Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt F tit huma dawk li jiftakru l-istorja tan-National Bank u wisq aktar dik tal-BICAL bank. Huma żewġ stejjer li l-gazzetta oħt MaltaToday kienet irrappurtat u rriċer- kat fl-2003 u l-2004. Imma l-ġrajjiet jeħduna lura għas-snin sebgħin, propja- ment fl-ewwel snin tal-Gvern Laburista tal-Perit Mintoff. Mintoff jibqa' mfakkar għar-riformi soċjali kbar imma għandu jibqa' mfakkar ukoll bħala persuna li farrak kull apprezzament għas-saltna tad- dritt, kattar il-vjolenza fiżika ma' nies madwaru, u ħares in-naħa l-oħra meta ministri tiegħu tħanżru. L-istorja meta tinkiteb ikollha bilfors tpinġi lil Mintoff bħala politiku awtoritarju u perikoluż. Din il-ġimgħa fil-Qorti ta' Malta, wara snin twal, il-Qorti kkonfermat li l-eredi ta' dawk li kellhom flushom fin-National Bank kellhom jingħataw kumpens ta' 'l fuq minn 70 miljun. Illum, fi storja qasira dwar in- National Bank, infakkru l-avvenimenti li wasslu biex in-National bank jingħalaq għax hekk ried Mintoff. Dawk verament kienu żminijiet differenti. Imma Mintoff kellu mibegħda vixxerali, kemm għall-azzjonisti tan- National Bank, kif ukoll għall-klijienti tal-Bank. Kienu infatti l-alta soċjetà ta' Malta u Għawdex. Kien iħares lejhom b'antipatija kbira u apparti li ried jeqridhom ried ukoll jinnazzjonalizza l-Banek. Kienu żminijiet diffiċli, il-PN u l-partiti ż-żgħar ma kellhomx vuċi, jew jekk kellhom kien minimu, il-media kienet bla saħħa u l-istat ekonomiku tal- pajjiż ma kienx li kien illum. Kien għad hemm il-faqar. Hawn min argumenta li Mintoff ried ikisser il-monopolji u jagħti lura s-soċjetà. U dan ma kienx ikun possibbli li kieku mexxa bis-sewwa. L-ebda raġuni ma tista' tiġġustifika l-mod kif mexxa. Kien illegali u awtoritarju. Wisq aktar interessanti li l-għajta tal- azzjonisti u kif ukoll dawk li kellhom il-flus ġiet injorata wkoll mill-Gvern Nazzjonalista li rnexxielu jitla' fil-gvern fl-1987. B'esponenti tal-PN kontra li jingħata xi forma ta' kumpens. Tant hu hekk, li l-mexxejja l-ġodda lanqas kellhom id-diċenza jirrikonoxxu din id-deċiżjoni. Iżda jekk kien hemm rilutanza u tkaxkir tas-saqajn mill-partiti politiċi u l-Gvernijiet li mexxew, x'jingħad għall- Qorti? Jekk hawn eżempju ċar ta' kif m'għandhiex taġixxi l-Qorti, il-każ tan- National bank huwa l-aħjar eżempju. Qatt ma jista' jiġi ġġustifikat li każ bħal dan idum għexieren ta' snin. Illum, l-azzjonisti tal-Bank u l-klijienti huma l-biċċa l-kbira mejtin, l-eredi tagħhom se jirċievu dak li huwa dritt tagħhom. Il-ġustizzja trid tidher li qed issir. F'dan il-każ mhux biss ma tidhirx li saret iżda damet biex titwettaq grazzi għall-attitudni tal-mexxejja politiċi tagħna u l-letarġija tal-Qrati tagħna. Xogħolna jibqa' li nfakkru l-istorja u l-fatti. Infakkru l-ħniżrijiet tal-Gvern ta' Mintoff

