MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Joan Shawlee (1926-1987). Bjondija, dejjem ferħana u anki vulgari, kienet fl-element naturali tagħha ġo films bħal Some Like It Hot (1959), e Apartment (1960), Irma La Douce (1963), e St. Valentine's Day Massacre (1967) u f 'e Wild Angels (1966), dwar gang ta' sewwieqa ta' muturi fejn isibuha bħala Momma Monahan. Audrey Totter (1917-2013). Sikwit kienet tinterpreta xi waħda qalila ta' bla emozzjoni. F'Tension (1949) tgħajjar lill-ispiżjar żewġha "Little Pill Pusher" u tirridikolah, kif ukoll wara tissieħeb miegħu biex joqtlu lill-maħbuba tiegħu. Fil- Western e Woman ey Almost Lynched (1953) għandha dwell bil- pistola ma' mara oħra. Carolyn Jones (1930-1983). Fl-ewwel parti tagħha kellha d-distinzjoni dubjuża li tidher bħala statwa tax-xema' f 'House Of Wax (1953), li kien bit-3D. Kienet it-tfajla ta' Mickey Rooney bħala l-protagonist gangster Baby Face Nelson (1957) u wara t-tfajla ta' Elvis Presley f 'King Creole (1958). F'dawn iż-żewġ films hi tmut. Ħallietna ta' 53 sena bil-marda qerrieda tal-kanċer. Barbara Nichols (1932-1976). Lil din l-attriċi li kienet rebħet it-titlu ta' Miss Dill Pickle kienu jużawha l-aktar f 'kummiedji jew bħala waħda inferjuri tat-tip ta' Marilyn Monroe — bjondija, thobb turi ruħha, żeffiena li tqajjem kurżità fl-irġiel, b'leħen xi it maħnuq kif uriet f 'e Naked And e Dead (1958), film tal-gwerra. Spikkat ukoll f 'dan il-lat f 'e Wild Party (1956), Pal Joey (1957), Sweet Smell Of Success (1957) u at Kind Of Woman (1959). Mietet fl-għomor ta' 47 sena minn komplikazzjonijiet intimi fil-milsa u l-fwied ikkawżati minn minn żewġ inċidenti separati bil-karozza. Mara Corday (1936-2025). Marilyn Joan Long, magħrufa professjonalment bħala Mara Corday, barra attriċi kienet mudella, showgirl u ppożat xi drabi fil- magażin Playboy. Fis-snin ħamsin ħadmet f 'bosta films medjokri tal- biża' u Westerns. Wara li żżewġet, ikkonċentrat fuq il-familja. Kienet ħabiba sewwa ma' Clint Eastwood u wara li hu kellu parti verament ċkejkna f 'Tarantula (1955), fejn hi kienet il-protagonista, Eastwood ħaddimha f 'erba' films minn tiegħu fosthom e Gauntlet u Sudden Impact. Coleen Gray (1922-2015). Bdiet taħdem bħala waħda li sservi l-ikel f 'restorant; wara studjat ir- reċtar u skoprieha wieħed li jfittex it-talent għall-kumpanija 20th Century Fox. Fil-bidu dehret f 'żewġ produzzjonijiet tajbin mal-attur Tyrone Power, f 'Nightmare Alley (1947) u f 'e Razor's Edge (1946) kif ukoll f 'Kiss Of Death (1947). F'Kansas City Confidential (U.K. e Secret Four -1952) hi żżomm mal-onest John Payne, minkejja li missierha Preston Foster hu sid korrott li ried jisraq bank. F'e Killing (1956) kienet il-ħabiba ta' Sterling Hayden imma l-preżenza tagħha f 'dan il-film ġiet issuperata mill-brava Marie Windsor li l-preżenza tagħha l-aktar li baqgħet fil-moħħ tal-udjenzi. Gloria Grahame (1923-1981). Barra li hi character actress, ġieli wkoll laħqet mal-ewlenin. Fil- bidu tal-karriera ħadmet ta' dik li jsejħulha fallen woman — mara li tinkaram wara l-ħażin jew li taqta' qalbha mid-dinja meta tkun iddisprata, sa anki tikkontempla suwiċidju f 'It's A wonderful Life (1946) — fi Human Desire (1954) taħrab lir-raġel però hu joqtolha u f 'e Big Heat (1953) Lee Marvin jitfa' kitla misħun jagħli f 'wiċċha wara li hi qarrqet bih. F'e Bad And e Beautiful (1951) tkun imdejqa bir-raġel tagħha li jikteb screenplays u tmut wara li kraxxja l-ajruplan mal-ħabib. Insibuha taħdem aktar rwoli minn dawn u jidher li kienu għall-gosti tagħha. L-istess nistgħu ngħidu għal Lee Remick li bi it sforz ieħor kienet tilħaq il-quċċata tal-popolarità li kien jixirqilha. Barra li ħadmet f 'diversi films fis-snin sittin f 'partijiet ewlenin, fid-diċennju ta' qabel sabet ruħha fil-kategorija ta' character actress. Fl-ewwel dehra tagħha fiċ-ċinema fl-1957, f 'A Face In e Crowd bħala l-aktar kompetitriċi sexy li tiżfen bit-tanbur, mhux biss rebħet il-premju, imma wkoll lill-kap tal-ġurija. Mhux l-ewwel darba li wara ħadmet ta' xi vittma bħal f 'ese ousand Hills (1959) bħala prostituta, f 'Anatomy Of A Murder (1960) żewġha joqtol lil dak li stupraha, kienet involuta fi qtil f 'e Running Man (1963) u tinkaram bil-kbir wara x-xorb alkoħoliku f 'Days Of Wine And Roses (1962). Lola Albright (1924-2017). Fid-dehriet tagħha fuq il-liżar il-kbir, din l-attriċi tkun il-mara tal-maniġer qarrieqi tal-boxing, imma ssir tħobb lill-boxer rebbieħ, Kirk Douglas f 'e Champion (1949). Wara dehret ġo numru ta' produzzjonijiet medjokri, fosthom xi Westerns sakemm irpiljat f 'A Cold Wind In August (1961) bħala żeffiena li tneħħi l-ħwejjeġ u li jkollha relazzjoni ma' teenager. Il-films li ġew wara kienu bil-wisq aħjar minn dawk tas-snin ħamsin. Anne Francis (1930 -2011). Aktarx li tibqa' msemmija l-aktar għall-parti tagħha fil-klassiku tax- xjenza fittizja Forbidden Planet (1956), b'sorpriża bbażat minn fuq ix-xogħol letterarju e Tempest ta' William Shakespeare. Impressjonat bħala l-mara tqila tal-għalliem Glenn Ford f 'e Blackboard Jungle (1955) imminaċċjata b'ittri mill-istudenti teddy boys tal-klassi ta' żewġha. Kienet prostituta li ssir tħobb suldat f 'Battle Cry (1955) u kienet taf kif tirrispondi spirtu pront lil George Sanders f 'e Scarlet Coat (1955). Reġgħet ħadmet ta' mara vizzjuża li jfittxuha bit-telefown f 'Girl Of e Night (1960). Kważi l-atturi nisa kollha li semmejt kienu magħrufin sewwa miċ-ċineasti però xi oħrajn kienu tassew character actors, aktar familjari mal-udjenzi minn wiċċhom u l-qagħda tagħhom, bħal Veda Ann Borg, Dolores Dorn, Eve Arden, Lynn Bari, Valerie French, Signe Hasso, Dolores Michaels, Dorothy Provine (ukoll kantanta), Fay Spain, u tant oħrajn. Mill-bidu tal-millenju 'l hawn u minn meta bdew ikunu popolari l-films tas-supereroj, insibu ħafna nisa involuti f 'films ta' azzjoni intensa jew ta' vendetta spjetata. Meta kkumparati ma' e Broads, dawn jidhru, fil-maġġoranza tagħhom, artifiċjali, superfluwi, esaġerati u li jnisslu xi tbissima ta' stmerrija! 14 films IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 • illum Carmel Bonnici Kienu jsejħulhom 'Broads' IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Joan Shawlee Mara Corday

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 August 2025