MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 07 joħorġu stqarrijiet kontra l-Oppożizzjoni ' nies hemm barra? Jekk tgħidli hemmx bżonn bidla ħolistika fil- paga tal-politiċi u fil-kundizzjonijiet tal-politiċi, iva, hemm bżonn. Bidla fil-mod ta' kif jistrutturaw, però l-ewwel trid tindirizza r-realtajiet t'hemm barra. Inti tlajt fil-politika mhux biex tara kif se tiġi komdu int l-ewwel. L-ewwel naraw kif in-nies hemm barra inpoġġuhom f 'sitwazzjoni komda, imbagħad kif insolvu dawk il-problemi. Kien hemm proposta li writt ... il-kwistjoni li l-prinċipju tal-ambjent li jiġi inkluż fil- kostituzzjoni. Ma taħsibx li n-nies qed jistennew xi ħaġa iktar mingħandkom? Forsi impenn mill-PN li jkun aktar ċar fuq l-ambjent bħall-ODZ, u l-ħarsien tal-wirt kulturali? Qed issemmi affarijiet li diġà semmejt jien fil-passat. Jiena ili nitkellem illi jekk nitkellmu fuq riforma għandha tkun riforma ħolistika fl-ippjanar li tindirizza r-realtajiet u l-esiġenzi tal-lum. Jekk nitkellmu fuq il-pjanijiet lokali, ilhom ma jiġu reveduti mill-2006. Taħseb li l-iżvilupp baqa' l-istess fi 19-il sena? Għaliex il-gvern qed jibża' jagħmel din ir-riforma ħolistika u riforma vera li tindirizza r-realtajiet li tgħaqqad l-ambjent mal-iżvilupp. Pajjiżi barra minn xtutna, l-ambjent u l-iżvilupp jimxu flimkien. Hawnhekk inġellduhom. Jekk nitkellmu fuq il-private members' bill li ressaqna aħna, hija importanti, għaliex din hija xi ħaġa li 'l fuq minn 100 pajjiż diġà rrikonoxxieha. Anke l-Prim Ministru Robert Abela bħala gvern fl-2022 fil-laqgħa ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, kien ukoll irrikonoxxa li l-ambjent għandu jiġi ssalvagwardjat bħala dritt fundamentali tal-bniedem. Imbagħad xħin ġie hawnhekk ivvota kontriha. Aħna bħala partit ridna li l-ambjent nissalvagwardjawh bħala dritt uman. Imma l-gvern, fi stat ta' paniku, beda jbeżża', joħroġ li aħna b'din il-liġi ħa nxekklu b'xi mod id-delizzji. Ħa nxekklu b'xi mod il-festi ta' pajjiżna, il-kaċċa, l-insib, l-isports u l-marittimu. Taf xi jxekkel id-delizzji ta' pajjiżna? Illi ma jibqagħlekx post fl-ambjent fejn tista' tipprattika d-delizzjoni tiegħek, kif qed jagħmel il-gvern bħalissa. Jekk nissalvagwardjaw l-ambjent, il-poplu hemm barra iktar ikun jista' jipprattika d-delizzju tiegħu għax iktar ikollna ambjent għax l-ambjent ikun salvagwardjat fl-ogħla liġi ta' pajjiżna. Ħafna għaqdiet li jirrappreżentaw id-dilettanti ħarġu kontra din il-proposta. Dawn emmnu n-narrattiva tal- gvern. Għalfejn emmnu lilhom u mhux lilkom? Jien naf biċ-ċert li kien hemm diversi telefonati anke minn nies għolja fl-OPM li ċemplu diversi NGOs sabiex joħorġu stqarrijiet kontrina. Naf biċ-ċert li anke pereżempju meta kien hemm dik l-ispinta li pprova jdawwar il-gvern fuq tat-torrijiet, naf b'nies involuti fil-communications tal-OPM illi ċemplu għaqdiet u msieħba soċjali Għawdxin biex joħorġu stqarrija kontriha. Dik hija r-realtà fejn għandna l-OPM jhedded l-għaqdiet biex joħroġ stqarrijiet kontra l-Oppożizzjoni. Din hija d-demokrazija li ngħixu f 'pajjiżna? Kien hemm minnhom żgur ħarġu dawn l-istqarrijiet taħt theddida, għax naf biċ-ċert. Anke messaġġi fuq WhatsApp, fejn ministri stess jiktbu f 'dawn il-gruppi biex joħorġu stqarrijiet kontra l-Oppożizzjoni. Però meta jkun hemm l-ispinta li aħna ħa noħorġu kontra d-delizzji ... ħa ngħidlek, taf kemm-il darba semma d-delizzji l-gvern fil-baġit? Paragrafu wieħed. Dak huwa l-paladin tad-delizzji. Il-kwistjoni ta' Steward u d-deċiżjoni tal-Arbitraġġ. Lil min taħseb li qed jemmnu n-nies minn dawn il- verżjonijiet opposti? M'għandhom għalfejn jemmnu 'l ħadd. Kulm'għandhom jagħmlu, imorru l-isptar t'Għawdex, l-Isptar San Luqa, Karen Grech u jaraw li ħarġet mit-tribunal tal-arbitraġġ d-€900 miljun li l-gvern ta lil Stewards u Vitals, ġewx investiti f 'dawn it-tliet sptarijiet. Dak huwa ċ-ċertifikat. Jien mhux ħa nikkonvinċi lin-nies, inħeġġiġhom imorru u jaraw b'għajnejhom dawn il-miljuni li nefqu għand il-barrani fejn marru. It-Tnejn tal-ġimgħa l-oħra, il-gvern ħareġ jgħajjat "vittorja", il-Prim Ministru, Ministru għall-Ġustizzja. It-Tnejn toħroġ l-istqarrija tal-gvern. Il- Ġimgħa wara, pressjoni mill- Oppożizzjoni biex fattwalment toħroġ is-sentenza tat-tribunal, li meta ħarġet indunajna biċ-ċar li kienet bil-kontra ta' dak li qal it-Tnejn. Tgħid ukoll biċ-ċar li m'hemmx rebbieħ f 'dan il-każ. Talli f 'dawn is-sentenzi tat-tribunal, il- gvern qatt ma ħa miegħu lill-iżjed persuna biex tixhed li suppost kienu konxji ta' dawn il-konċessjonijiet, la tela' Konrad Mizzi, la tela' Chris Fearne, la telgħu s-segretarji parlamentari. Għaliex? Għax qed jibża' minnhom il-Prim Ministru? Qed jibża' li jitkellmu u jħammrulu wiċċu? X'ħareġ mill-eżitu ta' din is-sentenza tat-tribunal? Robert Abela kien ilu jgħid li hu ħa jitla' hemmhekk biex iġib sal-aħħar ċenteżmu lura. Taf x'ħareġ? Mhux talli ġab dan, talli issa l-gvern ħa jkollu jagħti €5 miljuni lil Stewards u Vitals, il-kumpanija falluta li ġiet likwidata. Kien hemm ukoll dak li 'l fuq minn €100 miljun li kien imdaħħal fis-side agreement tal- 2017 minn Konrad Mizzi bil-barka ta' Joseph Muscat u Keith Schembri, li saret minn wara dahar il-kabinett, issa almenu mhux ħa jkollna ntuhomlhom. Dik ħarġet mill- ewwel sentenza u t-tieni sentenza tal-appell t'Adrian Delia li ġabet kull kuntratt u kull side agreement null, kieku żgur kien ikollna nħallsuhom. Taf x'kienet l-unika difiża li użaw il- gvern fit-tribunal? L-€488 miljun li ħareġ mill-appell u l-ewwel sentenza t'Adrian Delia u l-PN, użawha bħala l-unika difiża. Imbagħad għax tilfu l-kawża weħħlu fih. Matul dawn l-aħħar snin, titkellmu fuq il-popolazzjoni u l-barranin. Is-sentiment fuq il-barranin qiegħed hemm. Mhux f'termini ta' razziżmu. Nisimgħu ħafna imma soluzzjonijiet xejn. Għandek xi soluzzjoni għaliha din? Li hu żgur hu li f 'dan is-suġġett tant delikat ma nistgħux inkunu popolisti. Faċli taqbad u tgħid, nitla' jien fil-gvern u nkeċċi 'l kulħadd 'il barra. Il-gvern ġab sistema dipendenti fuq l-importazzjoni tal-ħaddiema, b'setturi li huma dipendenti fuq il-barrani. X'tagħmel imbagħad? Toħroġ b'mod popolist? Irid ikun hemm ħsieb u strateġija. Dik li qed tonqos mill-gvern. M'hemmx direzzjoni ta' fejn irridu mmorru u ta' kif ħa nindirrizzaw il-lakuni li hemm fis- sistema. Għalhekk aħna bħala PN qed nesiġu li jkun hemm Labour Market Study, li almenu tieħu ritratt tal-mument kif inhu. Kemm hemm ħaddiema barranin, f 'liema setturi, liema setturi huma dipendenti mill-barrani u liema setturi nistgħu ninċentivaw lill-Maltin jidħlu fihom, kif ħa ninvestu infrastrutturalment biex l-infrastruttura ta' pajjiżna tkun tista tlaħħaq mad-domanda li hawn f 'pajjiżna. Li s-sitwazzjoni tibqa' kif inhi mhijiex sostenibbli, il-mudell tal-gvern PL li bdieh Joseph Muscat flimkien ma' Clyde Caruana, li dak iż-żmien kien imexxi l-aġenzija tax-xogħol, illum komplih Robert Abela mal-Ministru Clyde Caruana li jippompja l-flus. Ikun hemm referendum dwar l-abort b'maġġoranza favur l-abort, x'pożizzjoni tieħu? Aħna bħala partit ċari fuq din is-sitwazzjoni. Aħna favur il-ħajja mill-konċepiment sal-mewt. Favur li jkun hemm diskussjoni, mhux għax jien kontra ma niddiskutihiex, però l-PN huwa ċar fuqha. Allura ovvjament ma nistgħux inkunu kontra xi ħaġa li toqtol bniedem. Aħna rridu naraw li qabel kif nistgħu nużaw il-mezzi neċessarji kollha biex insalvaw il-ħajja, mhux biex noqtluha. Jekk ikun hemm kwistjoni fuq l-ewtanasja, tħalli vot liberu qalb id-deputati tiegħek? Dik ħaġ'oħra li kont ċara fuqha wkoll. Illi jiena nagħti l-vot liberu lid-deputati. Jien għandi esperjenza personali fuq missieri li dan meta rċieva d-dijanjosi tal-kanċer ingħata sitt xhur ħajja li fihom kien batut, u fl-aħħar ta' dawk is- sitt xhur, it-tabib offrielu li jagħmel operazzjoni Londra, għamilha u kif ġie lura hu għex sitt snin oħra. B'dik l-esperjenza jiena għandi xogħfa li ma nistax nivvota favur l-ewtanasja, però ma nistax nimponi fuq suġġett bħal dan. Nemmen wisq bid- deputati u ntihom il-libertà. Titkellem ħafna fuq is-saltna tad-dritt. Jekk il-Qorti Ewropea tordna li titwaqqaf attività partikolari bħall-insib, inti kieku tkun Prim Ministru tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea? Id-delizzji huma kruċjali u rridu nissalvagwardjawhom. Aħna għandna l-vantaġġ li l-PN fuq skala Ewropea għandu ħafna kredibilità, il-PL m'għandux kredibilità. Aħna bħala partit ħa nibqgħu mmorru fl- UE biex naraw kif ħa nġibu l-aħjar ehim għad-dilettanti tagħna sabiex jibqgħu jipprattikaw id- delizzju tagħhom b'mod sostenibbli mingħajr ebda xkiel. Jekk deputat, uffiċjal ta' partit, jew uffiċjal pubbliku għoli jkunu akkużati b'għemil kriminali, taqbel li jissospendu lilhom infushom? Trid tara s-severità tal-każ. Jiġifieri jekk qiegħed titkellem fuq sewqan eċċessiv jew fuq korruzzjoni? Fuq korruzzjoni nippretendi li l-ewwel u qabel kollox, id-deputat jirreżenja waħdu, però jekk fuq xi ħaġa minorenni li m'għandhiex x'taqsam mal-ħidma politika dik differenti. Jekk huma affarijiet serji, ovvjament tippretendi lid-deputat jirriżenja min jeddu. Żgur mhux ħa nħalli n-naħa l-oħra jattakkaw id-deputati tagħna b'mod frivolu kif ġara ma' Giovanna, bħalma ġara ta' Toni Bezzina, bħalma ġara ma' diversi deputati li użaw ċerti stejjer biex jippruvaw ikissru politikament lid- deputati tagħna. L-elezzjoni se tiġi ... taħseb li għandek ċans tirbaħ lil Robert Abela? Dik hija fil-libertà tal-poplu. Jiena għandi fiduċja li l-poplu ħa jagħmel l-aħjar deċiżjoni għal pajjiżu u għal Malta u Għawdex tagħna. U jekk ma tirbaħx wara l-ħidma kollha, tibqa' kap tal- PN? Jien ħa nagħmel mezz li dik il-mistoqsija ma jkollix għalfejn nirrispondiha għaliex għaddejjin b'ħidma sabiex eventwalment nirbħu l-elezzjoni ġenerali però mbagħad jiġri x'jiġri hemm l-istatut tal-partit illi għandek il-proċeduri kollha li jittieħdu li mbagħad ikollok tmur għall-konferma ta' kap. Jien ħa nara żgur li ma jkollix għalfejn nirrispondi din il-mistoqsija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 November 2025