MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 • illum intervista 'Naħdmu flimkien u jirnexxilna': Id-drittijiet soċjali tal-UE tiegħek Intervista mal-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta Maria Elena Despott L-aħħar snin ġabu magħhom bidliet radikali fid-dinja tax- xogħol, bit-teknoloġija, l-isfidi ambjentali u soċjali, jittrasformaw kif naħdmu minn kull anglu. Barra minn hekk, quddiemna hemm ukoll sfidi demografiċi kbar, fosthom popolazzjoni li dejjem qed tikber fl-età u nuqqas ta' ħaddiema mħarrġa fil-ħiliet meħtieġa f 'setturi speċifiċi. Wara l-kriżijiet finanzjarji, ekonomiċi, u l-pandemija tal-aħħar għaxar snin, huwa naturali wkoll li l-ekonomiji jfittxu kif se jikbru u jimxu 'l quddiem, u f 'din is- sitwazzjoni ċ-ċittadini qed ifittxu li d-drittijiet soċjali u dawk marbuta mal-impjieg, ikunu mħarsa. F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea tieħu rwol proattiv fil-ħarsien tad- drittijiet tal-ħaddiema filwaqt li tfittex opportunitajiet għat-tkabbir u l-iżvilupp tal-individwu. Dwar dan, tkellimna ma' Maria Elena Despott, Kap tar- Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f 'Malta, fejn magħha ddiskutejna d-drittijiet soċjali li jgawdu ċ-ċittadini Ewropej. Kemm hu rilevanti l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali llum il-ġurnata, meta nqisu r-realtà tas-suq tax-xogħol Malti, bħad-diġitalizzazzjoni, ix-xogħol fuq il-pjattaformi, u forza tax-xogħol li qed tixjieħ? Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu rwol importanti biex jappoġġja suq tax-xogħol ġust u li jaħdem sew f 'Malta. Tista' tarah bħala sett ta' regoli soċjali li jiżgura s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u joħloq opportunitajiet għal kulħadd. Jippromovi kundizzjonijiet tal-għejxien u tax-xogħol aħjar, jinvesti f 'edukazzjoni ta' kwalità għolja u inklussiva, fit-taħriġ, fil- ħiliet u fl-innovazzjoni, u jiżgura li jkun hemm protezzjoni soċjali adegwata għal kulħadd. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru huwa li sal-2030, mill-inqas 60% tal-adulti kollha jieħdu sehem f 'taħriġ kull sena. Dan huwa partikolarment importanti għax in-negozji fl-Ewropa kollha, inkluż f 'Malta, jeħtieġu ħaddiema bil-ħiliet li hemm bżonn biex ikomplu jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li joffru t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u n-nies għandhom bżonn opportunitajiet biex jaġġornaw l-għarfien tagħhom u jiorixxu matul ħajjithom. Bejn l-2021 u l-2027, il-Fond Soċjali Ewropew+ se jkun investa xejn inqas minn €124.4 miljun biex jappoġġa proġetti li jippromovu l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-aċċess għall-impjiegi u l-kura tas-saħħa f 'Malta. Id-Direttiva dwar ix-Xogħol fuq il- Pjattaformi għandha l-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol għal aktar minn 28 miljun ruħ li jaħdmu fuq pjattaforma tax-xogħol diġitali madwar l-UE, inkluż dawk f 'Malta. Dawn ir-regoli l-ġodda se jagħmlu l-użu tal-algoritmi fl-immaniġġjar tar-riżorsi umani aktar trasparenti, u jiżguraw li s-sistemi awtomatizzati se jkunu mmonitorjati minn staff ikkwalifikat, u li l-ħaddiema jkollhom id-dritt jikkontestaw id-deċiżjonijiet awtomatiċi. Se tgħin ukoll biex jiġi determinat korrettament l-istatus tal-impjieg tan-nies li jaħdmu permezz tal- pjattaformi, biex b'hekk ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet tal-ħaddiema li jkunu intitolati għalihom. Il-ħaddiema f'Malta kif ibbenefikaw mill-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Soċjali s'issa, b'mod partikolari fejn jidħlu opportunitajiet indaqs u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti? Minbarra l-leġiżlazzjoni li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tan- nies li qed jaħdmu permezz tal- pjattaformi, mindu ġie varat il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru fl-2019, l-UE introduċiet: Regoli ġodda dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall- ġenituri u nies oħrajn li jrabbu. Dawn ir-regoli jinkoraġġixxu kondiviżjoni aħjar tar-responsabbiltajiet ta' kura bejn in-nisa u l-irġiel billi jimmodernizzaw il-qafas legali eżistenti fil-qasam tal-leave marbut mal-familja, u arranġamenti tax- xogħol flessibbli. Il-miżuri ta' Appoġġ Attiv Effettiv għall-Impjiegi (EASE) biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fl- impjiegi u fil-ħiliet billi jappoġġaw it-tranżizzjonijiet fl-impjiegi, l-immodernizzar tas-sistemi ta' taħriġ vokazzjonali, u billi jgħinu lis-servizzi tal-impjiegi jirrispondu aħjar ħtiġijiet li qed jinbidlu. Leġiżlazzjoni biex tingħalaq id- differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u biex jiżdied il-bilanċ bejn il-ġeneri fit-teħid ta' deċiżjonijiet korporattivi. Regoli ġodda li jżidu l-protezzjoni tas-saħħa u sikurezza tal-ħaddiema. Is-saħħa u s-sikurezza tajbin fil- post tax-xogħol għandhom bosta benefiċċji, fosthom li jitnaqqsu l-assenzi minħabba mard, it-tnaqqis ta' spejjeż tal-kura tas-saħħa, li ħaddiema ta' età aktar avvanzata jibqgħu fl-impjieg, li jiġu stimulati metodi ta' ħidma u teknoloġiji aktar effiċjenti, u jikkontribwixxu għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Bosta ħaddiema u żgħażagħ illum il-ġurnata jinkwetaw dwar kif jistgħu jlaħħqu mat-tibdil rapidu fis-suq tax-xogħol. L-UE x'opportunitajiet toffri f'dak li jirrigwarda taħriġ, studju, u aġġornament ta' ħiliet biex in-nies jibqgħu kompetittivi u kapaċi jadattaw? Sew jekk inti professjonist fil- bidu tal-karriera tiegħek, sew jekk intix adult li qed tipprova ttejjeb il-ħiliet attwali tiegħek, l-UE tappoġġa d-dritt tiegħek li taċċessa l-opportunitajiet ta' taħriġ matul ħajtek. L-istrateġija tal-Unjoni tal- Ħiliet, li għadha kemm ġiet varata, tipprovdi opportunitajiet ġodda sabiex tkun tista' titgħallem ħiliet ġodda biex tikber fl-impjieg attwali tiegħek jew biex issib wieħed ġdid. Il-Europass jista' jgħinek tivvaluta l-ħiliet tiegħek u timmaniġġja kull pass tat-tagħlim u tal-karriera tiegħek. L-UE qed tappoġġa wkoll lill- Istati Membri biex jimmodernizzaw l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali biex jiġi żgurat li jipprovdi opportunitajiet ta' tagħlim ta' kwalità għal kull età. Jekk għandek inqas minn 30 sena, tista' ssib l-opportunità ta' taħriġ li teħtieġ biex tikseb il-ħiliet li għad m'għandekx biex tidħol fis-suq tax-xogħol bis-saħħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Barra minn hekk, il-Programm Ewropa Diġitali jiffinanzja taħriġ għall-individwi u n-negozji f 'pajjiżi tal-UE, f 'oqsma li jinkludu l-Intelliġenza Artifiċjali u ċ-ċibersigurtà. Ma nistgħux ma nsemmux inizjattivi ffinanzjati mill-UE bħall-Erasmus+ kif ukoll miżuri skont il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta' Malta, bħall-kulleġġ online li jappoġġa l-aġġornament u t-tagħlim ta' ħiliet ġodda billi joffri korsijiet komprensivi online, kif ukoll coaches li jgħinu lil min ikun qed jitgħallem, kif ukoll l-introduzzjoni ta' skema ta' boroż ta' studju li tħeġġeġ lill-istudenti jsiru professjonisti fil-qasam diġitali, inkluż f 'teknoloġiji innovattivi bħall-intelliġenza artifiċjali. Fi tmiem il-ġimgħa l-oħra, il-Kummissjoni, bħala parti mill-kampanja "Naħdmu Flimkien u Jirnexxilna", stiednet lin-nies iżuru l-posta tagħha biex jistaqsu dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom. Il-pubbliku xi tħassib u interess wera? Kien hemm xi ħaġa li spikkat? Il-bilanċ kien tema rikorrenti fid- diskussjonijiet fuq il-posta tagħna, u bosta parteċipanti enfasizzaw l-importanza tiegħu, mhux biss meta tkellmu dwar il-benesseri tagħhom u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, iżda wkoll meta tkellmu dwar il-bilanċ li xtaqu bejn is-sigurtà finanzjarja u s-sens ta' skop f 'xogħolhom. Iż-żgħażagħ li jaħdmu waqt li jistudjaw irriflettew ukoll fuq l-isfida li jibbilanċjaw ix-xogħol mal-attivitajiet ekstrakurrikulari tagħhom, filwaqt li bosta parteċipanti semmew il- vantaġġi li jsibu fix-xogħol remot. Lil hinn minn hekk, kien hemm ukoll interess b'saħħtu fl-opportunitajiet ta' xogħol u l-mobilità, u kien hemm bosta żgħażagħ li kellhom interess partikolari fix-xogħol barra minn Malta. Temi frekwenti oħra kienu jinkludu l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u opportunitajiet biex jaġġornaw il-ħiliet tagħhom biex jimxu fil-karriera tagħhom, kif ukoll tħassib ieħor soċjali jew marbut mal-familja, bħal pereżempju li t-tfal jużaw it-teknoloġija b'mod li ma jagħmlilhomx ħsara. In-nies fejn jistgħu jitgħallmu aktar dwar id-drittijiet soċjali tal-UE tagħhom u l-programmi disponibbli? Is-sit web tal-kampanja "Naħdmu Flimkien u Jirnexxilna" fih l-informazzjoni kollha dwar id- drittijiet varji li huma protetti mill- Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Is-sit fih paġna li fiha n-nies jistgħu jsibu l-organizzazzjonijiet li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar id-drittijiet soċjali u tal- impjiegi f 'Malta. Skenja dan il-QR Code bil-mobile l-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f 'Malta Maria Elena Despott

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 October 2025