Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813
Ikidduk il-membri parlamentari? Mhux daqshekk, ovvjament ikun hemm mumenti fejn ikun hemm naqra tensjoni jew forsi wieħed jiżgarra daqsxejn iżżejjed u jkollu bżonn jiġi kkontrollat imma ma tkunx frekwenti. Fis-seduti, fil- maġġoranza tagħhom huma seduti li jkunu skont l-ordni tal-kamra u jkun hemm komportament dinjituż. Meta ma jkunx dinjituż, ovvjament toħroġ ċara għax tkun evidenti. Minn mindu daħlu l-kameras fil-Parlament, żdiedu x-xenati? Meta daħħalna t-televiżjoni, fl-2015, kont qed nara li se jkun hemm dan ix-xenarju. Jien niakar meta kont nistudja l-Ingilterra kien daħal it-televiżjoni fil-House of Commerce u hemmhekk mill- ewwel bdejt nara t-teatrini. Però jkun hemm kemm ikun hemm teatrini, l-importanti li jkun hemm it-trasparenza, però hawnhekk mhux daqshekk. Ikun hemm min jipprova jagħmel daqsxejn teatrin, speċjalment meta jkun hemm naqra tensjoni. Iktar kmieni din is-sena kien hemm inċident fil-Parlament bl-Oppożizzjoni akkużatek li qed tiġbed il-linja tal-Gvern. Talbu dibattitu b'urġenza, u inti fir-ruling tiegħek ċħadthulhom. Ma kinitx l-ewwel darba li kien hemm din it-talba u ġiet miċħuda, però ma taħsibx li jekk il-Parlament tneħħilu din il-fakultà li jiddibatti xi ħaġa urġenti, qed jonqos milli jkun kurrenti ma' dak li qed jiġri fil-pajjiż? Meta tintalab li jkun hemm bidla fl-aġġornament taħt standing order 13, jiġifieri xi ħaġa li tkun urġenti, ovvjament irid ikun hemm dawn il-kwalifiki biex l-ispeaker jgħid iva jew le. Imma diversi deċiżjonijiet li tajt fejn ma tiġix aċċettata l-urġenza, tkun fi kwistjoni, u dan mhux għax irrid jien, imma għax hija prassi preċedenti li ġiet deċiża mill-qrati tagħna u anke mill-qrati Ewropej. Meta għandek kawża jew inkjesta, fejn għandek suspettati f 'dik l-inkjesta, kif appena tagħti deċiżjoni li tista' tiddibatti dan kollu fil-Parlament, inti tkun qiegħed tkun kompliċi li qed tikser id-drittijiet tal-akkużat jew ta' min jista' jiġi akkużat iktar 'il quddiem. Hawnekk qed nikkwota deċiżjonijiet, fosthom waħda li kien hemm kontra l-Prim Ministru Fenech Adami meta għamel kumment fuq il-każ tal-imħallfin, fejn il-Qorti Kostituzzjonali għamlitha ċara li hemm qed tikser id-drittijiet tagħhom. Immaġina tiaħ dibattitu mingħajr kontroll illi tkun qed tidħol fid-drittijiet tas-suspettati. Dik kienet ir-raġuni, u din ir-raġuni mhux jien biss għedtha, kien hemm speakers oħra għax ikkwotajtha. Din id- deċiżjoni u oħrajn kollha legalment skont l-istanding orders u skont id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem. Ir-responsabbiltà politika, li ma tmissx id-drittijiet tas-suspettati, il-Parlament m'għandux il-jedd li jiddiskutiha? Għandu dritt jagħmel domandi, meta jkun hemm stqarrija maġisterjali, għandu dritt jirrispondiha jew jagħmel kummenti bħalma ġara waqt li tajt dak ir-ruling, fejn il-Gvern iddeċieda li jagħmel stqarrija maġisterjali fuq il-każ, bil-kawtela, li trid toqgħod attent. Lanqas hemmhekk imbagħad ma tħalla jagħmel l-istqarrija. Il-poplu tajjeb jara dan kollu fuq it-televiżjoni, li jsegwi kollox għax mhux lil kulħadd tista' tbella' li trid. Smajna li twaqqaf working group bejn żewġ naħat tal- kamra biex ikunu riveduti l-ordnijiet permanenti tal- kamra, pass pożittiv. Taħseb li se jasal xi mkien dan il- working group? Għandu jasal, ilu għaddej biha din mill-bidu nett. Jien niakar darba minnhom kont qed niċċerja l-kamra fil-leġiżlatura 1996/98. Kienet b'kumitat fil-kamra, waqt liġi partikolari u Micheal Bonnici kien Deputat Mexxej u ma kienx qed jiċċerja, u tkellem il-Perit Don Mintoff dakinhar u tawh il-leave of house, illi dan la darba jingħata din, ma tistax twaqqfu, dan dam sigħat. Illum irnexxielna illi b'xi mod, wara ħafna taħbit, tista' titkellem b'massimu ta' 30 minuta. S'issa, sakemm ma tkunx il-ministru li qed tippilota l-liġi, għandek siegha. Ħafna? Esaġerat. Titkellem ma' membri parlamenti jaqblu wkoll ma' din li ħafna. Meta għandna l-membri Ewropej bi tliet minuti massimu. Anke hemm ukoll il-mudell tal-Assemblea Parlamentari tal-Ewropa. Ma tqumx titkellem u tagħmel speech li ma jispiċċa qatt. X'inhi r-reżistenza hawn? Għalhekk huwa importanti li jridu jaslu, fl-aħħar qegħdin it- tnejn flimkien jaraw kif jemendaw u jirranġaw u jżidu jekk hemm bżonn, għax hemm ħafna x'tagħmel fl-istanding orders. U mhux fuq il-ħin biss, hemm affarijiet oħra. Issa pereżempju għandna dsatax- intervista IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 • illum 06 "L-istanding orders ma jaghtu l-ebda awtorità lill-Ispeaker Fis-sitt programm ta' Xtra Sajf, Kurt Sansone intervista lil Anġlu Farrugia

