MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

Xi nbidel realistikament fil-PN kemm mil-lat ta' xogħol, kif ukoll mil-lat ta' direzzjoni? Inbidel ħafna. Jiġifieri ma wasalniex ... għadu l-bidu u għad fadal x'nagħmlu. Imma diġà jinħass is-sens ta' entużjażmu, mhux biss mal-partitarji imma fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu. Għall- ewwel darba, il-PN taħt it-tmexxija tiegħi, qed iġib lill-PL jiġri warajh. Minflok aħna mill-Oppożizzjoni nippruvaw inlaħħqu mal-gvern, ġibna sitwazzjoni fejn il-gvern Laburista qiegħed jiġri wara l-PN fejn f 'ħafna mumenti u esiġenzi li qed jiġru fuq skala nazzjonali, huwa propju l-PN li qed jipprepara l-aġenda ta' pajjiżna. Din il-ġimgħa u dik ta' qabilha pereżempju, kellna l-kwistjoni tal-Vitals. Kien propju l-PN u grazzi għal Adrian Delia li waqqa' l-konċessjoni li llum qed niddiskutu dak li qed jiġri f 'din is- saga. Hemm diversi affarijiet oħra u mhux biss fuq skala nazzjonali. Anke fuq skala "on the ground" jiġifieri meta niltaqgħu man-nies li mhux aħna mmorru fuqhom, huma jiġu fuqna b'tama li issa vera hemm ċans li l-PN jagħti kontribut siewi lil pajjiżna. Dawn in-nies, għandhom element ta' ġenwinità fi kliemhom? Jien l-aktar ħaġa li timpressjonani u li kont qed nibża' minnha hija li – kif nafu, illum ħafna żgħażagħ qed jaqtgħu mill-politika Maltija għaliex tilfu l-fiduċja fiha – f 'dawn l-aħħar ġimgħat, iż-żgħażagħ, anke dawk li m'għandhomx il-vot, qed jiġu fuqna u jgħidulna "kemm sejjer tajjeb" "kemm qed tkun popolari fuq il-midja soċjali." Isemmulek il-proposti, jiġifieri mhux biss isegwu imma jaraw il-proposti li noħorġu aħna. Dan lili jtini kuraġġ li almenu miexi fid-direzzjoni t-tajba. Għalhekk nemmen bis- sħiħ li aħna gvern alternattiv għax aħna għandna tim ta' nies kapaċi verament ikun fil-gvern, u mhux biss persuna waħda tajba u xejn iżjed. Kritiċi tiegħek jgħidu għax inti għadek żgħir u bla esperjenza, kif tweġibhom? Inti tkun politiku tajjeb jew ħażin mhux skont l-età li jkollok, imma hemm ħafna fatturi oħra. Il-fatt li fl-età ta' 30 sena qed immexxi partit, naraha bħala sfida. Emmint bis-sħiħ li ż-żgħażagħ kapaċi jkunu l-katalisti tal-bidla. Il-PN kien progressiv biżżejjed li kellu kap ta' 30 sena. Anke t-tesserati tal- partit ħadu r-riskju li eleġġew kap żagħżugħ li veru ġej minn familja politika imma xorta hemm ir-riskju. Rajna dan l-aħħar xahar, tgħidli għax honeymoon period imma honeymoon period ma sserraħx fuqu biss u tgħid kollox ward u żahar. Bil-ħidma li għamilna, bid- diskorsi li qed nagħmlu, anke biss biss bl-istħarriġ pubbliku. Jekk tara l-istħarriġ tagħkom stess (tal- MaltaToday) kien juri inroads li ilna ma naraw minnhom u li jagħtu tama lill-poplu. Jekk tara anke r-replika tal-baġit, ma morniex biss biex nikkritikaw, imma ħriġna 50 proposta valida illi taw direzzjoni ta' fejn irridu nieħdu l-pajjiż. In-nuqqas ta' esperjenza li jkollok tista' ġġibha billi titgħallem u tuża l-esperjenza ta' ħaddieħor. Dik qed tagħmilha inti? Jiena l-iktar ħaġa li nagħmel hu li nisma'. Ġieli nidħol f 'diskussjoni ta' siegħa, u nitkellem biss għal ħames minuti. Għaliex l-iktar ħaġa diffiċli fil-ħajja politika hija li tkun kapaċi tisma' lil ħaddieħor. Għax ħafna drabi l-biendem ikun irid jirremetti dak li jħoss u jsib lil xi ħadd li jtih widen, imbagħad jattwa fuq dak li sema'. Jiena l-istess ħaġa. Hawn min jgħid li għandi nuqqas ta' esperjenza, imma dik tiġi biż- żmien, però fil-mument irid ikollok il-kapaċità li tkun imdawwar b'nies li jmexxuk lejn id-direzzjoni t-tajba. Hemm faxx ta' nies li hu l-iktar importanti li jiddeterminaw x'se jiġri. Dan il-faxx ta' nies jgħidu li m'għandhomx fiduċja fil-partiti politiċi għax meta jiġu għad-deċiżjonijiet ibsin ma jiħduhomx. Huwa argument ħażin dan il-ħsieb? Diġà bdejna nagħmluha. Jekk tara d-diversi stqarrijiet li għamilt f 'dawn l-aħħar xahar u nofs li ili kap, tara li għamilna ċerti stqarrijiet li fil-verità huma deċiżjoni diffiċli imma meta tgħid deċiżjoni diffiċli ma jfissirx li inti tikkwantifikaha b'kemm voti tista' titlef jew tirbaħ, imma tikkwantifikaha bil-kuraġġ li jkollok biex verament tieħu dik id-deċiżjoni. Jekk tara dan l-aħħar ħriġna li għandu jkun hemm konsultazzjoni fuq il-four day work week. Kont naf li mhux kulħadd se jaqbel miegħi, però trid il-kuraġġ li fil-ħajja u fil-politika ma tistax biss tibqa' tara l-ħames snin ta' quddiemek biss, jew kemm ħa titlef voti. Trid il-kuraġġ li tagħmel xi ħaġa għall-ġid tal-poplu kollu. Jekk tara t-trasport pubbliku, naf li jien mhux ħa tiġi attwata f 'ħames snin, taf tieħu 15 jew 20 sena. Mhux qed nara sal-elezzjoni jien, qed nara kif se ntejbu l-ħajja tan- nies. Aħna tlabna l-Prim Ministru biex inpoġġu bilqiegħda flimkien, biex nagħmlu Memorandum of Understanding mal-Prim Ministru biex ikun hemm sunset clause ... nafu meta ħa jibda l-proġett, nafu meta ħa jispiċċa, jaf ikun hemm gvern Laburista li jibdieha u gvern Nazzjonalista li jlestiha. Il-four day work week, ma taħsibx li f'każijiet fejn għandek suġġerimenti pjuttost kontroversjali għa[ġilt iżżejjed? Fuq tat-trasport tal-massa, ilbiraħtlula Chris Bonett qal: "jien lest li npoġġi mal-Oppożizzjoni". Kif se timxi fuqha inti? Kieku ridt noqgħod komdu, kont nibqa' deputat. Jiena ħadt ir- riskju għaliex emmint li lest nieħu deċiżjonijiet kuraġġużi illi mhux bilfors kulħadd ħa jaqbel magħhom. Il-poplu hemm barra għandu bżonn dawn il-proposti. Biex noqgħod gallarija, stajt bqajt avukat u ma nidħolx fil-politika. Jien dħalt fil- politika biex nieħdu deċiżjonijiet korretti. Dak li għamilna fl-aħħar ġimgħat juri biċ-ċar li jien dħalt biex nieħdu d-deċiżjonijiet. Iva, il-voti huma importantissimi għax bihom tidħol fil-gvern imma trid tieħu deċiżjonijiet li minnhom se jgawdi kulħadd. Fuq il-four day work week, kien hemm il-General Workers' Union li ħarġet favuriha, tant li għal dan il-baġit ħarġu proposta wkoll fuq il-four day work week. Kien hemm l-MPE Laburista omas Bajada illi qal li għandna nitkellmu fuq il- four day work week. Kien hemm il-Union Ħaddiema Magħqudin, u diversi esperti li ħarġu pubblikament ifaħħru din il-proposta. Bħalissa għandna gvern li sar partit tal-"le"; dak kollu li jressaq il-PN in-naħa l-oħra jgħidlu "le". Ambjent dritt kostituzzjonali – "le", it-trasport tal- massa – "le". Għandna partit min- naħa l-oħra li, minflok, ikun proattiv u jara x'jista' jagħmel, sar jgħid kollox "le". Fuq it-trasport tal-massa ukoll. Jien lili din tweġġagħni illi aħna min-naħa tagħna, il-poplu jaf fejn qegħdin, lesti npoġġu bilqiegħda mal-gvern għax nemmnu li t-trasport tal-massa huwa essenzjali. Ir-realtà hija li n-naħa l-oħra qas jafu xi jridu. Tiakar it tas-snin ilu, Ian Borg kien għamel propaganda, metrò lesta b'ma nafx kemm il- miljun propaganda. X'ġara minnha? Issa stess għandek Clyde Caruana jgħidlek li dan is-silly season, għandek il-Prim Ministru l-ewwel joħroġlok ammont imbagħad għax Clyde qal li silly season, Robert Abela ried li tgħaddi tiegħu hu, ħareġ numru ieħor ta' it iżjed minn €2 biljuni. Imbagħad Chris Bonett jaqbel magħna li għandna npoġġu bilqiegħda. Ħawwadni ħa nimek. Ian Borg ma nafux fejn spiċċa, wara dik il-propaganda kollha fuq il-metrò. Għandna gvern ukoll li bejniethom mhux qed jaqblu fuq dawn l-affarijiet. Il-baġit iddettah kollu Clyde Caruana għax dak kollu li ried Robert Abela mhux qiegħed fil-baġit. Kulma ried Clyde Caruana qiegħed fil-baġit. Fil-baġit kont attent li ma kkritikajtx il-miżuri fiskali. Imbagħad semmejt inti li hemm nuqqas ta' viżjoni. Għalfejn nuqqas ta' viżjoni? Fejnu tajjeb jien ngħidlu tajjeb. M'iniex nippretendi li l-ġid isir biss meta jkun hemm tali partit fil-gvern. Jien irrid ġid taħt kull amministrazzjoni. Fuq il-baġit, kien hemm miżuri pożittivi li aħna diġà għedna li huma pożittivi. Però fil- ħajja, il-flus mhux kollox. Huma importanti ħafna, imma l-kwalità tal-ħajja hija wkoll essenzjali. Jekk naraw fuq skala nazzjonali, liema huma l-akbar sfidi li għandna f 'pajjiżna, nindunaw li dan il-baġit ma indirzzax il-maġġoranza tal- isfidi f 'pajjiżna. Wara l-baġit, meta toħroġ mid-dar tiegħek u tmur għax-xogħol, għadek issib traffiku? Xħin tmur l-isptar, għadek issib kju l-emerġenza? Għadek issib mediċini out of stock? Jekk inti tmur tixtri s-supermarket, għadek tara prezzijiet tal-prodotti jogħlew ġimgħa wara l-oħra? Jekk tara pjan ħolistiku għall-iżvilupp, dan il-baġit indirizzah? Dawn huma r-realtajiet li rridu nindirizzaw. Hawn realtajiet f 'pajjiżna bħall-overpopulation, u allura rridu nirrealizzaw li l-baġit irid jara fit-tul. Inti ddikjarajt li ż-żieda fil-paga bħala l-Kap tal- Oppożizzjoni mhux se toħodha. Kien hemm min qal li din farsa. Risposta qasira għal din. Iva, dik jien se nagħtiha l-karità għax jiddispjaċini li l-politikanti mlaħħqin Malta ħadu żieda ta' 'l fuq minn €1,500 fis-sena mbagħad il-poplu hemm barra tawh €4.66. L-anzjani tagħna tawhom madwar €5, għax €4.66 mill-€10 huma tal- COLA li huma taxxabbli. Aħna l-politikanti mlaħħqa nieħdu €1,700 żieda. Aħna daqshekk qed inħossu l-għoli tal-ħajja aktar minn intervista IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 06 'Għandna l-OPM jhedded l-għaqdiet biex joħorġu F'dan l-episodju ta' Xtra, Saviour Balzan jintervista lill-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg fl-isfond tad- Deċiżjoni tal-Arbitraġġ ta' Stewards, il-four day week, l-abort u l-ewtanasja, fost suġġetti oħrajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 November 2025