MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

Is-sopran Maltija Christine Dalli għadha kif temmet serje ta' 14-il spettaklu bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-uħ ta' Brusk fi Bruges, il-Belġju, matul il-ġimgħa li għaddiet, fejn laħqet udjenza stmata ta' aktar minn 20,000 ruħ. Hija esegwiet flimkien mal- orkestra tal-kordi Sonare Collective u l-kompożitur Patrick Hamilton. Il-kunċert il-ġdid bl-isem "Brusk, Forms in Motion" inħoloq apposta minn Hamilton għal dan l-avveniment speċjali. Il- mużiċisti u l-artisti kienu parti mill-installazzjoni artistika Numen li bidlet l-ispazju f 'esperjenza multisensorjali. Il-festival "WELKOM BRUSK" kien introduzzjoni festiva għall- binja l-ġdida ta' Brusk, gallerija tal-arti innovattiva fil-qalba ta' Bruges, li nfetħet b'weekend spettakolari ta' arti viżiva, mużika, u performance. Iċ- ċelebrazzjonijiet inkludew La Grande Araignée, brimba ġganta tal-kumpanija Compagnie La Machine fuq it-torri tal-Belfry u madwar il-belt, kif ukoll spettakli fuq highline (ħabel ta' kważi 400 metru fit-tul imdendel f 'għoli ta' 70 metru bejn il-Belfry u l-Knisja ta' Our Lady), akrobaziji fl-arja u installazzjoni artistika minn Numen/For Use ġewwa Brusk. Brusk se jiaħ uffiċjalment għall- pubbliku fit-8 ta' Mejju 2026. Il- ftuħ tiegħu qed jitqies fil-Belġju — u lil hinn — bħala att kuraġġuż ta' investiment kulturali u bħala parti minn pjan ambizzjuż ta' mużew fil-qalba tal-belt storika ta' Bruges, li tinsab fil-Lista tal- Wirt Dinji tal-UNESCO. "Li ninterpreta fi Brusk kienet esperjenza tassew speċjali għalija. Fi Brusk rajna kif l-arti u l-mużika jistgħu jingħaqdu flimkien biex jispiraw, jgħaqqdu u jqajmu l-komunità. Li stajt nilħaq daqstant nies kien umli u ispiranti. Kont ukoll tassew affettwata mill-kummenti mill- qalb li rċevejt mill-pubbliku," qalet Christine Dalli. Is-sopran Christine tibqa' impenjata fil-vjaġġ artistiku tagħha, u b'pass kostanti qed tibni isem barra minn xtutna, filwaqt li tirrappreżenta lil pajjiżha fuq xeni prestiġjużi internazzjonali. opinjoni 12 ana- arti u kultura IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Spazju Kreattiv jiċċelebra l-25 anniversarju tiegħu bi programm speċjali ta' inizjattivi kreattivi u konversazzjonijiet pubbliċi, li jfakkru kwart ta' seklu fil-qalba tal-ħajja artistika u kulturali ta' Malta. Sa mit-twaqqif tiegħu fis-sena 2000, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kreattività kien simbolu ta' innovazzjoni, skambji soċjali u ambizzjonijiet artistiċi. Biex tonora dan il-vjaġġ straordinarju, l-organizzazzjoni se tippreżenta staġun imżewwaq b'vuċijiet kreattivi distinti, kemm Maltin kif ukoll internazzjonali. Għal ħamsa u għoxrin sena, l-ispazji ikoniċi fil-bini tal- Kavallier ta' San Ġakbu, fil-Belt Valletta, servew ta' sfond għal produzzjonijiet, wirjiet u diversi attivitajiet oħra, li rawmu kemm talent Malti, kif ukoll barrani, filwaqt li ħeġġew ukoll djalogu soċjo-kulturali sinifikanti. Il- programm, fl-okkażjoni tal- anniversarju, ipoġġi fid-dawl lin-nies wara dawn il-kisbiet, billi jħares lura lejn l-istejjer, l-isfidi u l-ideat li għenu jiffurmaw proġetti ta' impatt u li influwenzaw l-identità kulturali usa' ta' Malta, filwaqt li jħares ukoll lejn il-futur b'ambizzjonijiet ġodda. Fl-istess ċelebrazzjoni, Spazju Kreattiv nieda l-programm il-ġdid tiegħu 2025-2026 li juri firxa vasta ta' esperjenzi artistiċi mfassla biex jixprunaw l-arti f 'pajjiżna. Bil-fuq minn 550 avveniment differenti u 75 proġett imqassma fuq 18-il forma kreattiva, u l-involviment t'aktar minn 400 kollaboratur, dan l-istaġun mistenni li jkun wieħed vibranti u inklużiv, bi proġetti li jinkludu l-arti viżiva, it-teatru, il-film, il-mużika, iż- żfin, u x-xjenzi. Spazju Kreattiv jerġa' jisħaq il-pożizzjoni tiegħu fil-qalba tal-komunità kreattiva f 'Malta, billi joffri lil udjenzi lokali u internazzjonali esperjenza mogħnija b'eċċellenza artistika, innovazzjoni kulturali, u perspettiva inklużiva. Għal din iċ-ċelebrazzjoni, Spazju Kreattiv jibqa' impenjat li jixpruna l-innovazzjoni artistika u l-involviment soċjo- kulturali. Dan il-programm mhux biss jagħti ġieħ lill-kisbiet tal-imgħoddi, iżda huwa wkoll sejħa għal parteċipazzjoni attiva futura. L-udjenzi li qed jirritornaw, artisti emerġenti jew stabbiliti, kif ukoll dawk li huma sempliċement kurjużi biex jesperjenzaw xi ħaġa ġdida, huma mistiedna bis-sħiħ biex jissieħbu f 'dan il-programm tal- anniversarju u jagħtu sehemhom fit-tiswir tal-futur kreattiv ta' Malta. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm ta' Spazju Kreattiv 2025-26 tista' żżur is-sit www.spazjukreattiv.org Spazju Kreattiv jiċċelebra l-25 anniversarju u t-tnedija tal-programm 2025-26 Is-sopran Christine Dalli: 14-il spettaklu b'aktar minn 20,000 ruħ

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 SEPTEMBER 2025