MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Kor Gaulitanus ta' Għawdex bħalissa qed jiċċelebra l-35 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Wieħed mill-avvenimenti ewlenin ta' din iċ-ċelebrazzjoni kien tour ta' kunċerti fir- Repubblika Ċeka bejn il-11 u s-16 ta' Settembru. Dan it-tour — is-26 mawra barra minn Malta tal-kor — beda minn kollaborazzjoni artistika ta' Gaulitana: A Festival of Music mal-'Halir Trio' u l-mexxej tiegħu Eduardo Garcia Salas, li kellu sehem fundamentali fl-organizzazzjoni tat-tour. Din il-kollaborazzjoni, iżda, ġiet imbagħad estiża b'mod sostanzjali biex tinkludi tliet gruppi vokali Ċeki: l-'En Arché Komorní Sbor' ta' Praga, iċ-'Česká Píseň' ta' Plzeň', u l-'Pěvecké Sdružení Campanula' ta' Jihlava. Fil-fatt, kull wieħed minn dawn it-tliet korijiet organizza kunċert għall-kor Għawdxi u ħa sehem fih ukoll. Filwaqt li kull kor Ċek fetaħ il-programm waħdu propju qabel il-Gaulitanus, il-mument kulminanti ta' kull kunċert kien il-final meta l-kor Ċek ingħaqad mal-kor Għawdxi biex flimkien kantaw l-'Innu lil Għawdex' — li probabbilment kien qed jiġi esegwit l-ewwel darba minn kor barrani — u l-għanja Ċeka 'Potěšení'. L-ewwel kunċert sar fil-Knisja Evanġelika ta' San Salvatur fi Praga — magħrufa sew għall-akustika eċċellenti tagħha — flimkien mal- 'En Arché Komorní Sbor' taħt id- direzzjoni tal-mużiċist magħruf Ċek Vojtěch Jouza. It-tieni kunċert sar fil-Knisja ta' San Ġwann Nepomuk f 'Plzeň — sit kulturali importanti fil-belt — flimkien maċ- 'Česká Píseň Plzeň', ukoll immexxi minn Jouza. It-tielet kunċert sar fis- sala gotika tal-Muniċipju ta' Jihlava — l-iktar monument ikoniku tal-belt tal-kompożitur u direttur famuż ta' Gustav Mahler — mal- 'Pěvecké Sdružení Campanula Jihlava' taħt id-direzzjoni ta' Pavel Jirák. Lejn tmiem kull kunċert, ġew skambjati tiiriet. Barra l-avvenimenti artistiċi, il-kontinġent tal-Gaulitanus kellu wkoll ħin għal xi żjarat kulturali sinifikanti. Minbarra Praga, Plzeň u Jihlava, il-grupp żar siti klassifikati bħala UNESCO World Heritage. Cesky Krumlov kienet spettakolari u l-Gaulitanus ingħata żjara privata fil-kastell tagħha, inkluż it-teatru Barokk uniku — fejn il-kor anki kien mistieden ikanta xi siltiet spontanji. Xi ħaġa simili seħħet fil-pjazza storika ta' Telč u fid-dar Rinaxximentali tagħha Dům u Michala. Il-kor żar ukoll iż-Żďár nad Sázavou bil-Knisja tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġwann Nepomuk fuq il- quċċata tal-għolja pittoreska, kif ukoll il-belt affaxxinanti ta' Kutna Hora. Il-Kor Gaulitanus jirritorna minn tour ta' kunċerti mill-isbaħ fir-Repubblika Ċeka Bidu ta' staġun ġdid ta' avvenimenti 2025/2026 fil-Mużew Il-Ħaġar L-ewwel diskors pubbliku għall- istaġun 2025/2026 fil-Mużew Il- Ħaġar se jsir nhar is-Sibt, 11 ta' Ottubru 2025 fil-11:00 a.m. bl- isem Gozo: An Island Region. Dr Alfred Grech, President taċ- Circolo Gozitano, se jindirizza l-ħtiġijiet amministrattivi u governattivi uniċi ta' Għawdex bħala reġjun u gżira distinta minn Malta. Minkejja r-rikkezza tal-wirt kulturali ta' din il-gżira, l-iżolament ġeografiku u l-karatteristiċi soċjo- ekonomiċi tagħha, storikament Għawdex kien dejjem nieqes minn korp reġjonali ta' governanza kapaċi li jindirizza l-isfidi speċifiċi tar-reġjun. Dr Alfred Grech se jesplora wkoll il-preċedent storiku tal-Kunsill Ċiviku Għawdxi (1961–1973) u l-iżviluppi leġiżlattivi riċenti li wasslu għall-ħolqien tal-kunsilli reġjonali f 'Malta, inkluż il-ħolqien tal-Kunsill Reġjonali ta' Għawdex. Kunsill reġjonali għal Għawdex b'poteri sħaħ huwa essenzjali sabiex jinkiseb żvilupp reġjonali bbilanċjat, sabiex tiġi pprovduta governanza lokali effettiva, u sabiex tiġi mħarsa l-identità unika tal- gżira. Permezz ta' akbar awtonomija amministrattiva u politika mfassla apposta għal dan ir-reġjun, Għawdex jista' jiggverna aħjar ir- riżorsi, l-infrastruttura, u l-wirt kulturali tiegħu, filwaqt li jkabbar il-progress soċjo-ekonomiku. Id- diskors jisħaq li l-promozzjoni ta' governanza reġjonali hija kruċjali biex jingħelbu l-iżvantaġġi marbuta mal-insularità tal-gżira u jiġi żgurat żvilupp sostenibbli għall-komunità Għawdxija. L-Avukat Dr Alfred Grech kien jgħallem ukoll fl-Università ta' Malta f 'oqsma bħal-Liġi tal-Familja, il-Liġi Ewropea, u d-Drittijiet tal- Bniedem. Hu wkoll awtur u poeta li ppubblika ħafna xogħlijiet. Bħalissa jokkupa l-kariga ta' President taċ-Circolo Gozitano, organizzazzjoni mhux governattiva mwaqqfa fl-1913 bl-għan primarju li tippromovi lil Għawdex u ttejjeb l-interessi soċjo-ekonomiċi u kulturali tal-Għawdxin. Bħas-soltu, id-dħul għall- Mużew, kif ukoll il-parteċipazzjoni fid-diskorsi pubbliċi tagħna huma mingħajr ħlas. Fil-jiem li ġejjin, Il-Ħaġar se jkun qed iħabbar id- dettalji tal-programm ta' attivitajiet organizzati sa Jannar 2026. Il-Kor Gaulitanus ta' Għawdex bħalissa qed jiċċelebra l-35 anniversarju mit-twaqqif tiegħu Dr Alfred Grech se jindirizza l-ħtiġijiet amministrattivi u governattivi uniċi ta' Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 October 2025