MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-ixkaffa kontinentali ta' Malta bħala Żona Ekonomika Esklussiva Dr Peter Gatt ippubblika fuq ir-rivista Tectonics artiklu innovattiv dwar il-ġeoloġija tal- ixkaffa kontinentali ta' Malta, li reċentement ġie ddikjarat bħala ż-Żona Ekonomika Esklussiva (EEZ). L-istudju, intitolat "Tectonic segmentation of the Mesozoic to Paleogene Malta isolated carbonate platform: A key to riing in the Central Mediterranean" jippreżenta bażijiet ġodda skoperti mill- awtur fl-EEZ ta' Malta. Aktar minn 1000 km ta' linji sismiċi u dejta minn BP u Total jikkonfermaw l-iskoperta ta' tliet bażijiet ġodda — Malta, Melita, u Medina — li żviluppaw b'suċċessjoni bħala bażijiet ta' 100 km wiesa', orjentati mil- Lvant-Grigal lejn in-Nofsinhar- Lbiċ. L-aspett eċitanti ta' din l-iskoperta hu li dawn il-bażijiet jistgħu jospitaw sistemi ta' idrokarburi b'ġibjuni ta' gass u żejt fl-EEZ ta' Malta. Dr Gatt għandu l-intenzjoni jwettaq aktar riċerka dwar il-potenzjal tal-gass f 'dawn il-bażijiet u dwar il-ġeoloġija tul l-għoljiet tettoniċi li jifirduhom, li jistgħu jaġixxu bħala siġilli naturali għall-gass fil-ġibjuni. Matul l-aħħar 60 sena, l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass f 'Malta ma rnexxietx, billi kienet ibbażata fuq mudelli ta' sistemi ta' idrokarburi skoperti fit-Tuneżija u barra minn xtut Sqallija. L-istudju ta' Gatt jipproponi mudell ġdid li jista' jservi bħala bażi biex jerġa' jiġi evalwat il-potenzjal offshore ta' Malta. Din l-iskoperta hi ta' importanza għal Malta peress li hi l-aktar pajjiż fl-Ewropa dipendenti fuq idrokarburi għall-ħtiġijiet tal-enerġija tagħha — kollha importati b'nefqa għolja fuq it- taxxi tal-poplu. Parti kbira mill- elettriku ta' Malta tiġi prodotta minn gass naturali likwifikat (LNG) importat, li skont riċerka reċenti għandu impatt sinifikanti fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Jekk il-gvern jiddeċiedi jesplora dawn il-bażijiet ġodda, l-użu ta' gass naturali ppumpjat direttament mill-kampijiet jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-impronta kurrenti tal- emissjonijiet. L-iskoperti ta' kampijiet kbar tal-gass marbuta ma' pjattaformi karbonatiċi iżolati f 'pajjiżi bħall-Eġittu, Iżrael, u Ċipru aktar minn għaxar snin ilu, bidlu l-mappa tal-enerġija fil-Lvant tal-Mediterran, li dejjem aktar qed issir fornitur ta' enerġija lill- Ewropa. Ix-xogħol ta' Gatt juri li l-Gżejjer Maltin huma l-parti emersa ta' pjattaforma karbonatika iżolata ta' 200 km wiesgħa, li ġiet segmentata mit-tensjoni tettonika li ħolqot it-tliet bażijiet. Din il-qoxra kontinentali rqiqa u l-magmatiżmu profond assoċjat magħha joffru wkoll opportunità għall-iżvilupp tal-enerġija ġeotermika profonda fl-EEZ ta' Malta — l-aktar forma ta' enerġija nadifa u sostenibbli. Bħala President tal-Kamra tal-Ġeologi ta' Malta, Dr Gatt jemmen li jekk il-gvern jimplimenta programm serju ta' esplorazzjoni tal-gass, kif għamlu l-pajjiżi ġirien kollha, skoperta ta' gass tista' tkun punt ta' bidla għall- ekonomija ta' Malta, li bħalissa hija ffukata żżejjed fuq tkabbir mhux sostenibbli fil-popolazzjoni, it-turiżmu u l-kostruzzjoni — b'konsegwenzi negattivi għall- ambjent. Heritage Malta fetħet wirja ġdida bl-isem 'In-naħa l-oħra — Francis Ebejer il-pittur', fi tħejjija għaċ-ċentinarju mit-twelid ta' wieħed mill-aktar figuri kulturali rispettati f 'Malta. Il-wirja, ospitata fi spazju ġdid esebittiv f 'MUŻA — il- Mużew Nazzjonali tal-Arti Komunitarja fil-Belt Valletta — se tkun miuħa sal-31 ta' Awwissu. Imwieled fir-raħal rurali ta' Ħad- Dingli fl-1925, Francis Ebejer hu magħruf l-aktar bħala drammaturgu u rumanzier distint, li bil-kontributi tiegħu — fosthom rumanzi, stejjer qosra, u drammi ppubblikati u mtellgħin fuq skala internazzjonali — bidel ix-xena kulturali lokali. Ix-xogħlijiet tiegħu laqtu fil-fond lill-pubbliku Malti, mhux biss minħabba l-valur letterarju tagħhom, iżda wkoll għax sfidaw il-konvenzjonijiet u taw vuċi lill-identità li kienet qed tevolvi f 'Malta tal-perjodu wara l-gwerra. Din il-wirja ġdida f 'MUŻA toffri lill- pubbliku l-opportunità li jesplora aspett inqas magħruf iżda personali ħafna mill-kreattività ta' Ebejer: il-pittura. Għalkemm jibqa' mfakkar primarjament għall-wirt letterarju tiegħu, il-pittura saret mezz ta' espressjoni importanti speċjalment fis-snin ta' wara. Permezz tagħha sab spazju għall-introspezzjoni u l-astrazzjoni, li kkumplimentaw il-kitbiet tiegħu u ppermettewh jidħol f 'temi ta' identità, memorja, u esplorazzjoni personali f 'mezzi differenti iżda espressivi daqshekk. 'In-naħa l-oħra — Francis Ebejer il- pittur' tiġbor magħha għażla kurata mix- xogħlijiet viżivi tiegħu, fosthom 14-il biċċa arti — erbgħa minnhom akkwistati reċentement għall-kollezzjoni nazzjonali, u oħrajn mislufa ġenerożament mill- kollezzjoni privata ta' ibnu Damian Ebejer. Fost il-punti ewlenin hemm pitturi evokattivi bħal'Tal-Ħut (Fishwoman)' u 'Day's End on Southern Cliffs'. Il-wirja tinkludi wkoll oġġetti personali bħal manuskritti, posters, premjijiet u t-typwriter tiegħu, flimkien ma' bust tal-bronż mill-iskultur magħruf Anton Agius, misluf minn Spazju Kreattiv. Din l-inizjattiva hija appoġġata mill- Akkademja tal-Malti u mid-Dipartiment tal-Istudji tat-Teatru fl-Università ta' Malta, immexxi mill-Prof. Marco Galea, u tinkludi wkoll filmati mill-arkivji tal- Public Broadcasting Services. Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Dr Owen Bonnici qal: "Francis Ebejer kien ġgant fix-xena letterarja u artistika ta' Malta, li ħalla wirt imprezzabbli fil- kitba u fil-pittura. Ix-xogħlijiet tiegħu, kemm fuq il-palk, kif ukoll fuq il-karta tal-pittur, jirriflettu l-bidliet soċjali u kulturali ta' pajjiżna b'mod profond u artistiku." Huwa żied jgħid: "Illum qegħdin infakkruh u nonorawh permezz ta' din il-wirja li turi l-wiċċ artistiku tiegħu. Nirringrazzja minn qalbi lil kull min ta sehmu f 'din l-inizjattiva." Mario Cutajar, Chairman ta' Heritage Malta u Direttur ta' MUŻA, innota: "Din il-wirja tippreżenta lil Francis Ebejer b'mod ġdid, billi turih bħala pittur u mhux biss bħala wieħed mill-awturi ewlenin fil-letteratura Maltija. Huwa xieraq li f 'dan iċ-ċentinarju mit-twelid tiegħu, il-poplu Malti jħares lejh b'mod aktar ħolistiku, fl-arti kollha tiegħu. MUŻA jrid jagħti opportunitajiet bħal dawn għax jaspira li jiċċelebra l-artisti minn kull angolu — il-kreattività, il- ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Hu spazju fejn l-artisti għandhom il-kelma tagħhom. MUŻA twieled biex jinvolvi l-komunità u jrid jibqa' magħha, fosthom permezz tal-inizjattivi li jaspiraw jagħmlu minn MUŻA esperjenza aktar elevata." Id-dħul għal din il-wirja huwa inkluż fil-biljett normali tal-mużew, li jkun miftuħ kuljum bejn l-10:00 u s-18:00. Katalgu llustrat huwa wkoll disponibbli b'xejn. In-naħa l-oħra — Francis Ebejer il-pittur Francis Ebejer Malta hi l-aktar pajjiż fl-Ewropa dipendenti fuq idrokarburi għall-ħtiġijiet tal-enerġija tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 August 2025