MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

il kumitat parlamentari. Allura, kumitat parlamentari ghandu bżonn l-ispeaker biex jgħid għalfejn iċ-chair person ma laqqgħux pereżempju. Irid ikun hemm standing orders ċari li trid timxi magħhom bilfors u din hi xi ħaġa li trid tiġi miż-żewġ naħat tal-kamra. Irid ikun hemm ehim. Imma hemm din ir-rieda li jkun hemm dan il-ftehim? Iva, jidher li hemm. Jien mill- aħħar informazzjoni li għandi, l-affarijiet jidhru li sejrin tajjeb u qed jimxu għal dik id-direzzjoni. Semmejt il-kumitati parlamentari. Bla dubju huma kumitati fejn se jsir xogħol imprezzabbli. Inti semmejt il-każ tal-kumitat tas-saħħa li kien ilu ma jiltaqa', imma kellna naslu sal-punt li l-Ispeaker irid jagħti r-ruling? Hekk hu. Il-kumitati xogħolhom fi skop usa' huwa biex jiskrutinjaw l-eżekuttiv u lill-Gvern. Jagħmel sens li jkollok ministru membru tal-kumitat? Le, jien ma naqbilx magħha u għamiltha ċara. Tajt ruling fil-każ tal-Public Accounts Committee. Ovvjament l-idea hija li jkun hemm kumitati parlamentari li fil-maġġoranza tagħhom ikunu magħmula minn membri parlamentari. U din hija xi ħaġa li għandhom jindirizzaw fil-working group, Jien nippretendi li anki l-MPs li jkunu ġejjin min- naħa tal-Gvern ikunu kritiċi. Kultant inħoss li dik tonqos speċjalment fil-PAC meta jkun hemm xi kontroversja. Kultant qisek thoss dak is-sens li tan-naħa tal-Gvern ikunu qed jiġbdu lejn in-naħa tal-Gvern. Semmejt il-PAC, dak huwa importanti għax iċ-chairperson huwa membru min-naħa tal- Oppożizzjoni. Il-mod kif jitmexxa għandu jkun b'mod ideali li min qed isegwi l-hearing, u kemm min ikun involut, iħossu komdu li dak huwa verament u li ma jdaħħalx il- politika partiġġjana fl-atteġġjament tiegħu. Irid ikun hemm xenarju ideali bħalma huwa l-mudell Ingliż. Aħna għandna l-mudell Ingliż. Fuq il-kumitati, pereżempju l-kumitat tal-petizzjonijiet kien innovazzjoni ġdida però donnu ma twassal għal imkien. Il-kumitat tal-petizzjonijiet kien inizjattiva tiegħi personali li kont nemmen li int m'għandekx għalfejn toqgħod tiġri wara parlamentari biex tagħmel petizzjoni, u għamilnieha b'mod diġitali u ħadmet. Eluf ta' nies daħlu. Issa li jiġri, il-petizzjoni tiġi diskussa, il- kumitat jiddeċiedi fuqha u tmur għand id-dipartiment li taqa' taħtha. Il-poter tal-Ispeaker, is- sessjoni fejn ikun hemm il-mistoqsijiet parlamentari, kultant ikun hemm ċirkustanzi fejn issir mistoqsija u t-tweġiba tal-ministru ma tkun taqsam xejn mal- mistoqsija jew inkella mat- tweġib. Jingħad li ħa tingħata f'seduta oħra u ma tasal qatt. Inti kemm-il darba tgħid li m'għandekx il-jedd tgħid lil ministru kif jirrispondi. Bħala speaker m'għandux ikollok iktar poter biex tiċċensura? Hija evidenti li saqsejtek fuq mobile u inti qed tweġibni fuq karozza. Din is-sena saru mas-26,000 mistoqsija parlamentari. Hemm madwar elf li għadhom mhux imwieġba. Ir-risposti tagħhom li fil- maġġoranza tagħhom ikun hemm it-tweġiba jkun hemm dawn ir- risposti fejn wieħed jista' jgħid li din mhix risposta. L-istanding orders ma jagħtu l-ebda awtorità lill- Ispeaker iwaqqaf lil ministru meta ma jkunx qed iwieġeb il-mistoqsija. Hija xi ħaġa li trid tiġi indirizzata. Jien naħseb irid ikun hemm xi tip ta' żvilupp. Il-working group irid jaħdem fuqha. S'issa jitkellem fuq kif għandha tingħata d-domanda. Dan il-working group hemm ħjiel ta' x'aġenda għandu? Inti involut? Le mhux involut. L-ewwel jikkomunikaw bejniethom il- working groups, il-Gvern, u l-Oppożizzjoni. Fi żmien Micheal Frendo kienet daħlet prassi fejn min iqum biex isaqsi l-mistoqsija, irid jgħid u jaghti xi ħjiel fuq x'qed isaqsi. Taħseb li għandha terġa' tidħol din? Tista' ssir, mhux problema, imma trid toqgħod attent li dan-nofs siegħa, ġieli domanda jkun hemm one pager. Però ġieli ssir. Jien stess ngħid fuq xiex inhi d-domanda, però l-iktar ħaġa importanti hija meta ssir id-domanda u jkun hemm ir-risposta, l-iktar ħaġa interessanti tkun fuq dik ir-risposta, il-mistoqsija supplimentari fejn hemmhekk il-membru, jew li jkun saqsa d-domanda jew membri oħra li jkunu qed isegwu jżidu d-domandi fuq dak is-suġġett. Il-privileġġ parlamentari, hemm raġuni ċara u importanti għalfejn jeżisti dan, però kemm-il darba jqum l-argument li jekk ikun hemm persuna jew entità li tissemma fil-Parlament ghandu jkollha d-dritt tar-right of reply li tiġi rrekordjata fil-parlament? Jien naqbel magħha u ilni għaddej fuqha mill-2014. Niakar konna fil-Commonwealth u kien hemm John Aquilina li daqs sena qabel kien għadu kif spicca minn Speaker ta' New South Wales li kien diġà daħħal is-citizens right of reply, fejn jekk inti tabbuża mill-privileġġ parlamentari, fejn għandek id-dritt għalih imma mhux li ma tgħidx il- verità, u agħar minn hekk, li takkuża persuna jew entitajiet b'affarijiet fejn jew jista' jkun m'intix korrett jew mhux il-verità. Dik il-persuna għanda dritt għal rimedju? Hawn il-mudelli u jiena naf li ddiskutejtha u naf li daħħalt dan il-kunċett biex nistudjawh u sal-lum għad m'għandniex dan il-kunċett. Agħar minn hekk huwa meta timplika nies li għaddejjin proċeduri kriminali. Xi jrid isir? Issir petizzjoni lill- Ispeaker, imbagħad jiġi investigat l-ilment u jekk jirriżulta li dak li ngħad mhux veritier, inġiegħlu fil-parlament jirtira dak li qal u jekk ma jkunx irid, jiġi named and shamed mill-ispeaker stess. Il-membri parlamentari, kemm għall-mistoqsijiet u kemm meta qed jippjanaw għal xi diskors ghandu jkollhom pool ta' riċerkaturi li jkunu jistgħu jistrieħu fuqhom għar-riċerka. Kemm ilni speaker jiena, research analysts għandna numru tajjeb li jgħinu lil kumitati kollha. X'kellu jsir u ma sarx? Kull sena, iż-żewġ partiti għandhom mitt elf ewro biex jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom minħabba li kienu deħlin fl-Unjoni Ewropea u sal-lum baqgħu hemm dawn il- flus. Imma li ġara hu li ma kienx qed ikun hemm rendikont ta' kif qed jintefqu dawn u għalhekk jien waqqahom. Xi tgħidli dwar l-argument jekk għandux ikollna parlament b'MPs full-time? Kieku jkollna parlament full- time naħseb li jridu jonqsu l MPs ukoll. M'għandux ikollna iktar minn 45, u anke distretti m'għandux ikun hawn iktar minn ħamsa jew seba' distretti. Jekk inti taqbad u tgħid bilfors full-time, fl-opinjoni tiegħi inti qed tagħlaq il-bieb għal ħafna nies utli, għaliex anke jekk ittella' n-numru, dan min ikun fi professjoni, jgħidlek 'orrajt tlajt fil-parlament u ta' wara ma nitlax', imbagħad x'se jagħmel? Allura nemmen li trid tagħmilha hybrid jiġifieri tħalli l-persuna tagħżel hi jekk hux full-time jew part-time. Bħala clearance rate, aħna one of the top fl-Ewropa. Kellna kontroversja li d-dikjarazzjonijiet tal-ministri ma ġewx ippubblikati. Taħseb li dan huwa ta' ġid għad- demokrazija? Jien tkellimt fuqha din u għamiltha ċara li għandna naraw li nimxu ma' dik li qaltilna l-OCD, kellhom diskussjoni miegħi u anke mal-gruppi parlamentari illi ma jkunx hemm problemi kif għandhom jiddaħħlu. S'issa, il- liġi, il-poter li tagħti lill-Ispeaker hija li d-dikjarazzjonijiet isiru lill- Ispeaker. Għandu jkun hemm dikjarazzjoni waħda għall- membri parlamentari kollha li tkun onoruża? Iva, hekk għandu jkun. U għandek tiddikjara wkoll id-dħul tiegħek biex ikun hemm trasparenza assoluta u trid tiddaħħal sa tmiem Marzu. Private members Bill, għandu jiżdied il-ħin allokat għalihom? Jien niakar żmien fejn qas niakar li kienet eżistenti din. Għandha tiżdied? Jalla, imma tal- inqas li hemm użah. intervista illum • IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 07 lill-Ispeaker iwaqqaf lil ministru meta ma jkunx qed iwieġeb" Il-kumitat tal-petizzjonijiet kien inizjattiva tiegħi personali li kont nemmen li int m'għandekx għalfejn toqgħod tiġri wara parlamentari biex tagħmel petizzjoni, u għamilnieha b'mod diġitali u ħadmet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 August 2025