MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

"Tlift kollox — il- familja, il-flus, saħansitra ma kellix flixkun ilma x'nixtri. Bdejt norqod barra, u mmur Mount Carmel, mhux għax ridt naqta' l-vizzju, imma biex ikolli fejn norqod u niekol." 05 intervista illum • IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 Mill-infern tad-droga għal ħajja ġdida Minn żagħżugħ li tilef kollox minħabba l-vizzju, għal raġel li llum jagħti l-ħin u l-enerġija tiegħu biex isalva ħajjiet oħra — Il-vjaġġ ta' Daniel Mallia huwa xhieda ħajja li kull min jaqa' jista' jerġa' jqum. JAELLE BORG Kien biss ta' sittax-il sena meta Daniel Mallia mess l-ewwel joint biex "ikun aċċettat minn sħabu." Dak il-pass żgħir, li għall-bidu deher innoċenti, fetaħlu bieb għal triq twila, mudlama u mimlija tbatija — triq li fiha spiċċa jsir dipendenti fuq diversi drogi, u jitlef kollox. Illum, wara snin ta' battalji u kuraġġ, Daniel mhux biss ħareġ minn din il-ħajja, iżda qed jgħin nies oħra jagħmlu l-istess, bħala therapeutic facilitator ma' Caritas Malta. "Bdejt inpejjep biex inkun inqas mistħi," jirrakkonta Daniel b'onestà. "Kont mistħi ħafna, u meta kont inpejjep, kont inħossni liberu. Maż-żmien bdejt nagħmilha kuljum." Dak li beda bħala mod biex jegħleb il- mistħija, malajr evolva f 'dipendenza. Fl-età ta' sbatax-il sena, Daniel ipprova l-eroina għall- ewwel darba — droga li, kif jgħid hu stess, "għoġbitni ħafna iżjed mill-ħaxixa." Minn dakinhar, kollox mar lura għall- agħar. "Bdejt neħodha fil-weekends, imma maż-żmien bdejt irridha kuljum. Ma stajtx ngħaddi mingħajrha. Bdejt niġi sick jekk ma niħux doża." F'dik il-fażi kellu jibda jieħu wkoll il-methadone biex jipprova jnaqqas id- dipendenza, iżda anke dak spiċċa jkun taħlita mal-eroina stess. Il-ħajja tiegħu saret taħwid ta' sustanzi — eroina, methadone, ecstasy — u aktar tard anke kokaina. "Il-kokaina kissritni," jgħid. "Tli kollox — il-familja, il-flus, saħansitra ma kellix flixkun ilma x'nixtri. Bdejt norqod barra, u mmur Mount Carmel, mhux għax ridt naqta' l-vizzju, imma biex ikolli fejn norqod u niekol." Snin twal ta' dipendenza ħallew marka profonda. Daniel jgħid li kien jidħol l-isptar għal it jiem, imbagħad jerġa' joħroġ biex jerġa' juża. "Domt hekk għal snin twal, sakemm ġurnata minnhom għejejt. Kien għad kelli 17-il sena u kont nieħu kull tip ta' droga. Dak il-ħin iddeċidejt nidħol nagħmel il-programm tal-Caritas." Il-bidla ma kinitx faċli. Beda mix-xelter tal-Caritas — l-ewwel pass fejn il-persuna tnaddaf ġisimha mill-effetti tas-sustanzi. Imbagħad tela' l-programm terapewtiku f 'San Blas, u aktar tard f 'Dar Charles Miceli fil-Mosta. "Domt sentejn f 'dan il-vjaġġ sakemm gradwajt mill- programm. Dak kien wieħed mill-akbar mumenti ta' ħajti," jgħid Daniel. Wara li temm il-programm, ma waqafx hemm. Huwa applika għal kors fl-Università ta' Malta li ppermettielu jaħdem fil-qasam soċjali u terapewtiku. Wara li ggradwa u kien ilu ħames snin ma jmiss droga, applika biex jaħdem ma' Caritas stess — din id-darba mhux bħala klijent, iżda bħala membru tat-tim. Illum ilu tmien snin ma jmiss droga, u jaħdem bħala therapeutic facilitator fix-xelter ta' Caritas, jgħin lil dawk li għadhom jitħabtu mal-vizzju. "Meta nitkellem mar-residenti, naf eżatt minn xiex għaddejjin. Naf il-ħsibijiet, l-emozzjonijiet, u l-biżgħat tagħhom. Jien kont bħalhom, u għalhekk niimhom tassew," jgħid Daniel. "Ix-xogħol tiegħi jimlieni b'kuraġġ. Inħossni b'saħħti meta nara lil xi ħadd jirkupra it it, bħalma għamilt jien." U għall-ġenerazzjoni żagħżugħa li tista' tħoss it-tentazzjoni li "tipprovaha darba," għandu messaġġ wieħed ċar: "Tippruvawha qatt! Darba ħafna u elf darba mhux biżżejjed. Id- droga qatt ma tagħtik gost, anzi teħodlok kollox. Hemm konsegwenzi kbar wara dik l-ewwel darba." Illum, Daniel hu xhieda ħajja li l-bidla hi possibbli — b'rieda, b'appoġġ, u b'fidi fil- proċess. Mill-ħajja fit-triq u l-isptar, sal-ħajja ta' servizz lejn oħrajn, l-istorja tiegħu tibqa' tfakkar li kull ruħ għandha ċans terġa' tqum fuq saqajha. Daniel illum jaħdem bħala therapeutic facilitator fix-xelter ta' Caritas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 November 2025