MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 Delia: Xebh u differenzi fil- għall-Partit Nazzjonalista Għawdxi ta' 29 sena u wieħed mill-iżgħar fil-Parlament, u Adrian Delia, li diġà kien Kap tal- Partit Nazzjonalista bejn l-2017 u l-2020 u issa qed jerġa' jipprova jagħti direzzjoni ġdida lill-istess partit. It-tellieqa għal min se jilħaq kap mhijiex biss dwar min se jmexxi l-Oppożizzjoni kontra l-Gvern Laburista, iżda dwar x'tip ta' Partit Nazzjonalista se jkollu Malta fis- snin li ġejjin. Huwa mument fejn il-PN għandu jiddeċiedi jekk iridx jibni fuq esperjenza u għaqda interna jew jekk hux lest jiaħ paġna ġdida. Kredibilità bħala tema komuni F'din il-kampanja deher ċar li hemm tema waħda li tgħaqqad lil dawn iż-żewġ kandidati: il-ħtieġa li l-PN jerġa' jsir kredibbli. Kemm Alex Borg, kif ukoll Adrian Delia qed jindirizzaw b'mod differenti din il-problema, iżda fl-aħħar mill- aħħar it-tnejn qed jirrikonoxxu li llum il-partit jaffaċċja kriżi ta' fiduċja u li qabel ikun jista' joffri ruħu bħala alternattiva serja għall- gvern, irid jerġa' jibni mill-ġdid l-awtorità morali tiegħu. Borg jara din il-kredibbiltà bħala kwistjoni li trid tibda minn ġewwa. Huwa jitkellem fuq riforma strutturali profonda, fejn il-partit ikollu responsabbiltà finanzjarja aktar serja, komunikazzjoni interna u esterna aktar effettiva, u kultura politika mibnija fuq meritokrazija u kapaċità. Għalih, il-mexxej ma jistax ikun biss badge jew titlu, iżda għandu jkun persuna li tmexxi bl-eżempju personali. Delia, min-naħa tiegħu, jiffoka aktar fuq il-livell nazzjonali. Huwa jargumenta li l-poplu Malti u Għawdxi llum jinsab għajjien minn skandli ta' korruzzjoni u nuqqas ta' trasparenza, u li l-PN għandu jkun il-partit li joffri alternattiva nadifa u serja. Skontu, it-trasparenza, il-kontabbiltà, u r-rispett lejn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu fil-qalba tal- politika tiegħu. Għaldaqstant, għal Delia, il-kredibbiltà tinkiseb billi l-PN juri tmexxija ta' integrità u serjetà fuq kull livell. Alex Borg: il-vuċi ta' ġenerazzjoni ġdida Alex Borg ħareġ b'messaġġ ta' tiġdid u enerġija ġdida. Huwa jfakkar li meta l-ewwel darba kkontesta l-elezzjoni fuq Għawdex, irnexxielu jirbaħ il-maġġoranza tal-voti u jerġa' jġib lill-gżira fuq in-naħa tal-PN, xi ħaġa li kienet ilha ma sseħħ snin twal. Minn dak il-mument, Borg stabbilixxa ruħu bħala figura promettenti li kapaċi jiġbed l-entużjażmu ta' votanti ġodda u, fuq kollox, taż-żgħażagħ. Fil-kampanja tiegħu, Borg poġġa ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal- viżjoni tiegħu. Huwa sostna li ħafna żgħażagħ illum jaraw il- politika bħala xi ħaġa barranija u li m'għandhomx vuċi vera fi ħdan il-partiti politiċi. Għalhekk, il- PN għandu jagħtihom mhux biss spazji ta' espressjoni iżda wkoll pożizzjonijiet ta' responsabbiltà. Borg wiegħed li joħloq strutturi apposta għal dawk taħt il-35 sena sabiex dawn ikunu parti attiva mill-proċess deċiżjonali. Barra minn hekk, Borg ippreżenta lilu nnifsu bħala mexxej inklużiv, "leader li jrid ikun fil- qalba tan-nies", kif qal hu stess. Huwa jemmen li l-politika saret wisq distakkata mill-komunità u li l-PN għandu jinżel fil-lokalitajiet b'laqgħat, diskussjonijiet, u preżenza kostanti. Din il-viżjoni tmur lil hinn minn politika formali u tipprova toħloq relazzjoni diretta u ħajja bejn il-partit u l-elettorat. Adrian Delia: esperjenza u għaqda bħala prijorità Adrian Delia, qed jerġa' jipprova jikkonvinċi lill-partit li għandu l-esperjenza u l-għarfien meħtieġ biex iqajjem lill-PN. Għalkemm il-perjodu tiegħu bħala kap kien immarkat minn tensjonijiet interni u sfidi kbar, illum qed jargumenta li hi proprju dik l-esperjenza li tagħtih il-kapaċità li jiġbor il- fazzjonijiet flimkien u li joħloq klima ta' għaqda. Delia jara li l-akbar problema tal-PN mhijiex biss dik esterna, jiġifieri l-mod kif il-poplu jarah, iżda l-firda interna li xxejjen lill- partit. Huwa qed jippreżenta lilu nnifsu bħala figura ta' kompromess, kapaċi jibni pontijiet ta' fiduċja bejn il-gruppi li bħalissa jaqsmu lill-partit. Skontu, jekk il-PN jibqa' maqsum minn ġewwa, ma jistax jittama li jerġa' joffri ruħu bħala alternattiva serja għall-pajjiż. Fuq livell politiku usa', Delia għamel ukoll enfasi qawwija fuq il- kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali. Huwa spiss jindirizza l-pressjoni li l-familji qed iħossu minħabba l-inflazzjoni, iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u l-kera, u l-ispejjeż dejjem jikbru tal-għejxien. Skont Delia, dawn mhumiex ċifri astratti iżda realtà ta' kuljum li qed tagħfas fuq il-ġenituri u ż-żgħażagħ. Għaldaqstant, il-politika tal-PN taħtu trid tikkonċentra fuq miżuri konkreti li jtaffu dan il-piż, inkluż appoġġ aħjar għall-familji u soluzzjonijiet għall-problema tal- akkomodazzjoni. Żewġ toroq, futur wieħed Il-konfront bejn Alex Borg u Adrian Delia mhux biss hu konfront bejn żewġ individwi, iżda jirrifletti wkoll żewġ toroq differenti għall-futur tal-PN. Min- naħa waħda hemm il-viżjoni ta' tiġdid, enerġija, u inklużività li Borg qed joffri, u min-naħa l-oħra hemm l-esperjenza, il-kapaċità ta' kompromess, u l-pragmatiżmu politiku ta' Delia. Dak li hu ċert hu li l-għażla tas- 6 ta' Settembru se tiddefinixxi, mhux biss il-mexxej il-ġdid tal- Oppożizzjoni, iżda wkoll id- direzzjoni li se jieħu partit li ilu snin jissielet biex jerġa' jsib postu bħala forza serja u kredibbli fil- politika Maltija. Għall-membri u l-kunsilliera tal-PN, din mhijiex biss votazzjoni fuq persuna, iżda fuq kif iridu jaraw lill-partit tagħhom fil-futur qrib u fil- bogħod. Alex Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 August 2025