Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Żewġ kotba oħra għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija Rockwired — Ngħixuha bil-mod tagħna L-ikbar vuċijiet f 'Malta, kor ta' 80 ruħ, band u orkestra magħmula minn 30 mużiċist, u udjenza fuq ruħha lesta biex tirrokkja BDL Publishing għadhom kif nedew it-tieni livell tas-serje bilingwi (Malti/Ingliż) Maltese as a Foreign Language for Juniors ta' Charles Daniel Saliba. Dan il-livell, li hu bbażat fuq il-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi, u li jkopri l-Livell A2, Elementari, fih żewġ kotba: Learning Maltese 3 / Nitgħallem il-Malti 3 u Learning Maltese 4 / Nitgħallem il-Malti 4. Il-kotba l-ġodda jsegwu approċċ ta' tagħlim progressiv billi jibnu fuq l-ewwel livell. Fihom, l-istudenti jkomplu jitgħallmu r-regoli bażiċi tal- grammatika bl-użu ta' approċċ tematiku, jisimgħu kull djalogu jew kontenut moqri bil-Malti standard minn kelliema nattivi, jiffamiljarizzaw ruħhom mal- kultura Maltija, u jinvolvu ruħhom f 'diversi attivitajiet prattiċi għal tagħlim u reviżjoni effettivi. L-istudenti jipprattikaw l-erba' ħiliet tal-lingwa — is-smigħ, it-taħdit, il-qari, u l-kitba — u jużaw it-taqsima tal-kisbiet mit- tagħlim biex jivverifikaw jekk laħqux l-għanijiet tal-unità. Dr Saliba qal, "Wara s-suċċess tal-ewwel livell, dan il-livell kien mistenni ħafna. Dan il-proġett se jappoġġja, mhux biss lit-tfal ta' nazzjonalità barranija li jgħixu f 'Malta u Għawdex biex ikomplu jitgħallmu l-lingwa, iżda wkoll lit-tfal ta' dixxendenza Maltija li jgħixu barra minn Malta. Dawn il-pubblikazzjonijiet jgħinu biex il-wirt lingwistiku u kulturali ta' Malta jibqa' jiġi ppreservat sabiex il-lingwa nazzjonali tagħna tkompli tisseddaq." Il-kotba jiġu bl-awdjo u bi ktejjeb tat-tweġibiet għall- eżerċizzji li fihom, li jistgħu jitniżżlu b'xejn. Il-kotba f 'din is-sensiela huma approvati mill-Aġenzija Nazzjonali tal- Litteriżmu ta' Malta. Waħda mill-iktar esperjenzi eċitanti ta' mużika live se tirritorna — b'ħoss akbar, għażliet aktar ambizzjużi, u akbar minn qatt qabel. Rockwired jittella' f 'Dar il- Mediterran għall-Konferenzi f 'Novembru — is-Sibt, 29 ta' Novembru 2025, 7:30 pm (bibien jiħu 6:30 pm), il-Ħadd, 30 ta' Novembru 2025, 4:30 pm (il-bibien jiħu fit-3:30 pm) — fejn jittrasforma wieħed mill- aktar postijiet ikoniċi f 'Malta f 'katidral ta' ħoss. Dan mhuwiex sempliċement kunċert — huwa lejl fejn innijiet favoriti ta' rock klassiku, new metal, u rock alternattiv jamalgamaw mas-saħħa ta' orkesta, kor enerġetiku u udjenza li tagħti sehemha fil- kunċert. Ippreżentat minn Scrolls Productions, dritt wara s-suċċess li għamlu bi Skyfall Live in Concert, Rockwired '25 huwa ċelebrazzjoni ta' mużika, komunità u kreattività, mingħajr profitt. F'Rockwired tingħata ċans biex terġa' tgħix il-mużika ta' ġenerazzjonijiet imgħoddija, fuq skala li Malta qatt ma rat qabel. Mid-direzzjoni mużikali u produzzjoni ta' xows illiċenzjati minn produzzjonijiet internazzjonali, għall-ħolqien u tmexxija ta' proġetti ta' symphonic pop u rock permezz ta' The Palace String Orchestra, Scrolls turi impenn qawwi lejn l-eċċellenza artistika u l-innovazzjoni, f 'kull aspett ta' prestazzjoni live. Ippreżentat mill-attur Stephen Oliver, Rockwired iwassal arranġamenti orkestrali oriġinali ta' wħud mill-aqwa siltiet rock matul iż-żminijiet, permezz ta' kor ta' 80 vuċi, the Palace String Orchestra, u rock orchestra ta' 30 mużiċist. Jingħaqdu magħhom fuq il-palk uħud mill- aktar vuċijiet stabbiliti fix-xena rock — fosthom, Klinsmann, Moira Stafrace, Chris Grech, Neville Refalo, Gaia, Nicole Frendo, Andre Portelli, Dion Farrell, Daryl Ebejer, Natassja Chapman, Talitha Dimech, Rachel Grech, u ħafna oħrajn — filwaqt li jingħaqad magħhom talent ġdid li ntgħażel minn proċess ta' awdizzjonijiet miftuħa għall-membri tal-kor. Fil-fulkru ta' dan l-ispettaklu nsibu l-mużiċisti Luke Grech, Melchior Busuttil, Daniel Micallef, John Cutajar, u David Ciantar, bid-direzzjoni mużikali ta' Ryan Paul Abela. Oltre mill-mużika, Rockwired għandu l-għan li jagħmel differenza. €5 minn kull biljett mibjugħ se jingħataw b'donazzjoni lill- Malta Community Chest Fund, b'appoġġ lil individwi u familji fil-bżonn. Il-kumplament tal-flus imorru għall-ispejjeż tal-produzzjoni. Bl-appoġġ ukoll ta' Rock 'N Malta, din il- produzzjoni mingħajr profitt inħolqot biex twassal esperjenza mużikali ta' livell dinji li tħalli impatt fuq l-individwu. Il-kotba l-ġodda jsegwu approċċ ta' tagħlim progressiv billi jibnu fuq l-ewwel livell Fil-fulkru ta' dan l-ispettaklu nsibu l-mużiċisti Luke Grech, Melchior Busuttil, Daniel Micallef, John Cutajar, u David Ciantar, bid-direzzjoni mużikali ta' Ryan Paul Abela

