċeversa ma jgħoddx bħala tagħlim. Allura ħloqna diversi modi fejn nitfgħu dawn in-nies fejn ma narawhomx u ninsewhom; resource centers, YPU, u ċentri oħra fejn, subkonxjament, ikolli ngħid, naċċettaw li ladarba qed narahom dawn it-tfal ikolli, b'xi mod, nitgħallem ngħix magħhom. Ladarba huma skomdi għalina, ikun aħjar li nitfgħuhom fejn ma narawhomx biex ma naħsbux fuqhom. Ma jkollniex nadattaw ruħna aħna għalihom. Fid-dawl ta' dan tajjeb li ngħidu: "Kull preżenza hija preżenza politika." Ġaladarba qiegħed hawn, irridu nitgħallmu ngħixu flimkien fil-preżenza ta' xulxin. Int awtomatikament "problema tiegħi" fis-sens l-aktar wiesa' tal- kelma. Id-dritt għall-għejxien kontra l-loġika tas-suq Hija l-istess retorika meta qed nitkellmu dwar proprjetà; sabiex ikolli aktar qligħ jien, ma jinteressanix minn dawk li ma jaslux biex iħallsu prezzha skont is-suq. Lanqas ma jinteressani mill-mekkaniżmu li jwassal il-prezz fuq is-suq ma jirriflettix verament in-nefqa biex dan ġie fis-seħħ, aħseb u ara milli jista' jinxtara minn min għandu dritt għal saqaf fuq rasu. Infatti, meta targumenta fuq il-fatt li saqaf huwa dritt bażiku tal-bniedem, issib min għadu irid jargumentalek li "hemm ir-residenzi pubbliċi." Dan minkejja li l-artijiet għal dawn qegħdin jiskarsaw u jkollhom jirrikorru għall-ODZ sabiex jinbnew, u minkejja wkoll li mbagħad erħilna nitkellmu b'kull xorta ta' diskors mill-aktar kattiv dwar dawn in- nies. Dejjem jekk anke għandhom dritt għalihom, biex id-diskors ikun ċar. Imbagħad erħilna ninkorlaw minħabba moħqrija tal-ambjent. Mhux għax il-Gvern qed iħabbel rasu, iimni ... ma tantx qed jagħmel wisq biex jiġġilidha lanqas. Nistgħu nibqgħu sejrin bl- eżempji; saħħa, kwalità tal-ħajja, drittijiet tal-ħaddiem ... Il-punt hu li għal pajjiż li jqis ruħu progressiv kuntent wisq iħalli bosta nies fil- ġenb fejn nisimgħu l-vuċi tagħhom biss meta hi karta politika x'nużaw. F'madwar għoxrin sena ħidma ta' volontarjat u ħamsa u tletin sena minnhom ta' ħajja, dejjem sibt li amministrazzjoni wara l-oħra tistrieħ fuq dawn jilagħbuha ta' tapp tas-sufra għal sistema li tarmi n-nies. Sistema b'erba' minn-nies jikkompetu għal fondi biex isalvaw dak li jintrema, grazzi għall-mekkaniżmu assurd tal-fondi għal Vos ... li wkoll fih x'tikkritika ... biex imbagħad tara l-kumpaniji u l-biljunarji jaħslu r-reputazzjoni tagħhom billi kultant iwaddbulhom donazzjoni taparsi jiakru fihom. Basta ma jibdlux kif jaħdmu biex ma jiġux bżonn il-karità tagħhom, tarax. Litteralment qisek f 'fabbrika b'erba' minn nies li jiddeċiedu jaqbdu dak li jintrema mid- dipartiment tal-kontroll ta' kwalità u jraqqu xi ħaġa minnha. Fejn il-fabbrika kuntenta tinqeda b'dawn in-nies biex mal-pubbliku tidher li qed isir xi ħaġa sabiex ma jkunx hemm ħela. Minflok, tbiddel hi kif taħdem biex dan verament jonqos. Anzi, iktar ma mmorru, aktar tiżdied din il-ħela. Fejn huma dawn il-vuċijiet fil- parlament? Għalkemm l-eżempji huma bla tarf, il-problema tibqa' waħda — sistema li taħdem għal min diġà għandu l-poter, u li ma tagħrafx il- bżonnijiet ta' min jinsab fil-ġenb. In-nies bid-diżabbiltà, ħaddiema barranin u wliedhom, u fl-aħħar mill-aħħar, nies li twieldu f 'familji fqar. Għajb għalik jekk int dawn kollha t'hawn fuq. Jekk int mara jew persuna LGBTIQ+, kapaċi ssibha, terġa', aktar ikkumplikata jekk tħallatha ma' din ir-riċetta. Il-korla tiegħi hi li, f 'pajjiż demokratiku, min iwassal il-vuċi ta' dawn fuq il-mejda tad-deċiżjonijiet? Hawn uħud minn dawn fejn anke jekk biss tipproponi il-possibbiltà tagħha se ssib min jopponilek; aktar faċli ssib faxxist fil-parlament qabilhom. Għodd biss kemm-il darba kien hemm persuna bid-diżabbiltà fil-parlament u x'sar minnhom. Għodd kemm-il darba kien hemm persuna ġej minn sfond ta' faqar. Għodd kemm qatt ingħata ċans persuna ta' mqar ġenitur wieħed minn l'hekk imsejħa "tielet dinja". Ejja nammettu kif inhi; kemm- il darba mqar wieħed minnhom għandu biżżejjed saħħa ta' flus li jista' jwettaq bidla jekk m'għandhomx vuċi? Kemm- il darba se nħallu li dan isir mingħajr ma noħolqu kjass għax "issa għandhom iżżejjed drittijiet" jew "ħadulna kulm'hemm" minkejja li lanqas nintebħu li storikament — anke reċenti — qas qed inħallulhom spazju? Li kieku dawn huma wliedek, tridhom jitwarrbu u jingħataw il-ġenb? X'jgħid fuqek dan? Allura spjegali it ... kif se jkollna kurrikulu, sistema ta' proprjetà, governanza li jgħodd għalihom li ma jinvolvix turija tal- korla jew l-indifferenza assoluta tagħhom hekk kif darrejniehom ikunu bla saħħa? Spjegali it, mela, min se jkun l-ewwel li jħossu żejjed u jkun lest li jiltaqa' mal-ħajja ta' dejjem? Għid il-verità, wara kollox. Imma lil dawn, f 'pajjiż demokratiku, irridu ntuhom vuċi? Ħa nersqu lejn realtà ta' "Xejn dwarna mingħajrna"? 'Mhux responsabbiltà tiegħi — problema ta' ħaddieħor'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 June 2025