Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093
13 arti u kultura IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti ĊineAmbjent 2025 — Il-Festival tal-Films Ambjentali tal-Friends of the Earth Malta jirritorna għat-tielet edizzjoni tiegħu! Friends of the Earth Malta bi pjaċir tħabbar l-edizzoni ta' ĊineAmbjent ta' din is-sena, festival tal-films ta' tlett ijiem li jiffoka fuq il-ġustizzja ambjentali u dik soċjali. Il-festival se jsir bejn is-17 u d-19 ta' Ottubru 2025. Fih se jiġbor, stejjer b'messaġġi b'saħħithom kemm minn Malta kif ukoll minn madwar id-dinja, lill-udjenzi lokali. L-edizzjoni ta' din is-sena se tkun ikbar, aqwa, u aktar dinamika minn qatt qabel. Se tintwera għażla mirquma ta' films qosra u full- length, films animati indirizzati għall-familja kollha, dokumentarji, u films magħrufa Maltin flimkien ma' films favoriti internazzjonali. Il-films jitfgħu lenti fuq uħud mill-iktar sfidi urġenti ta' żmienna — mill-kriżi tal-klima u t-telf tal- bijodiversità, għall-kwistjonijiet indiġeni u l-ġustizzja fl-ikel. Wara wħud mill-wirjiet tal-films se jsiru diskussjonijiet interattivi, li fihom lill-udjenzi jkollhom il-possibbiltà li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom filwaqt li jitgħallmu affarijiet ġodda mingħand l-esperti. Il-festival se jkun mifrux madwar bosta postijiet f 'Malta, fosthom l-Eden Cinemas, il-Valletta Contemporary, il-Café Riche il- Birgu, il-Kixott il-Mosta, l-uffiċċju tal-Moviment Graffitti l-Belt Valletta, u l-ġnien tal-Friends of the Earth Malta fil-Furjana. "ĊineAmbjent huwa ħafna iktar milli sempliċement tara l-films — Il- ħsieb hu li joħloq konverżazzjonijiet ġodda u li jispira l-bidla. Aħna nixtiequ udjenzi li jitilqu mill- wirjiet imqanqla u milquta, u b'rieda soda biex jieħdu azzjoni għan-nies u għad-dinja," sostniet Martina Camilleri, il-Kordinatur tal-Festival ĊineAmbjent. Tista' tibbukkja il-postijiet online. Tista' tibbukkja film wieħed, ġurnata waħda jew tlett ijiem: https://events.humanitix.com/ cineambjent-2025. ĊineAmbjent 2025 qed jiġi organizzat grazzi għall- għajnuna tal-postijiet fejn se jintwerew il-films, l-isponsors, u l-organizzazzjonijiet kollaboraturi tal-FOE. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-festival, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Martina Camilleri fuq martina@ foemalta.org. Din il-ġimgħa, il-Belt Valletta qed issir ċentru għal laqgħa ta' komunitajiet ta' gżejjer, hekk kif delegazzjonijiet minn Malta, Sardinja, u Sqallija jingħaqdu flimkien għat- tnedija uffiċjali tal-Proġett SOuSeEU, inizjattiva Ewropea ffinanzjata permezz tal- Programm CERV (Ċittadini, Uġwaljanza, Drittijiet, u Valuri). Bejn l-1 u t-3 ta' Ottubru 2025, l-avveniment se jinkludi konferenzi, workshops, u skambji kulturali li għandhom l-għan li jsaħħu l-koperazzjoni bejn il-gżejjer, promozzjoni ta' parteċipazzjoni ċivika, u biex iħeġġu l-aħjar prattiki dwar ekonomiji lokali sostenibbli. "Dan il-proġett jagħti leħen aktar b'saħħtu lill-gżejjer tagħna fl-Ewropa. Billi naħdmu flimkien, nistgħu nibnu komunitajiet aktar reżiljenti, innovattivi, u sostenibbli," qal Mario Fava, President tal- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, waqt is-sessjoni tal-ftuħ. Pjattaforma għall-Iskambju Aktar minn 47 delegat internazzjonali minn awtoritajiet lokali, soċjetà ċivili u s-settur kulturali ngħaqdu ma' msiehba Maltin biex jesploraw sfidi u opportunitajiet komuni. Fost is-suġġetti fuq l-aġenda, wieħed isib: ikel u ekonomiji lokali, turiżmu sostenibbli, parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, innovazzjoni diġitali, enerġija rinovabbli, Governanza, u networks ta' koperazzjoni. Il-programm jinkludi interventi ta' diskors, studji ta' każijiet minn proġetti Ewropej ta' suċċess, u sessjoni intermedjarja li fiha l-parteċipanti jistgħu jippreżentaw ideat ġodda għall- kollaborazzjoni. Ħarsa lejn il-futur Wieħed mill-punti ewlenin tal-avveniment se jkun id- diskussjonijiet dwar il-Patt ta' Ħbiberija u Koperazzjoni, li għandu l-għan għal kollaborazzjoni fit-tul bejn it-territorji parteċipanti. Id-delegati se jkunu wkoll involuti fil-Programm tal- ELoGE (European Label of Governance Excellence), li jiffoka fuq komunikazzjoni, ħidma biex jintlaħqu n-nies u għodod ta' benchmarking għall- komunitajiet lokali. Ċelebrazzjoni tal-Identità tal-Gżira Lil hinn mid-djalogu ta' proceduri, il-laqgħa fil-Belt Valletta tenfasizza wkoll l-identità u l-wirt kulturali tal- gżejjer bħala valur Ewropew. Ikliet għad-delagati fix- Xgħajra u r-Rabat se joffru lill-parteċipanti esperjenza mill-qrib tal-ospitalità u t-tradizzjonijiet Maltin. Il-Proġett SOuSeEU se jkompli f 'diversi gżejjer Ewropej, iżda l-vjaġġ tiegħu jibda f 'Malta. Dan jagħti prova tar-rwol ċentrali ta' pajjiżna bħala ċentru ta' djalogu, innovazzjoni, u koperazzjoni fil-Mediterran. Il-Belt Valletta tospita avveniment ta' ġemellaġġ Ewropew biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-gżejjer Il-festival se jsir bejn is-17 u d-19 ta' Ottubru 2025 il-Belt Valletta qed issir ċentru għal laqgħa ta' komunitajiet ta' gżejjer