MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537234

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' LULJU 2025 • illum Tnaqqis fir-rata tar-rappurtar ifisser żieda fl-għarfien, skont l-FIAU GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU ◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €250,000,000 Malta Government Stocks – b'rata ta' imgħax fissa MALTA GOVERNMENT STOCKS ^dKͲ'sZE Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i) u (ii) hawn fuq li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill- membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, l-10 ta' Lulju 2025 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il-prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid- Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta b'rata ta' imgħax fissa L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €250,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks: Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €150,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill- ammont offrut. Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu t-Tnejn, l-14 ta' Lulju 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, s-16 ta' Lulju 2025. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, it-18 ta' Lulju 2025 u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid- diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor https://treasury.gov.mt/formoli-tapplikazzjoni/ mill-Ġimgħa, il-11 ta' Lulju 2025. (i) 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta (IV) li jimmatura fl-2035 u (ii) 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta (II) li jimmatura fl-2040. SEAN FENECH Fl-2024, kien hemm żieda ta' 3% fir-Rapporti ta' Tranżazzjonijiet Suspettużi (RTS) mis-sena ta' qabel, jiġifieri l-2023, skont ir-Rapport Annwali għas- sena 2024 maħruġ mill-Korp tal-Analiżi tal-Intelliġenza Finanzjarja (FIAU). B'kollox, l-FIAU rċeviet total ta' 9,430 rapport minn setturi varji. Iżda minkejja diż-żieda, ir-rata taż-żidiet ta' dawn ir-rapporti minn sena għal sena bdew jonqsu. Fil-fatt, il-korp irċieva 9,157 rapport fis-sena 2023, iżda r-rata taż-żieda fir-rapporti kien 5% fl-istess sena. Dan terġa' inqas mir-rati tas- snin ta' qabel, fejn kien hemm rata' ta' 19% fl-2022 u 34% fl- 2021. L-ammonti ta' rapporti f 'dawn is-snin kienu 8,740 fl- 2022 u 7,323 fl-2021. Fir-rapport tagħhom, l-FIAU qalu li dat-tnaqqis fir-rata taż-żidiet huwa evidenza tal- effettività tal-inizjattivi tagħhom, fejn jagħtu l-gwida u jaħdmu biex jintlaħqu n-nies. Fil-fatt, il-korp ippubblika tmien dokumenti ta' gwida fl- 2024. Barra minn hekk, kien hemm parteċipazzjoni qawwija fis-sessjonijiet ta' taħriġ li offriet l-FIAU, fejn skonthom, "kien hemm involviment f 'aktar minn 40 avveniment ta' partijiet terzi li laħqu 'l fuq minn 4,000 parteċipant." Apparti t'hekk, il-korp ospita tliet sessjonijiet ta' taħriġ iddedikat biex jagħtu aktar appoġġ lill-entitajiet responsabbli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Dawn l-inizjattivi, qalet l-entità, kienu partikolarment effettivi fis-settur tal-propjetà, fejn kien hemm żieda ta' 80% fir- rapporti minn das-settur. Iżda qalu li t-titjib fit-taħriġ u ż-żieda fl-appoġġ irriżultaw f 'aktar rappurtar f 'setturi varji. Is-setturi bl-aktar ammont ta' rappurtar Għaldaqstant, is-settur tal- logħob tal-azzard jibqa' s-settur bl-akbar ammont ta' rappurtar ta' tranżazzjonijiet suspettivi. Fil- fatt, ġew irreġistrati 3,670 rapport minn dan is-settur — iktar mid- doppju tas-settur li ġie t-tieni, li huwa s-settur tal-assi finanzjarji virtwali (VFAs). Iżda dan-numru jirrappreżenta tnaqqis mis-sena ta' qabel, jiġifieri l-2023, fejn is-settur tal- logħob tal-azzard issottometta 4,205 rapporti. Jiġifieri kien hemm tnaqqis ta' 535 rapport jew 13%. Min-naħa l-oħra, is-settur tal- VFAs irreġistra total ta' 1,751 rapport. Dan jirrappreżenta żieda ta' 275 rapport jew 19%, hekk kif fl-2023 kien hemm total ta' 1,476 rapport. Fit-tielet post hemm is- settur tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, jiġifieri l-flus li jkollok maħżunin fil-karti bankarji jew fil-mobile. Ir-rapporti minn das- settur ammontaw għal 1,657, żieda ta' 615-il rapport jew 59% mis-sena 2023, hekk kif ġew irreġistrati 1,042 rapport din is- sena. Fir-rapport tagħhom, l-FIAU qalu li dat-tnaqqis fir-rata taż-żidiet huwa evidenza tal-effettività tal- inizjattivi tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 July 2025