MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Miriam Galea ħarset lejn il-kitbiet minn studjużi differenti dwar l-aħħar jiem tal-poeta Mario Azzopardi u l-aħħar ktieb li kien ħareġ. Dawn kollha jinġabru fl-aħħar rivista ta' Il-Malti, iddedikata kollha kemm hi għal Azzopardi. Il-Profeta li ma riedx jagħmel mirakli: l-umanità kontemporanja ta' Mario Azzopardi Il-Ħarġa Speċjali 2024 ta' Il-Malti, ġurnal tal-Akkademja tal-Malti, tikkostitwixxi studji dwar l-ispiritwalità tal-poeżija ta' Mario Azzopardi, speċifikament l-aħħar ġabra tiegħu Epistoli mid-Deżert: Poeżija u Poesaġġi. Din il-ġabra hi interessanti mhux biss għal min tinteressah il-poeżija Maltija, iżda għax tlaqqagħna wkoll mal- kwistjonijiet ewlenin tas-soċjetà Maltija u li Azzopardi qatt ma beża' jisfidana bihom. Il-ġabra tħaddem lingwaġġ akkademiku Malti li jittratta kunċetti kumplessi u osservazzjonijiet astratti. Bħala Maltin kultant inxejnu l-Malti biss bħala lingwa vernakulari u ma nħaddmuhx biżżejjed fir- reġistri potenzjali kollha tiegħu. Fid-daħla, George Farrugia jgħid kif Ġużè Chetcuti sejjaħ lil Azzopardi "poeta ribell, provokanti u radikalista" kemm fil-forma, kif ukoll fil-kontenut, imlaqqam saħansitra "l'enfant terrible" tax-xena poetika lokali. Fl-istudju Mario Azzopardi: Jien il-Poeta Misħut, Charles Briffa jsejjaħlu "l-aktar poeta ribelluż Malti tat-tieni nofs tas-seklu 20". Briffa jsemmi l-"umanità kontemporanja" tiegħu u kif kien 'jidentifika ruħu ma' kull min ibati fis-soċjetà kontemporanja", u jeħodha kontra kull dogma tradizzjonali, "suġġetti li tradizzjonalment f 'Malta kienu jitqiesu pprojbiti jew offensivi bħas-sesswalità mberrħa, id-deformazzjoni grotteska, it- tweżwiż u l-faċċjoliżmu tar-reliġjużi, u l-arja żejda fl-imħabba għall-pajjiż". Tikkuntrasta mal-approċċ rivoluzzjonarju ta' Azzopardi (jew inkella tikkumplimentah), insibu l-ispiritwalità tiegħu — fejn isawwar lilu nnifsu f 'pellegrin, "poeta-raħeb" — kif jispjega Charlo Camilleri fl-istudju tiegħu Quddiem "bieb samm" ta' "sala migrufa" — li "jgħammar fid-deżert, jolfoq u jibki għalih innifsu u għad-dinja ta' madwaru", saħansitra mlaqqam "Il-Mulej" fil-ħajja reali. Dan jikkuntrasta mal-"ipokriti mitlufin f 'Kattoliċiżmu ferventi iżda nieqes mill- Kristjaneżmu", kif isemmi Keith Borg. Camilleri josserva t-tranżizzjoni ta' Azzopardi mill-"Jien jien" — l-esperjenza individwali, għall-"Jien INT": "Jien INT hija stqarrija tal-mistika adwajta mibnija fuq il- verità tal-Wieħed li teħodha kontra l-illużjoni tal-multipliċità [...] it-twaħħid li naslu għalih f 'mixja mill-illużjoni tal-ħafna li twassal [...] għall-Verità waħdanija tal-Wieħed li jinsab fil-qalba ta' kollox u li minnu kollox joħroġ". Camilleri jirreferi wkoll għar-relazzjoni tal- poeta man-nisa f 'ħajtu, fejn "Fl-għarfien tiegħu tan-nisa — ukoll fuq livell erotiku u senswali — il-Poeta jfittex dan it-twaħħid, sħuħija divina" — "erotiżmu mistiku". Fl-istudju Dal-leħen jirbombja mid-deżert, Keith Borg jittratta "l-appell soċjali" tal-poeta, fejn jgħidilna li "kull kitba ta' Azzopardi hi att politiku" "kontra l-folla u kontra s-sistema li tgħakkisha". Azzopardi "dejjem saħaq li jikxef u jġib fil-wiċċ dak li s-soċjetà tistħi minnu, tipprova twarrbu u taħbih [...] jipprova jkisser ir-regoli arbitrarji, dak li ħafna drabi jitqies bħala l-miġnun". Borg jikkwota lil Oliver Friggieri, li jidentifika żewġ aspetti li jlaqqgħu u jġelldu l-poeżija ta' Azzopardi: "(i) ix-xewqa [...] li jirriforma liċ-ċittadini ta' pajjiżu u (ii) l-aljenazzjoni, jew nuqqas ta' xewqa, taċ- ċittadini li jirriformaw ruħhom". Borg isemmi wkoll li, minkejja li Azzopardi kien jeħodha kontra l-Knisja tradizzjonali, kellu ossessjoni b'Alla. Din l-ossessjoni jsemmiha wkoll Immanuel Mifsud, fl-istudju tiegħu Kellu fuqu riħa ta' mirra w sandlu. Mifsud ikompli biex jagħmel id-distinzjoni: "L-esperjenza li jirrakkonta l-poeta mhijiex sempliċement esperjenza spiritwali: hija esperjenza reliġjuża [...] li tqim xi divinità, li l-individwu jissottometti ruħu għal entità ferm akbar minnu". Din l-espedizzjoni tiżvela wkoll li, minkejja l-korla tal-poeta lejn il- konvenzjoni, għandu "faxxinu bit-tradizzjoni", fejn l-esperjenza reliġjuża tiegħu fil-fatt "hija esperjenza tradizzjonali għaliex il-poeta ma jħarisx lejn ir-reliġjon minn perspettiva kontemporanja". Ir-"reliġjożità tradizzjonali" tiegħu tinvolvi "l-identifikazzjoni tal- innifsi mal-profeta, mal-pellegrin, mal- mistiku jew l-axxeta [...] kunċett magħruf [...] Kristjanizzat: ta' kredenti konvint li jterraq fi vjaġġ sagru". L-"għan reparatorju" ta' salvazzjoni mżewweġ mas-"sens kbira ta' ħtija" u "l-istqarrija pubblika tad-dnub" f 'xogħlu jikkonfermaw ukoll perspettiva reliġjuża tradizzjonali. Fl-aħħar, Mifsud josserva li dal-proġett hu ddestinat li jfalli, l-ewwel għax Azzopardi hu "bniedem tar- raġuni" li ma riedx biss jemmen imma jiem b'"xewqa mhux biss għas-salvazzjoni imma tal-għarfien u tal-għerf ". It-tieni, minħabba "l-inabilità li l-poeta jiċħad il-ġisem", evidenti fir-referenza tal-poeta għall-ħafna nisa f 'ħajtu u "l-fantasija tal-prostituzzjoni sagra". L-istudju F'rasi l-barnuża tat-tewba riesaq lejn il-qofol divin ta' Patricia Gatt, li kienet qrib il-poeta personalment, hu wieħed prezzjuż li jmiss il-qalb. Gatt tikkwota xi wħud mill-aħħar poeżiji mhux ippubblikati tal-poeta, u titfa' dawl li jindika li t-tiixa ta' Azzopardi għal Alla ma kinitx falliment sal- aħħar, kif semma Mifsud, iżda li l-kitba tiegħu saret "sempliċi għall-aħħar. Il-ħsieb kważi klixejat. [...] Imma hawn għandna stqarrija ta' fidi"; "il-vuċi poetika hi rrikonċiljata magħha nnifisha". Tikteb li "F'kuntrast mal-poeżiji f 'Epistoli, it-ton jinħass ċert fih innifsu, nieqes mid-dubji u l-ansjetà [...] l-atti ta' ġjullar warrabhom u jidher li wasal għall-essenza", għall-universaliżmu tat-twaħħid u l-"Jien INT" li jsemmi Camilleri. Gatt tikteb: "Forsi mliġġem kif kien fis-siġġu tar-roti, [...] Mario fehem li ma ngħatalniex li nħarrku l-ispirtu, imma biss li nilqgħuh", intimazzjoni li skontha diġà kienet bdiet tinħass f 'Epistoli. L-għeluq tal-istudju ta' Gatt iqajjimlek ġismek xewk xewk, fejn tirriproduċi waħda mill-aħħar poeżiji "li tispiċċa velata fis-silenzju" għax il- kaligrafija tiegħu fl-aħħar tal-poeżija tinħall u ma tinehimx: "Fit-traċċi indeċifrabbli fuq il-karta hemm il-komunikazzjoni tal- poetà mad-divinità, komunikazzjoni unika u intima għall-aħħar u li l-vibrazzjoni tagħha taħarbilna." CamScanner CamScanner Il-Malti L-A K K A D E M JA TA L- M A LT I Il-Malti P U B B L I K A Z Z J O N I TA L-A K K A D E M JA TA L- M A LT I xogħol spiritwalità Din TAL-MALTI Il-Malti Ħarġa Speċjali XCVII 2024 Ħarġa Speċjali XCVII 2024 Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Keith Borg Charles Briffa Charlò Camilleri George Farrugia Patricia Gatt Adrian Grima Immanuel Mifsud Din il-ġabra hi interessanti mhux biss għal min tinteressah il- poeżija Maltija, iżda għax tlaqqagħna wkoll mal- kwistjonijiet ewlenin tas-soċjetà Maltija u li Azzopardi qatt ma beża' jisfidana bihom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 August 2025