MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536440

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

L-Assedju ta' Sirakuża – Ir- Rumani attakkaw il-belt ta' Sirakuża fi Sqallija, li kienet taħt ħakma Griega fis-snin 213- 212 QK. Din il-belt kienet iffortifikata tajjeb, kellhom lil Arkimede, xjentist u matematiku brillanti li b'mirja kbar permezz tax-xemx ħaraq ħafna bastimenti Rumani, però fl-aħħar, il-qawwa Rumana rebħet u saru l-padruni ta' Sqallija kollha f 'dan iż-żmien tat- Tieni Gwerra Punika. Arkimede nqatel minn suldat Ruman kontra l-ordni speċifika tal- prokonslu Marcellus. e Siege Of Syracuse (1960, L-Assedio de Siracusa) tratta din il-gwerra u fih ħadmu Rossano Brazzi, Tina Louise u Sylva Koscina. L-Assedju ta' Masada – L-istoriku Favius Josephus isostni li l-assedju ta' Masada, għolja maqtugħa minn kullimkien, mir-Rumani seħħ fis-snin 73-74 WK. Dan kien wieħed mill-avvenimenti finali tal-Ewwel Gwerra bejn il-Lhud u r-Rumani. Fuq din l-għolja kważi impenetrabbli sabu refuġju bosta Lhud imfittxija mir-Rumani u jingħad ukoll li s-Sultan David sab kenn hemm fuq meta r-Re Sawl ried joqtlu. 960 żeloti ribelli Lhud ukoll użaw dan il-post biex jiskansaw mill-qilla tar-Rumani. L-unika trejqa biex wieħed jitla' hemm fuq kienet tant dejqa li tnejn minn nies ħdejn xulxin ma setgħux jgħaddu. Ir-Rumani li kellhom magħhom madwar 15,000 priġunier Lhudi, inkluż nisa u tfal, assedjaw u dawru din l-għolja u bnew rampa wiesgħa biex jitilgħu għalihom b'torri għoli tal-injam biex ikisser kull fortifikazzjoni. Ironikament, ir-ribelli m'għamlu l-ebda attentat biex jikkumbattuhom. Meta r-Rumani laħqu l-mira tagħhom, sabu lid-960 ribell mejta billi għamlu suwiċidju; jista' jkun li xi wħud iġġieldu mar-Rumani u qatluhom billi ma ridux jieħdu lura priġunieri. Xi it nisa u tfal salvaw billi nħbew fl-għerien però r-Rumani sabuhom u ħaduhom ilsiera f 'pajjiżhom. Waqt li l-mexxej ribell Lhudi Flavius Josephus, jikteb li dan l-assedju dam madwar tliet snin, xi skulari jsostnu li ma damx aktar minn sitt xhur u forsi anki it ġimgħat. Meta nqabad Josephus għamilha ta' storiku anki mar-Rumani. Dan l-avveniment storiku ġie muri għat-TV fl-1981 bl- isem ta' Masada. Minn din il- mini-serje ħareġ film bl-isem ta' e Antagonists bl-attur Peter O'Toole jinterpreta lill- Ġeneral Cornelius Flavius Silva, Peter Strauss ikun Eleazar ben Yair il-mexxej tar-ribelli, Barbara Carrera bħala Sheva u Anthony Quayle Rubrius Gallus. Dwar Masada ħarġu diversi dokumentarji. Fil-film meta lill-Ġeneral Silva ferħulu tal- vittorja hu qal hekk: "Xi rbaħna u x'vittorja hi? Irbaħna blata f 'nofs ta' deżert fil-kosta ta' baħar ivvelenat!" (Il-Baħar il-Mejjet). L-Assedju ta' e Alamo – Fl-1836 meta l-Istat ta' Texas kien għadu indipendenti, il- Ġeneralissimu Antonio Miguel Lopez de Santa Anna, il- President Dittatur tal-Messiku, u l-mexxej tal-armata riedu li Texas tingħaqad mal-Messiku billi kien hemm ħafna nies ta' pajjiżu jgħixu trankwilli hemm. Sam Houston, fl-attentat iddisprat tiegħu biex jgħaqqad armata għal kontra Santa Anna, iqabbad lill-Kurunell William Barrett Travis biex jiddefendi lil Texas fil-fortizza e Alamo li qabel kienet missjoni reliġjuża fil-belt ta' San Antonio fis-Sud ta' dan l-istat. B'hekk jagħti nifs lil Houston jiġbor is-suldati. Jiddefendu l-post kien hemm il-leġġendarju Davy Crockett, espert tal-fruntiera selvaġġa minn Tennessee u anki politikant u Jim Bowie, li ivvinta sikkina li ġġib ismu, żewġ karattri tant famużi fil-Westerns. Wara assedju ta' 13-il ġurnata, b'armata enormi bil-kanuni fetħu spazju fis-swar u qatlu lill- irġiel kollha. Għoxrin ġurnata wara, bil-għajta "Remember the Alamo", il-Ġeneral Sam Houston rebaħ lill-Messikani fil-battalja ta' San Jacinto. Wara, Texas sar it-28 stat tal-Istati Uniti. Il-kantant tal- mużika Country, Marty Robbins ikkommemora dan l-assedju bil- kanzunetta sabiħa e Ballad of the Alamo. Dan l-assedju ġie mfakkar f 'diversi xogħlijiet ċinematografiċi, fosthom e Last Command (1956), e Alamo: 13 Days To Glory (1987) u speċjament fil-produzzjoni spettakulari, monumentali u twila tar-Repubblikan patrijottiku tal- 1960, John Wayne. Fl-2004 ħareġ Alamo li kien aktar eżatt f 'dak li ġara f 'xi sekwenzi mill-film ta' 44 sena qabel. F'e Alamo (1960) ħadmu John Wayne bħala David Crockett, Richard Widmark ikun Jim Bowie, Laurence Harvey bħala Col. Travis u f 'parti sekondarja nsibu lill-kompatrijott tagħna, Joseph Calleja. Żewġ Assedji fl-Afrika t'Isfel – Il-films Zulu Dawn (1979) u Zulu (1964) jirrakkontaw żewġ assedji li ġraw it sigħat wara xulxin fil-provinċja ta' Natal, l-Afrika t'Isfel. Il-Battalja ta' Isandlwana – Fl-1879, Lord Chelmsford, il-Kmandant tal-Kolonja Brittanika, jiddikjara gwerra fuq in-nazzjon tal-popolazzjoni Zulu biex jeqridhom. L-arroganti kapijiet Brittaniċi ma jobsrux it- tattiċi effettivi taż-Zulu u jaqgħu fin-nasba tagħhom li jagħmlu ħerba minnhom. Hu kkalkulat li mietu mal-1,300 suldat. Din il- battalja ġiet murija f 'Zulu Dawn li fih ħadmu Burt Lancaster, Peter O'Toole bħala Lord Chelmsford u Simon Ward. Il-Battalja ta' Rorke's Drift – Inkorraġġiti mir-rebħa totali ta' Isandlwana, il-gwerriera twal u suwed Zulu, daru dawra mal- mejtin Brittaniċi ġabru l-azzarini tagħhom u telqu biex jaħbtu għal stakkament ta' madwar 150 suldat, b'xi 30 minnhom feruti, fil-post remot ta' Rorke's Drift fil-provinċja Zululand ta' Natal. Dan il-post kien jintuża bħala sptar għall-feruti u biex jissuplixxu lill-oħrajn. Imwissija minn qabel, dan il-kontinġent żgħir tal-Armata Brittanika 24th Regiment of Foot, b'tattiċi brillanti, b'ħeffa liema bħala biex jikkargaw l-ixkubetti u jisparaw mingħajr ma jaħlu ħin irnexxielhom irażżnu armata ta' 4,000 Zulu, li fl-aħħar ċedew sellmu lir-rebbieħa u telqu lura. Il-film superjuri Zulu tal-1964 jirrakkonta dan l-assedju li seħħ bejn it-22 u 23 ta' Jannar tal- 1879. L-atturi kienu Michael Caine (li sar popolari ferm minn dan il-film), Stanley Baker, Jack Hawkins, Nigel Green u James Booth. Richard Burton fil- bidu tal-film bħala n-narratur isemmi lista ta' ħdax-il suldat li ħadu l-Victoria Cross, medalja li tingħata għal xi bravura kbira. Il-film Zulu rċieva kritika mill- aqwa għall-partijiet brillanti tal-protagonisti, għas-sekwenzi tal-azzjoni, għas-sets u l-mużika b'battuti sodi ta' John Barry. 14 films IL-ĦADD 15 TA' ĠUNJU 2025 • illum Carmel Bonnici Assedji kbar fiċ-ċinema IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 June 2025