Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306
aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 • illum 04 Kumpaniji barranin iġġeneraw 44% tal-ekonomija Maltija Fl-2023, kważi nofs il-valur miżjud tal- ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja ta' Malta kien iġġenerat minn kumpaniji barranin Il-kumpaniji barranin jibqgħu forza ewlenija fl-ekonomija Maltija, b'eluf ta' impjiegi u kontribut sinifikanti fil-valur miżjud nazzjonali AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej niehda sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: • Intervent 73.5.4: Investimenti Produttivi fl-Azjendi Agrikoli – Tiġdid u Żvilupp tal-Vinji Is-sejħa ta' dan l-intervent ser tagħlaq nhar il-Erbgħa 28 ta' Jannar 2026 f'nofsinhar. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal https://fondi.eu/ fejn wieħed jista' isib il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, kif ukoll il-linji gwida u l-applikazzjonijiet ta' din is-sejħa. Qed jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni dwar din is- sejħa kif ġej: • The Oaks Business Centre, Triq Farsons, Ħamrun nhar il-Erbgħa 5 ta' Novembru 2025 • Fir-Razzett Esperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, Xewkija nhar l-Ħamis 6 ta' Novembru 2025 • Uffiċju Priċipali ARPA, Triq Ħal-Luqa, Għammieri, Qormi nhar il-Erbgħa 12 ta' Novembru 2025 Biex tirreġistra' għal dawn is-sessjonijiet u għal aktar informazzjoni, tista taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċċempel lis-SEM fuq 2779 7300. Mistoqsijiet għandhom jintbagħatu bl-imejl fuq fondi.eu@gov.mt JAELLE BORG Fl-2023, kważi nofs il- valur miżjud tal-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja ta' Malta kien iġġenerat minn kumpaniji barranin, bil-qasam teknoloġiku u tas-servizzi professjonali jiddominaw il- kontribut ekonomiku Fl-2023, 43.8% tal-valur miżjud tal-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja f 'Malta ġie ġġenerat minn intrapriżi taħt kontroll barrani, skont dejta tal-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika. Iċ-ċifri juru wkoll li kemm il-kumpaniji Maltin kif ukoll dawk ikkontrollati minn barra rreġistraw tkabbir fil-biċċa l-kbira tal-varjabbli ewlenin. Minkejja li l-għadd totali tan-negozji żdied b'10.5% fuq is-sena ta' qabel, il-proporzjon ta' intrapriżi barranin naqas ftit għal 2.4% tat-total, meta mqabbel mat-2.6% fl-2022. Madankollu, dawn il-kumpaniji għadhom jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall- ekonomija Maltija, b'45,020 impjegat — żieda ta' 5.4% fuq is- sena ta' qabel. Il-valur miżjud totali tal- ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja laħaq €13.5 biljun fl-2023, żieda ta' kważi €1.8 biljun fuq l-2022. Minn dan, 43.8% kien ġej minn kumpaniji barranin, li rreġistraw tkabbir ta' 17.3%, filwaqt li l-kumpaniji taħt kontroll domestiku żdiedu b'14.3%. L-ispejjeż tal-benefiċċji tal-impjegati f 'kumpaniji barranin żdiedu b'€149.8 miljun, biex laħqu €1.77 biljun. Il-prestazzjoni skont id- daqs tan-negozji Il-kumpaniji barranin kbar kienu l-kontributuri ewlenin, b'valur miżjud ta' €4.67 biljun — żieda sinifikanti meta mqabbla ma' €3.69 biljun fl-2022. Intrapriżi mikro raw tkabbir żgħir, filwaqt li dawk żgħar u medji esperjenzaw tnaqqis rispettiv ta' 24% u 3.4%. Intrapriżi kbar barranin jammontaw għal 79% tal-valur miżjud u 60% tal-impjiegi fost l-entitajiet ikkontrollati minn barra. SMCs u setturi ewlenin Il-kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja (SMCs) taħt kontroll barrani baqgħu ħamsa, iżda kkontribwew €252 miljun f 'valur miżjud, jiġifieri 4.3% tat-total taħt kontroll barrani. Huma wkoll irreġistraw żieda ta' 22% fl-ispejjeż tal-impjegati. Fil-qasam tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi, is-servizzi professjonali u ta' appoġġ għan- negozju, kumpaniji barranin kienu l-akbar atturi, b'valur miżjud ta' €2.96 biljun u aktar minn 36% tal-impjiegi kollha taħt kontroll barrani. Dan is- settur wera wkoll l-akbar żieda nominali, ta' €778.8 miljun fuq is-sena ta' qabel. Is-settur tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri, wieħed mill- aktar dominati minn investituri barranin, ħaddem 7,829 persuna u ġġenera €1.44 biljun f 'valur miżjud. Il-benefiċċji tal- impjegati f 'dan il-qasam telgħu għal €425.6 miljun. Il-kontribut reġjonali u internazzjonali L-istatistika turi li 73.6% tal-intrapriżi barranin f 'Malta huma kkontrollati minn residenti Ewropej, inklużi dawk tal-UE. Residenti ta' Stati mhux membri tal-UE jikkontrollaw aktar minn nofs l-unitajiet tan- negozju barranin, u jimpjegaw madwar 24,700 persuna, li jikkontribwixxu għal kważi nofs il-valur miżjud kollu. L-intrapriżi taħt kontroll Żvediż u Brittaniku kienu fost l-aktar attivi: kumpaniji Żvediżi ġġeneraw €1.63 biljun f 'valur miżjud, filwaqt li dawk mir- Renju Unit kważi rdoppjaw il- kontribut tagħhom għal €605 miljuni. Kumpaniji Amerikani ħaddmu l-akbar numru ta' nies — kważi 6,800 — segwiti minn dawk mir-Renju Unit u l-Iżvezja. Kumpaniji Maltin barra minn Malta Fuq in-naħa l-oħra, kumpaniji Maltin li joperaw barra ġġeneraw €1.9 biljun f 'fatturat nett u ħaddmu 16,582 persuna f '59 pajjiż. Il-biċċa l-kbira tal-attività tagħhom kienet fl-Unjoni Ewropea, li kienet tikkonsisti f 'aktar minn żewġ terzi tal-fatturat totali. Affiljati f 'pajjiżi bħar-Renju Unit, ir- Rumanija u l-Polonja kienu fost l-aktar attivi, bl-aħħar pajjiż juri żieda ta' kważi 48% fl-impjiegi.