Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539232
Il-kumpanija Universal fl-1934 u fl-1941 ħarġet il-film e Black Cat fejn sostnew li kienu ispirati mill-ħrafa ta' Poe. Din l-istess kumpanija fl-1931 u l-1942 ħadmet e Mystery Of Mary Roget. e Murders In e Rue Morgue sab ruħu fis-swali taċ- ċinema bosta drabi — fl-1914, fl-1932 fl-1953 fejn intwera bit- 3D bl-isem ta' e Phantom Of e Rue Morgue u reġa' deher fl-1971. Kitbiet oħrajn ta' dan l-awtur li sabu posthom fiċ-ċinema kienu: e Bells (1913), e Gold Bug (Franza 1910), e Avenging Conscience jew ou Shall Not Kill (1914), Maniac (1934), Castle Of Blood (1964), e Blood Donor (1967), e Gold Bug (1980), e Light-house (2008), William Wilson (2011) u Extraordinary Tales (2015). Il- film Tales Of Terror (1962), ukoll dirett mill-bravu Roger Corman, kien jinkorpora tliet stejjer qosra Morella, e Black u e Case Of Mr. Valdemar. Dwar il-ħajja ta' dan l-awtur jew partijiet minnha ħarġu Edgar Allan Poe (1909), e Loves Of Edgar Allan Poe (1942) film bijografiku, e Spectre Of Edgar Allan Poe (1974), e Death Of Poe (2006), Eureka: e Mind Of Edgar Allan Poe (2008) u e Pale Blue Eye (2022). Id- diretturi Franċiżi Roger Vadim u Louis Malle u dak Taljan Federico Fellini fl-1968 ħadmu Histoires Extraordinaires (Spirits Of e Dead) li kien jinkludi fih Metzgenstein, William Wilson u Toby Dammit b'kast internazzjonali. Ċert li l-aqwa xogħlijiet fuq il-liżar ċinematografiku dwar adazzjonijiet ta' novelli ta' dan l-awtur dehru fl-ewwel ħames snin tas-snin 60. Il-kumpanija American Internation Pictures (AIP) qabbdet lil Roger Corman biex jidderieġi e Fall Of e House Of Usher. Corman, li kien diġà dderieġa diversi films mal- AIP b'baġits miżeri bla kulur li qatt ma tilfu flus minnhom ħajjar lill-produtturi biex jipprepara dan ix-xogħol bil-kulur. Tant irnexxa li ħa ħsieb ta' sitt films oħra. Dawn il-produzzjonijiet kollha jeċċellaw fl-atmosfera Gotika u anki Barokka, fil-kostumi tal- perjodu, kuluri jgħajtu, ambjent ta' misteru u interpretazzjoni perfetta u kkalkulata ta' Vincent Price li ħadem f 'sitta minnhom u b'hekk ħa t-titlu e Merchant Of Menace. Atturi oħra bħal Boris Karloff, Basil Rathbone u Peter Lorre li kienu waslu fl-aħħar tal- karriera tagħhom ukoll ħadu sehem fi wħud minnhom. Xi tagħrif qasir fuq dawn il- films hu dan: e Fall Of e House Of Usher (1960). (U.S. – House Of Usher). Żagħżugħ gustuż (Mark Damon) jasal fil-kastell imġarraf ta' Roderick Usher (Vincent Price) biex jiżżewweġ lil oħtu (Myrna Fahey). Imma Roderick irid joqtol lil oħtu u lilu nnifsu għax fil-familja hemm il-ġenn. e Pit And e Pendulum (1961). Ħrafa tal-biża' ambjentata wara l-Inkwiżizzjoni Spanjola. Vincent Price jaħseb li hu bħall- mejjet missieru, l-aqwa wieħed li jittortura. Il-pendlu hu xafra għamla ta' nofs qamar li jitbandal u jinżel bil-mod. Jaħdmu wkoll John Kerr u Barbara Steele, ir- Reġina tal-Gotiku. Tales Of Terror (1962). Tliet stejjer ta' Edgar Allan Poe, bl-atturi Vincent Price (ukoll in-narratur), Peter Lorre u Basil Rathbone ġo film bi tliet partijiet. Price jidher fit-tliet ħrejjef; l-aqwa waħda ta' Peter Lorre f 'parti umoristika li b'vendikazzjoni jidfen fil-ħajt lil martu adultera. e Premature Burial (1962). Ray Milland (din id-darba) bħala student mediku li difen lill- maħbuba aċċidentalment. Jidhru wkoll Hazel Court u Heather Angel. e Raven (1963). Satira b'fil umoristiku fejn is-sħaħar Vincent Price u Peter Lorre jiċċalinġjaw lill-kollega Boris Karloff għatxan għall-poter. e Masque Of e Red Death (1964). Il-prinċep kattiv Prospero (Vincent Price), bniedem iżolat u misterjuż jgħix ġo kastell waqt li l-marda kiefra tal-pesta qed tħarbat il-kampanja. Fl- aħħar tasal għandu wkoll. Bl- atturi Hazel Court u Jane Asher. Tispikka l-fotografija ta' Nicholas Roeg. Wieħed mill-aħjar ta' din is- sensiela b'baġit imdaqqas. e Haunted Palace (1963). Minkejja li mhux minn storja ta' Edgar Allan Poe, dan ikompli ċ-ċiklu fejn raġel li jasal f 'belt ta' New England biex jieħu pussess ta' kastell tal-familja li wiret. Hu jiskopri li din il-belt hi mimlija b'nies strambi u l-kastell jitfa' seħer fuqu (permezz ta' Vincent Price) u jippussessah. B'Lon Chaney Jr. u Debra paget. e Tomb of Ligeia (1964). L-aħħar film addattat minn xogħol ta' Poe. Il-mara mejta ta' Vincent Price tibda tammanifesta ruħha mal-post kollu, kemm bħala qattusa u fl-għarusa ġdida ta' Price. Film tassew stilizzat li jqabbdek dehxa. Film ieħor ta' livell elevat b'Elizabeth Shepherd bħala l-fantasma Ligeia u Lady Rowena. Il-films kollha li semmejt huma diretti minn Roger Corman. Edgar Allan Poe jibqa' wieħed mill-favoriti tal-produtturi ta' Hollywood u bnadi oħra. Dawn il- produzzjonijiet meta kont l-iskola lili impressjonawni bil-kbir! 14 films IL-ĦADD 7 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici L-awtur Edgar Allan Poe fiċ-ċinema IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Raven (1963)