MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Palm Court Lounge fil-Phoenicia Malta ospitat il-uħ ta' A Sense of Place nhar id-9 ta' Awwissu, wirja kollettiva magħżula b'attenzjoni li tiġbor flimkien xogħol ta' għaxar artisti li l-prattika tagħhom tinvestiga, tiċċelebra, jew terġa' toħloq il-kunċett ta' "post". Il-wirja, immexxija mill-Prof. Charlene Vella, tesplora kif il-kunċett ta' post — jekk hux ġeografiku, arkitettoniku, emozzjonali, jew immaġinat — jifforma l-identità tagħna, il-perċezzjoni tagħna u anke l-mod kif nesprimu l-arti. Minn l-atmosfera ta' kamra, kafetterija mfakkra, jew il-karattru Mediterranju ta' Malta, kull artist jinterpreta 'post' b'mod uniku, u jippreżenta riflessjoni sinjura u varjata dwar l-ambjenti li jifformawna. Il-wirja tiċċelebra din id-diversità ta' espressjoni, u tenfasizza l-mod intimu u wiesa' kif "post" jispira l-ħolqien artistiku. Il-wirja tinkludi taħlita ta' artisti stabbiliti u oħrajn emerġenti fix-xena artistika Maltija. L-artisti li se jesebixxu jinkludu ismijiet magħrufa bħal Kenneth Zammit Tabona, Peter Quinn, Andrew Diacono, Henry Falzon, u Johanna Wells Barthet, kif ukoll artisti li għamlu wirjiet individwali bħalma huma Marlene Gouder u Mariam De Giorgio. Importanti wkoll hija l-parteċipazzjoni ta' tliet artisti ġodda li għadhom kif iggradwaw mill-Programm tal-Arti tal-Università ta' Malta: Kathrine Maj, Emma Incorvaja, u Mireille Vella — opportunità biex naraw talenti ġodda fil- bidu tal-karriera tagħhom. L-artisti se jħaddmu diversi mezzi artistiċi, kollha jirrispondu għat-tema tal-"post" — jekk hu personali, storiku, ġeografiku, jew immaġinat — u joħolqu djalogu dinamiku bejn perspettivi differenti. Minn pajsaġġi liriċi u impressjonijiet urbani għal esplorazzjonijiet tal-identità marbuta mal-ambjent, il-wirja tistedinna naħsbu dwar kif sens ta' post ikompli jifforma l-espressjoni artistika minn ġenerazzjoni għal oħra. "Wirja kollettiva bħal din tippermettilna naraw kif il-lingwa viżiva tal-arti kontemporanja Maltija qed tinbidel, filwaqt li nagħrfu r-rwol tal-mentorship, it-tradizzjoni u l-innovazzjoni," qalet il-Prof. Charlene Vella. "Hija wkoll pjattaforma importanti biex nappoġġaw u niċċelebraw l-artisti ġodda tagħna, li qed joffru perspettivi friski fuq id-dinja ta' madwarna." Il-wirja qiegħda fil-Phoenicia Malta, post mimli storja u mdawwal bid-dawl tas- sajf. L-atmosfera raffinata tal-Palm Court Lounge toffri sfond ideali għal xogħlijiet li jikkontemplaw il-memorja, l-ambjent u s-sens ta' appartenenza. Il-wirja se tkun miuħa kuljum matul Awwissu 2025. A Sense of Place — Wirja Kollettiva fil-Phoenicia Malta 'Mil-Lenti għar-Ritratt': niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Fotografija Ta' kull sena, fid-19 ta' Awwissu, fotografi u artisti viżwali minn madwar id-dinja jingħaqdu sabiex jiċċelebraw il-Jum Dinji tal-Fotografija. Jum li fih niakru fil-potenzjal li l-fotografija għandha, sew bħala għodda, kif ukoll bħala arti. Filwaqt li l-fotografija ġiet ivvintata bl-għan ewlieni biex mumenti jiġu rrekordjati, illum dan l-għan twessa' ferm aktar minn sempliċi għodda biex jinżamm rikordju. Ritratt artistiku jinvolvi proċess ta' osservazzjoni, interpretazzjoni u kreazzjoni. Bħal kull artist ieħor, fotografu joħloq kwadru biex jesprimi kunċett, emozzjoni, jew perspettiva. Dan il-proċess kreattiv jinvolvi serje ta' għażliet intenzjonati li jsiru mill- fotografu. Mill-għażla tas-suġġett, l-angolu biex jinġibed ir-ritratt, l-interazzjoni bejn id-dawl u d-dell, l-iffokar, l-inkwadrar, u ma jistax jonqos li r-ritratt jaqbad il- mument kruċjali. Din is-sena, is-Soċjetà Maltija tal-Fotografija, pilastru u promotur tal-fotografija artistika f 'Malta, għal darb'oħra se tkun qed tiċċelebra dan il-jum b'esebizzjoni speċjali bl-isem ta' 'Mil-Lenti għar- Ritratt'. Imwaqqfa fl-1961, is-Soċjetà Maltija tal-Fotografija kienet u għadha punt ta' referenza għall- komunità fotografika lokali għal dawn l-aħħar sittin sena. Is-Soċjetà kienet maħluqa sabiex toffri sostenn lill-fotografi dilettanti u professjonali, kif ukoll sabiex tippromovi l-fotografija bħala mezz artistiku, dinamiku, u espressiv. Lil hinn mill-organizzazzjoni ta' wirjiet, is-Soċjetà għandha rwol importanti fl-edukazzjoni u l-iżvilupp artistiku tal-membri tagħha. Dan isir permezz ta' taħditiet ta' kull gimgħa, korsijiet, workshops, photo-walks u programmi ta' mentoring, kollha intenzjonati sabiex titrawwem komunità fotografika vibranti u kreattiva. Sabiex tikkommemora l-Jum Dinji tal-Fotografija, is-Soċjetà se tkun qed ittella' esebizzjoni li turi x-xogħlijiet tal-membri tagħha. Il-wirja hija kkaratterizzata minn varjetà wiesgħa ta' stili ta' ritratti kemm bil-kulur, kif ukoll iswed u abjad, kompożizzjonijiet minimalistiċi, still-life, fotografija tat-triq, ritratti espressivi u wkoll astratti. Kull ritratt esebit jirrifletti l-viżjoni unika u l-interpretazzjoni li jkun ta l-fotografu ta' kif iħares lejn element fid-dinja ta' madwarna. L-esebizzjoni se tkun qed tittella' ġewwa l-mużew storiku ta' Wignacourt ġewwa r-Rabat. Binja Barokka, li fil-passat kienet isservi bħala r-residenza tal-Kappillani tal-Ordni ta' San Ġwann u li tinsab biswit il-Bażilika ta' San Pawl. Il-binja nfisha se tkun qed tikkumplimenta l-istess esebizzjoni mil-lat storiku u tirreplika l-vjaġġ ta' kull ritratt mill- ewwel xrara ta' ispirazzjoni minn wara l-lenti tal-kamera sar-ritratt finali mdendel mal-ħajt. F'dinja li llum miżgħuda bir-ritratti, il- fotografija esebita tiddistingwi minn dik ġenerali minħabba l-viżjoni artistika ta' kull ritratt li jittieħed u li jintwera. Is-Soċjetà Maltija tal-Fotografija tistieden lill-pubbliku biex imur jara din iċ-ċelebrazzjoni tal-arti fotografika. L-esebizzjoni se tkun miuħa sal-aħħar ta' Awwissu, mit-Tnejn sal-Ħadd mid-9:30 a.m sal-5:00 p.m. L-aħħar dħul sal- 4:00 p.m. Id-dħul huwa bla ħlas. Wieħed mir-ritratti fl-esebizzjoni "Sphered" ta' Anna Tabone Il-wirja tinkludi taħlita ta' artisti stabbiliti u oħrajn emerġenti fix-xena artistika Maltija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 August 2025