MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537234

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 972 €1.50 IL-ĦADD 6 TA' LULJU 2025 INTERVISTA MA' DESIREI GRECH, IS-SINDKU TA' BIRKIRKARA PAĠNA 16 ARA INTERVISTA PAĠNI 6 - 7 Il-kampanja elettorali bejn l-Eks Kap tal- PN Adrian Delia u d-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Alex Borg bdiet ħażin wara li l-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista imponiet regoli medjokri u ristretti fuq kif jistgħu jitkellmu u jidhru l-kandidati. Fosthom hemm ir-regoli li ma jistgħux jiddibattu bejniethom u, fuq kollox, wara li tispiċċa d-due diligence, iridu jitkellmu biss fuq il-mezzi tax-xandir tal-PN. Huwa għalhekk li l-ħarsa tal-media qed tkun fuq min qed jitkellem favur kandidat jew ieħor. Imma jidher li s'issa m'hemm xejn spettakolari li jista' jiġi rrappurtat dwar il-kandidati li fuq livell politiku jidhru l-istess ħafna. S'issa l-iktar nies ikkuluriti kienu dawk li ħarġu għonqhom għal Adrian Delia, personalitajiet mill-passat, li kienu magħrufin l-aktar bħala apoloġisti u gladjaturi kbar tal- Gvern ta' Lawrence Gonzi. Fosthom insibu lil Georg Sapiano, avukat li kien sieħeb Delia fin-negozju, u kien ukoll magħruf li kien jingħata pataflun direct orders fi żmien Austin Gatt. Kien magħruf ukoll li jagħmel programm televiżiv fuq TVM bl- assistenza – dak iż-żmien – ta' Manwel Delia, bloger magħruf għall-kitbiet kattivi tiegħu. Sapiano kien ukoll jikteb kolonna satirka mal-bloger Daphne Caruana Galizia fuq il- gazzetta e People. Minkejja kollox, Caruana Galizia fl-istess stil inimitabbli tagħha, kienet daret kontra Sapiano u Delia għax dawn kienu avukati ta' ditta li jagħmlu flejjes kbar mill- introjtu ta' siti pornografiċi kbar. Sapiano kien ħareġ għall-politika wkoll mal-PN, imma kien għamel vroma u ġab it voti. Apparti Sapiano hemm ukoll Father Joe Borg, persuna li sa it żmien ilu kien lettur l-Università. Kien ukoll involut fl-editorial board tal-PBS fi żmien Lawrence Gonzi, fejn dak iż-żmien ma jidhirx li kien hemm 'problema' li persuni li kellhom kariga politika bħal Lou Bondi jingħataw programmi televiżivi. Apparti l-aġenda anti-Laburista ta' dak iż-żmien fuq il-PBS. Joe Borg kien il-moħħ ukoll tal-RTK, radju tal-knisja li fi żmienu kienet magħrufa għall- kritika ħarxa lejn il-Labour. Persuna oħra li mhux qed tiddejjaq titkellem favur Adrian Delia huwa Peppi Azzopardi, personalità li tmur lura għall-programm Xarabank fuq il-PBS. Programm li kien kiser kull rekord ta' udjenza. Imma min-naħa l-oħra, Azzopardi dejjaq bil-kbir lil-Labour, għall-antipatija li kellu għall-politika Laburista f 'kummenti u opinjoni favur jew kontra xi personalitajiet Laburisti. Min-naħa ta' Alex Borg, s'issa m'hemm ħadd li għandu l-istatura imma jista' jkun li din taħdem favurih. Għax bosta huma dawk li jridu li l-PN ikollu wiċċ ġdid u ma jkunx imxekkel mill-iskeletri tal-passat. Min-naħa l-oħra, Borg għandu l-età kontrih u l-fatt li fuq ħafna temi jidher mhux ċar biżżejjed. ARA EDITORJAL PAĠNA 11 IT-TIĠRIJA B'ŻEWĠ AĦWA … IL-KARATTRI WARA ADRIAN DELIA JIKXFU JDEJHOM Il-prezzijiet tas-sunblock Georg Sapiano, Joe Borg u Peppi Azzopardi ħarġu favur Delia (xellug) Il-kanċer tal-ġilda qed jiżdied b'rata allarmanti f 'Malta, u wieħed mill-ostakli ewlenin fil- prevenzjoni tiegħu mhuwiex biss l-espożizzjoni għar-raġġi UV, iżda wkoll id-diffikultà li ħafna persuni qed jaffaċċjaw biex jaffordjaw jixtru l-krema tax-xemx, jew kif ħafna jirreferu għalih bħala s-sunblock. Minkejja li dan il-prodott huwa essenzjali biex jipproteġi l-ġilda minn ħsara permanenti u potenzjalment fatali, ħafna qed jitħallew mingħajr protezzjoni adegwata minħabba l-prezzijiet għoljin li s-suq joffri. Dawn il-prezzijiet għoljin jagħmlu l-użu regolari tas-sunblock sfida għal dawk b'baġit limitat. Il-prezz huwa ostaklu evidenti għall-użu regolari. Wara stħarriġ mad-Dermatologu Dr Lawrence Scerri, jidher ċar li dawn il-prezzijiet jistgħu jkunu fattur deterrenti għal użu adegwat. Dr Scerri qal li l-krema tax-xemx trid tiġi applikata darba kull sagħtejn jekk se tkun espost għax-xemx bejn l-10 a.m. u l-4 p.m. Dan ifisser li wieħed irid jixtri iktar minn wieħed u b'hekk jista' jwassal biex persuna tillimita ruħa milli tixtrih.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 July 2025