Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995
Wieħed mill-awturi kbar tal- letteratura Amerikana kien Edgar Allan Poe. Il-kitba u l-poeżiji tiegħu ispiraw numru sostanzjali ta' films sa mill-1909, xogħlijiet li nikklassifikawhom ma' produzzjonijiet ta' atmosfera morbida, ta' biża' u twerwir. Kif se naraw, dan l-awtur kellu ħajja melodrammatika u kważi it biss min-novelli tiegħu setgħu jiġu ffilmjati skont il-kitba tiegħu. Ħafna kienu juru l-moħħ inkwetat li kellu b'kitbiet li kienet juru disperazzjoni, nuqqas ta' tama u immaġinazzjoni ta' fantasija u melankolija. Pereżempju, f 'wieħed mill- kotba tiegħu e Masque Of e Red Death spiċċa b'dan il- mod aktarx tipiku tiegħu: "and pestilence, death and destruction had dominion over all" (il- pesta, l-mewt u l-ħerba totali ssuperaw kollox). Frażijiet bħal din, meta kont l-iskola. lili kienu jaffaxxinawni immens. Edgar Allan Poe, kittieb ta' poeżiji u proża twieled nhar id-19 ta' Jannar 1809 f 'Boston. Kien it-tifel ta' attur, David Poe u fi tfulitu għadda ħajtu bħal missieru. Missieru kien abbanduna l-familja u ommu mietet meta kien għadu żgħir ħafna. Trabba minn Mrs. Frances Allan, il-mara ta' negozjant minn Richmond, Virginia. Mill-1815 sal-1820 kien studja l-Ingliterra u l-Iskozja u meta reġa' lura fl-Istati Uniti attenda l-Università ta' Virginia. Hu kellu jħalli l-iskola minħabba serje ta' ħarbiet meta kien fis-sakra u dejn mhux imħallas. B'hekk beda jaħdem fl- uffiċċju tal-kontijiet ta' missieru putattiv, John Allan. Dan l-artist ta' temperament qawwi telaq minn dan ix-xogħol u taħt isem u età falza ngħaqad fl-armata. Hu serva bħala suldat għal sentejn u bħala kadett f 'West Point għal seba' xhur. Fl-1831 f 'Boston, ippubblika l-ewwel poeżija tiegħu Tamerlane u l-volum Poems By Edgar Allan Poe, stampat fi New York li fosthom kien hemm Lenore u Israfel. Fl-1835 sar assistent direttur ta' ġurnal letterarju tas-Sud. Fl-1836 iżżewweġ lil Virginia Clem; sena wara reġa' ċċaqlaq u mar fit-Tramuntana fejn bil-flus li jaqla' bilkemm kien jista' jitma' lilu nnifsu u liż- żagħżugħa martu. Hemm beda jikteb affarijiet mhux ta' kalibru. Il-marda li ħakmet lil martu għamlet lil Poe bniedem tassew melankoliku u ta' natura kollha bruda tant li beda jixrob ħafna. Ix-xogħlijiet tiegħu saru aktar fantastiċi u l-immaġinazzjoni tiegħu aktar skura. Karattri mhux normali u fittizji saru l-protagonisti tal-kitbiet tiegħu. F'dan il-perjodu, kumbinazzjoni ta' kliem maġiku u ta' seħer u perfezzjoni eskwiżita ta' forma ta' proża kkaratterizzaw il-kitba tiegħu, kif jidher tant tajjeb f 'Ligeia. Kien f 'dan iż-żmien li Poe ppubblika waħda mill-isbaħ stejjer avventurużi fil-letteratura Amerikana, e Narrative Of Arthur Gordon Pym. Fl- aħħar għaxar snin ta' ħajtu kkontribwixxa ħafna fl-iżvilupp tal-istorja ta' xi ditektiv jew investigatur. Barra li kien artist kreattiv, Poe kien ukoll kritiku letterarju akut u radikali. Ix- xogħlijiet tiegħu kienu aktar immirati għal barra l-pajjiż. Hu kien ta' influwenza kbira għall- kittieba diversi, fosthom Sir Arthur Canon Doyle (li ivvinta l-karattru ta' Sherlock Holmes) u l-Franċiż Charles Beaudelaire. Edgar Allan Poe miet żgħir ta' 40 sena nhar is-7 ta' Ottubru 1849, aktarx minn suwiċidju. Naturalment, awtur ta' dan il-kalibru minkejja li għadda minn ħajja ttorturata u minn dipressjoni manika, ix-xogħlijiet tiegħu sikwit sabu posthom fis- sod fuq il-liżar ċinematografiku. Fl-1909 id-direttur ċelebri D. W. Griffith ħadem e Life Of Edgar Allan Poe. Il-poeżija tiegħu e Raven (iċ-Ċawla) ġiet iffilmjata bosta drabi; fl- 1912, 1915, 1935 bl-atturi Boris Karkoff u Bela Lugosi, fl-1963, e Raven ... Nevermore (1999), fl-2003 u l-2012. Ġieli dan il- film kien jimplika l-ħajja ta' dan l-awtur. e Tell-Tale Heart ukoll sab ruħu fuq il-liżar il-kbir fl- 1928, fl-1942 bħala proġett qasir, fl-1950 bħala film animat, fl-1954 b'narrazzjoni ta' James Mason, ħadmitu kumpanija indipendenti Amerikana fl-1956 bl-isem ta' Calypso jew Manfish, u fl-1960 mill-Gran Brittanja. Xogħlijiet oħra famużi minn tiegħu wkoll inħadmu bosta drabi: e Fall Of e House Of Usher deher fi Franza fl-1929 dirett minn Jean Epstein, fl- 1950 mir-Renju Unit minn nies semiprofessjonali, minn Roger Corman f 'Hollywood fl-1960, fl-1988 mill-Afrika t'Isfel dirett minn Alan Berkinshaw u fl- 2008 bħala satirika omosesswali. e Pit And e Pendulum kien maħdum fl-1913, minn Roger Corman fl-1961 u fl- 2009 ambjentat fil-preżent. e Masque Of e Red Death inħadem fl-1964 u fl-1989, b'Roger Corman ikun id-direttur fil-verżjoni ta' qabel u produttur f 'dik tal-1989. e Tomb Of Ligeia deher għall-ewwel darba fl-1965, għal darb'oħra dirett minn Roger Corman u fl-2008 bit-titlu ta' Edgar Allan Poe's Ligeia. e Premature Burial ħareġ fl-1962 u bħala thriller għat-TV kważi fl-istess żmien. L-idea ta' dan il-film ittieħdet mill-produzzjoni e Crime Of Dr. Crespi (1935). 14 films IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 • illum Carmel Bonnici L-awtur Edgar Allan Poe fiċ-ċinema SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Tomb of Ligeia (1965)