Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989
www.illum.com.mt NRU 987 €1.50 IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 INTERVISTA MA' CLYDE CARUANA U ADRIAN DELIA PAĠNI 6 - 7 PAĠNA 2 BIŻA' LI R-RISPOSTA TA' ALEX BORG GĦALL-BAĠIT TAL-GVERN TKUN FJAKKA "Iż-żmien tal-honeymoon se jgħaddi daqt. Alex irid jitkellem inqas, jipproponi inqas u jagħti kas aktar x'inhu jipproponi." Dan qalu lil din il-gazzetta Deputat Parlamentari tal-PN li kien inkwetat bil-proposta għal għarrieda tal-Kap Nazzjonalista dwar iż-żieda fis-salarju. "Din iż-żieda hija parti minn ehim kollettiv li bih kull min hu fiċ-ċivil ibbenefika, lanqas hu komparabbli maż-żieda li kien għamel Gonzi wara dahar kulħadd qabel l-2013. Lil Abela mhux se tirbaħlu b'dawn l-affarijiet, tirbaħlu billi tattakkah fuq li m'għamel xejn fuq il-popolazzjoni, it-traffiku, u l-ambjent," kompla jgħid. Hemm biża' kbir fost in- Nazzjonalisti ta' ġewwa li l-avvanzi politiċi li għamel Alex Borg fl-aħħar ġimgħat jitliom bid-diskors tal-baġit. Diskors li hemm stennija u kurżità b'mod speċjali minn dawk li qatt ma semgħu Alex Borg jitkellem fit- tul dwar temi fiskali. Is-sens ta' inkwiet fost in- Nazzjonalisti ta' ġewwa jinħass, u hemm min qed jargumenta li jekk Borg ma jħallix marka fid- diskors tal-baġit, se jkun diffiċli għalih li jżomm il-momentum li kellu wara li ġie elett Kap tal- PN. Kummentaturi oħra qalu lil din il-gazzetta li Borg irid joqgħod attent li ma jagħtix ma' xiex jista' jaqbad Robert Abela, il-four day week, kif ukoll il-proposta li jitnaqqas il- VAT għar-ristoranti – miżura li tfisser telf ta' 80 miljun fi dħul – kollha jagħtu lill-Prim Ministru opportunità tad-deheb biex iballat lil Borg. Apparti huwa ċar li minkejja d-dikjarazzjoni ta' paċi u ħbiberija bejn Adrian Delia u Alex Borg, mhux l-ewwel darba li fil-pubbliku 'l bogħod mill- kamera, Delia wera diżgwid ma' Borg, fost oħrajn fuq din il-proposta ta' Alex Borg li jirriuta ż-żieda fis-salarju. ARA L-EDITORJAL F'PAĠNA 11 L-iskejjel tal-knisja u r-reliġjonijiet l-oħra … Il-ġenituri jemmnu li għandhom ikunu għall-Insara biss JAELLE BORG Diskussjoni li bdiet minn post fuq grupp fuq Facebook "Ommijiet Ngħinu lil Xulxin" splodiet f 'dibattitu kbir dwar x'inhi l-identità vera tal-iskejjel tal- Knisja f 'Malta. Il-mistoqsija hija waħda sempliċi: għaliex skejjel tal-Knisja qed jaċċettaw tfal ta' reliġjonijiet oħra? Iżda fir-rejazzjonijiet tal-ġenituri kien hemm is-sentiment, tajjeb jew ħażin, li dawn l-iskejjel għandhom ikunu għall- Insara biss. Il-post oriġinali kien juri lista ta' skejjel fejn ġie indikat jekk jaċċettawx tfal ta' kull reliġjon jew inkella Kattoliċi u Nsara biss. Minn fosthom, Sacred Heart College (San Ġiljan), St Dorothy School (Tas- Sliema), St Augustine School (Tal-Pietà), u s-Seminarju tal-Arċisqof (ir-Rabat) jaċċettaw biss Kattoliċi u Nsara, filwaqt li St Paul's Missionary College (ir-Rabat) jidher li jaċċetta Kattoliċi biss. Min-naħa l-oħra, ħafna skejjel oħra, fosthom De La Salle, St Benild, St Albert the Great, St Aloysius College, St Monica, St Michael, St Elias, u Stella Maris, jaċċettaw tfal minn reliġjonijiet differenti. Il-Kulleġġ San Alwiġi huwa wieħed mill- iskejjel li jaċċettaw tfal ta' kull reliġjon Is-sens ta' inkwiet fost in-Nazzjonalisti ta' ġewwa tinħass, u hemm min qed jargumenta li jekk Borg ma jħallix marka fid-diskors tal-baġit, se jkun diffiċli għalih li jżomm il-momentum li kellu wara li ġie elett Kap tal-PN
