MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

niltaqgħu mas-sindki IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 • illum 16 "Jien inzertajt wieħed minn dawk li nħobb u naħdem għal dawn it- tip ta' proġetti." Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Nuqqas ta' ħaddiema sabiex inwettqu aktar u fil-ħin il-manutenzjoni li l-Kunsill tagħna huwa responsabbli. L-akbar sfida tkun sabiex tfiehem meta jkunu se jsiru xi xogħlijiet infrastrutturali minn xi entità u jkun hemm bżonn tibdil fl-immaniġġjar tat-traffiku. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Bħala kunsill nirċievu kull applikazjoni li tidħol għal żvillupp, kemm ġdid, kif ukoll xi tibdil. Dawk fuq skala akbar, ikollna anke dritt għall-vot. Fejn il-kunsill jiddiskuti l-applikazzjoni u kollettivament niddeċiedu x'passi se nieħdu fl-interess tar-resident u l-komunità li nirrappreżentaw. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Qatt ma nista' ngħid biżżejjed. Jien inzertajt wieħed minn dawk li nħobb u naħdem għal dawn it-tip ta' proġetti. Ħad-Dingli huwa raħal rurali, imżejjen bil-kampanja u raba' jinħadem is-sena kollha. Fejn fil-fatt anke l-motto jindika dan 'Non Segnis Quies Ruris' — Il-Kwiet tar-Raba' Mhux Għażżien. L-aktar spazju antik u fil-miuħ huwa Ġnien il-Ħaddiem. Warajh sar Misraħ il-Maar li qiegħed fil-qalba tar-raħal. Biex kemm ilhom jeżistu l-Kunsilli kien inbena Ġnien il- Familja li qiegħed wara l-grawnd u mdawwar b'housing pemezz ta' djar residenzjali. Kemm ilni Sindku jien, mill-2019 s'issa, saru xejn anqas minn tlieta oħra bl-aħħar wieħed jiġi inawgurat riċentement proprju nhar l-20 ta' Marzu f 'lejlet ir-rebbiegħa 2025. Qed nirreferi għal Spazju Miuħ Santa Duminka bi spiża kapitali tlaħħaq mal- €400,000. Proġett li ġie ffinanzjat minn INDIS Malta u li jikkonsisti ġibjun li jilqa' fih l-ilma tax-xita, parkeġġ għal 13-il vettura, u ġnien imżejjen b'siġar indiġeni Maltin. Qablu inawgurajna Spazju Miuħ Dylan Zahra li jikkonsisti fi 28 parkeġġ, ġibjun taħt l-art li jesa' żewġ miljun litru ilma tax-xita, gym fil-miuħ imdawwar bi ġnien, kif ukoll l-ewwel sala għall-komunità. Proġett li kollu kemm hu ġie ffinanzjat mill-Gvern Ċentrali. Spazju ieħor fil-miuħ tul l-aħħar leġiżlatura li sar huwa Ġardin Joseph Farrugia fejn biċċa art li kienet ġiet dovuta lilna fil-leġiżlatura tal-2015 inbidlet fi ġnien informattiv. Fih tħawlu ammont ta' siġar kollha indiġeni Maltin u numru kbir ta' arbuxxelli li dawru l-post. Hawn wieħed issib numru ta' picnic benches fejn wieħed jista' jmur u jgawdi aħjar il-post. Dan il-proġett sar b'investiment minn Infrastruttura Malta. F'Mejju tas-sena l-oħra inawgurajna resting area propju quddiem il-kappella tal- Madalena fuq l-irdumijiet permez ta' fondi mogħtija lilna mil-Lesa u li magħhom ħadna fondi oħra permezz tar-reġjun Punent sabiex ikollna l-ewwel Automated public toilets. Għaż-żmien li ġej, bħala Sindku qed naħdem sabiex ikollna spazju ieħor fil-Miuħ f 'Ħad-Dingli. Dan kollu biex ma nsemmiex Proġetti oħra ta' resting areas li saru minn kunsilli preċedenti. Qed nirreferi għall-area ta' Żagħfrana u San Pawl tal-Pitkali. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Għandna diversi proġetti li wħud minnhom huma ġa mibdija jew oħrajn li tagħhom għaddejjin it-taħditiet ma' diversi dipartimenti u entitajiet. Fejn fost l-oħrajn insibu l-proġett tal- ewwel dar respite għal persuni b'diżabbiltà u li fuqu għaddejjin sew ix-xogħlijiet. Dan kien possibbli wara għajnuna kontinwa mal- Ministeru għall-Inklużjoni taħt it-tmexxija tal-Ministru Julia Farrugia. Tajjeb insemmi wkoll li fl-aħħar leġiżlatura inawgurajna żewġ proġetti oħra li kollha ġew iffinanzjati mill-istess Ministeru. Qed nirreferi għall- ewwel pitch tal-boċċi fil-komunità kif ukoll l-inawgurazzjoni tal-monument bis-sehem ta' persuni b'diżabbiltà f 'San Pawl tal-Pitkali. Aħna nemmnu bis-sħiħ fl-inklużjoni, u b'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li Ħad- Dingli huwa minn ta' quddiem nett fejn tidħol inklużjoni. Proġett ieħor li għaddej bħalissa huwa mill-WSC li huwa d-Dingli Waste Project permezz ta' fondi tal-Unjoni Ewropea. Fejn għall-ewwel darba diversi residenti Dinglin li jgħixu fir-rural, se jkollom id-distribuzzjoni ta' drenaġġ flok is-sistema tal-fossa. Ukoll, se tispicca darba għal dejjem is-sintina fi Triq il-Għajn propju fejn hemm il-kwartieri tal- Iscouts. Dan ifisser anqas traġitti ta' bowsers ibattlu l-fosos, anqas tniġġis fl-arja kaġun tagħhom, kif ukoll arja aktar pjaċevoli kawża tal- irwejjaħ li dan kollu jġib miegħu. Proġett importanti ieħor li għaddej ma' dan li għadni kif semmejt huwa trunk water main ġdid mill-ġibjun tar-Rabat sa Ħad-Dingli. Dan qed isir biex issaħħaħ il-provvista tal- ilma dejjem tikber u tiżdied ġewwa r-raħal. Jien inzertajt ukoll ħaddiem ta' din il- korporazzjoni fejn nistqarr li ilni snin naħdem fuq dawn il-proġetti u sodisfazzjon tiegħi huwa li fl-aħħar qed narahom jitwettqu. 'Il-politika mhijiex għall-eternità' Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Raymond Schembri, is- Sindku ta' Ħad-Dingli. Ħad-Dingli huwa raħal żgħir u pittoresk fil-Majjistral ta' Malta, fuq plateau madwar 230m 'il fuq mill-baħar — l-ogħla punt fuq il-gżira. Bl-ogħla veduti Mediterranji bellissimi, inkluż l-irdum famuż, Ħad- Dingli joffri panorami spettakolari lejn il-Baħar Mediterran, il-gżira protetta ta' Filfla, u l-għelieqi tal-Buskett. Ħad-Dingli huwa post rurali storiku mħallat ma' klima moderna, naturalità maestuża u komunità b'sens ta' identità. Post għal dawk li jfittxu esperjenza rustika b'veduti pittoreski. Raymond Schembri, is-Sindku ta' Ħad-Dingli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 October 2025