MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537234

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Ir-rwol ta' Sindku huwa wieħed kumpless u li jenħtieġ dedikazzjoni u attenzjoni kostanti għad-dettall. Bosta drabi, azzjoni sempliċi jew deċiżjoni, kemm jekk tajba, kif ukoll jekk żbaljata, ikollha impatt wisq akbar milli wieħed jistenna. Għaldaqstant, bħala Sindku, inħoss li għandi l-piż tal-komunità Karkariża fuq spallejja. Piż illi nħossni kburija li ġejt magħżula biex inġorru iżda fl-istess waqt ikun hemm mumenti fejn nieqaf nirrifletti u naħseb jekk f 'dan il- perkors inqastx b'xi mod jew wettaqt xi ħaġa li b'xi mod weġġgħet lill-kostitwenti. Dħalt għall-kariga b'determinazzjoni li nservi u nkun hemm għal kulħadd u kontinwament naħdem sabiex dak li nemmen fih, inpoġġih fil-prattika. Konxja li ħadd mhu perfett u ninkwieta li nonqos milli nwettaq dmiri mingħajr ma nintebaħ. Birkirkara hija lokalità kumplessa, li matul iż-żmien għaddiet minn diversi fażijiet tranżitorji, mhux biss fejn tidħol politika, iżda wkoll fejn jidħlu l-kultura u l-infrastruttura. Matul iż-żmien, il-komunità Karkariża, hekk kif seħħ f 'lokalitajiet oħra, għarfet timxi maż-żminijiet u adattat għal ċirkostanzi ġodda. Nemmen illi l-isfida ewlenija għar-residenti Karkariżi llum hija li, filwaqt illi jkomplu jimxu mal-progress, jagħrfu jgħożżu dak li jagħtihom identità. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Sabiex il-Kunsill Lokali jkun jista' jieħu d-deċiżjonijiet li jidhirlu huma xierqa, jenħtieġ li jkun konxju ta' dak li jixtieq il- poplu. Għaldaqstant, f 'din il-materja, il- Kunsill Lokali mmexxi minni, jaħdem id f 'id mal-komunità Karkariża. Fl-istess waqt, il-Kunsill Lokali ma jiddejjaq xejn jieħu pożizzjoni fil-konfront ta' żvilupp li nemmnu li jista' jkun ta' deterrent għal-lokalità, kemm mill-aspett infrastrutturali, kif ukoll dak soċjali. Matul l-aħħar xhur ħdimna qatigħ sabiex il-wirt tanġibbli u intanġibbli tal- lokalità jiġi ppreservat bil-għan illi dak li nemmnu fih, u ċoè li wliedna u min ġej warajna jkun jista' jgawdi l-lokalità hekk kif aħna kellna l-opportunità li ngawduha, inpoġġuh fis-seħħ. Għaldaqstant, bħala Sindku nipprova niggwida lill-Kunsill Lokali lejn bilanċ sottili ta' żvilupp sostenibbli. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? Birkirkara hija waħda mill-akbar lokalitajiet ta' Malta. Fortunatament, l-ispazji miuħa u ġonna ma jonqsux, u għalkemm il-parti kbira tal-lokalità hija żona urbana, għad fadal diversi spazji fejn wieħed jista' jqatta' it tal-ħin 'il bogħod mid-dinamiċità ta' spazji urbani u forsi jipprattika xi tip ta' eżerċizzju fiżiku. Eżempji tipiċi ta' dan huma Ġnien l-Istazzjon u Ġnien John Borg, bi Ġnien l-Istazzjon joffri spazju ta' rilassament flimkien ma' faċilitajiet oħra, u Ġnien John Borg li saħansitra jinkludi faċilitajiet sportivi. Personalment nemmen illi l-ispazji miuħa huma element kruċjali sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti u għalhekk inħoss li l-kelma "biżżejjed" hija restrittiva. Hekk kif inħtart Sindku, fuq inizjattiva personali, varajt il-proġett pilota 'Pulmun Aħdar f 'Birkirkara' bil-għan illi nikkontribwixxi sabiex jinżergħu siġar fil- lokalità u nħeġġeġ residenti u individwi jagħmlu l-istess. Determinata li dan il- proġett mhux biss jitkompla, iżda li bħalu jinbtu oħrajn bil-għan illi tinħoloq dejjem aktar kuxjenza dwar l-importanza ta' dan l-aspett. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Prijoritajiet għandi ħafna. Ma nemminx illi għandu jkun hemm setturi li jingħataw prijorità fuq oqsma oħra għaliex kull settur għandu impatt fuq il-komunità. Mingħajr dubju se nkun qiegħda naħdem qatigħ fuq oqsma bħal dawk tal-aċċessibbiltà, l-edukazzjoni, l-ambjent u l-kultura — setturi li huma għal qalbi ħafna. Iżda Kunsill Lokali mmexxi minni għandu jżomm il- bibien miuħa għal kull opportunità li jista' jkollu mingħajr ebda distinzjoni, u nemmen illi fil-ħames snin li ġejjin għandna nixtarru tajjeb kull possibbiltà, inkluż li jiġu implimentati proġetti u inizjattivi permezz ta' fondi Ewropej, xi ħaġa illi forsi sal-lum it li xejn seħħet fil-lokalità u li nemmen li jista' jkollha kontribut sabiex materji li sal- lum ma seħħewx minħabba limitazzjonijiet jiġu mwettqa. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Il-Kunsill Lokali għandu diversi proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jolqtu kull faxxa tas-soċjetà. Għal din il-leġiżlatura, minbarra sensiela ta' proġetti żgħar iżda b'impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja tal-kostitwenti, hemm ippjanat illi tiġi rriġenerata l-qalba tal-lokalità b'pavimentar ġdid u għamara tat-triq li tikkumplimenta u tixraq lil din iż-żona storika. Dan minbarra riġenerazzjoni tas-suq l-antik, riġenerazzjoni taż-żona tal-venda ta' Birkirkara u l-madwar, u ta' Ġnien John Borg. Dan tal-aħħar se jiġi implimentat wara li ssir konsultazzjoni pubblika mar-residenti sabiex niżguraw illi jilħaq l-aspettattivi tal-komunità. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Minkejja li kull lokalità għandha l-bżonnijiet tagħha, jeżistu sitwazzjonijiet komuni, li meta nitkellem ma' membri f 'Kunsilli Lokali oħra ninduna illi jenħtieġ li tittieħed azzjoni dwarhom. Ewlenin fosthom huma l-limitazzjonijiet, primarjament ta' riżorsi, li jwasslu għal nuqqas ta' sapport mill-Pulizija u l-forzi tal-ordni. Nemmen illi għandu jkun hemm qafas li permezz tiegħu jkun hemm komunikazzjoni aħjar mal- Gvern Ċentrali u dipartimenti u entitajiet governattivi. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? Nemmen illi hemm lok għal titjib sostanzjali. Bosta drabi, il-Kunsilli Lokali jaffaċċjaw diversi proċeduri burokratiċi meta jiġu biex iwettqu xi proġett, burokrazija li xi kultant minflok tiffaċilita l-ħidma tal- Kunsilli Lokali tkompli titfa' aktar piż fuq riżorsi li minnhom infushom diġà huma pjuttost limitati. Nuqqas ieħor li nemmen illi għandu impatt negattiv, kemm fuq il-Kunsilli Lokali nfushom, kif ukoll fuq il-perspettiva ta' kif il-Gvern Lokali jarah il-poplu, huma proġetti li jiġu implimentati fil-lokalitajiet mingħajr konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali — okkorrenzi li sfortunatament iseħħu u li fl-opinjoni tiegħi huma inaċċettabbli. intervista IL-ĦADD 6 TA' LULJU 2025 • illum 16 'Bosta drabi, azzjoni sempliċi jew deċiżjoni, kemm jekk tajba, kif ukoll jekk żbaljata, ikollha impatt wisq akbar milli wieħed jistenna' Sekonda mas-Sindki: Il- gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Desirei Grech, is-Sindku ta' Birkirkara. Il-lokalità ta' Birkirkara tinsab fiċ-ċentru ta' Malta u hija t-tieni l-aktar popolata fil-gżira, b'madwar 24,356 abitant f 'żona ta' 2.7 km². L-isem "Birkirkara" jindika "ilma frisk", li wieħed jista' jassoċja mal-akwadott fl-istess belt. Din hi waħda mill-eqdem bliet f 'Malta, imsejħa bħala waħda mill-parroċċi l-ewlenin fl-1436. Fost attrazzjonijiet magħrufin hemm il-Bażilika ta' Santa Liena, bażilika Barokka tas-seklu 18 li tħaddan l-akbar qniepen tal-knisja f 'Malta u b'purċissjoni unika filgħodu nhar il-festa ta' Santa Liena fit-18 ta' Awwissu. Desirei Grech, is-Sindku ta' Birkirkara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 July 2025