MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

"Minn madwar l-Ewropa qed jibqgħu jaslulna rapporti allarmanti: minn indħil żejjed li jaffettwa l-indipendenza tal-istituzzjonijiet kulturali, minħabba liġijiet hekk imsejħa tal-moralità, saċ-ċensura jew l-intimidazzjoni tal-artisti, u saħansitra l-awtoċensura." opinjoni illum • IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 09 Kummissarju Ewropew għaż-Żgħażagħ, il-Kultura, l-Isport u l-Ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet GLENN MICALLEF K ull meta nieħdu sehem fil-kultura, inkunu qed ngħożżu l-libertà u naċċettaw id-dif- ferenzi. U kull fejn ikun hemm pajsaġġ kulturali varjat u b'saħħtu, il-populiżmu u l-estremiżmu ma jkollhomx fejn jaqbdu. Għax l-artisti Ewropej huma l-aktar vuċi b'saħħitha tad-demokrazija. Huwa għalhekk li qegħdin nippreżentaw il-Boxxla Kulturali għall-Ewropa, li ssostni mill-ġdid il-konvinzjoni li l-kultura hija l-ewwel linja ta' difiża tal-Ewropa. Minn madwar l-Ewropa qed jibqgħu jaslulna rapporti allarmanti: minn indħil żejjed li jaffettwa l-indipendenza tal- istituzzjonijiet kulturali, minħabba liġijiet hekk imsejħa tal-moralità, saċ-ċensura jew l-intimidazzjoni tal-artisti, u saħansitra l-awtoċensura. Bla dubju, dawn l-inċidenti ħaqqhom kundanna, u huma sejħa ċara għall-azzjoni. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea se tibda tippubblika perjodikament "Rapport dwar l-Istat tal-Kultura fl-UE". Dan ir-rapport se jipprovdi osservazzjonijiet dwar il-pajsaġġ kulturali Ewropew, waqt li jivvaluta l-progress li jkun sar fl-iżvilupp tal-ekosistema kulturali u kreattiva, inkluża enfasi speċifika fuq il- libertà artistika. Se nagħtu bidu wkoll għal djalogu strutturat fl-UE mal-istakeholders fl-oqsma tal-kultura u tal-kreattività biex niddiskutu r-Rapport dwar l-Istat tal-Kultura, kif ukoll il-progress li jkun sar biex jitwettqu l-miri ewlenin tal-Boxxla Kulturali. U sabiex ikollna Rapport dwar l-Istat tal-Kultura bbażat fuq l-evidenza, se nwaqqfu ċentru għad-data kulturali tal-UE, biex niġbru u nanalizzaw id-data kulturali, nosservaw ix-xejriet, u naqsmu l-aħjar prattiki bejnietna. Għax din nafuha: dak li jitkejjel, jittejjeb. Robert Schuman, wieħed mill- missirijiet fundaturi tal-Unjoni Ewropea, kiteb fil-kapulavur tiegħu "Pour l'Europe" (Għall-Ewropa), għexieren ta' snin ilu: "L-Ewropa, qabel ma ssir alleanza militari jew entità ekonomika, trid tkun komunità kulturali fl-aktar tifsira elevata tat-terminu." Illum il-ġurnata, fl-2025, 75 sena wara d-Dikjarazzjoni ta' Schuman, nemmen li wasal iż-żmien li nsarrfu l-viżjoni ta' Schuman f 'azzjoni, u li nqiegħdu l-kultura fil- qalba tat-tfassil tal-politika tal-UE. Il-Boxxla Kulturali għall-Ewropa timplimenta l-viżjoni ta' Schuman, u min-naħa tagħha hija bbażata fuq viżjoni ċara: "L-Ewropa għall- Kultura u l-Kultura għall-Ewropa." Tipponta lejn erba' direzzjonijiet kardinali, li jgħaqqdu l-kultura mal-futur tal-Ewropa. L-ewwel direzzjoni kardinali tiffoka fuq il-valuri Ewropej u d-drittijiet kulturali, biex il-kultura toħloq u tispira mingħajr fruntieri. It-tieni direzzjoni hija ċċentrata fuq li l-artisti u l-professjonisti kulturali jingħataw aktar saħħa u awtonomija, u li n-nies jingħataw l-appoġġ, sabiex il-kultura fl- Ewropa taħdem fl-interess tal-artisti tagħha. It-tielet direzzjoni tirrikorri għall-kultura u għall-wirt kulturali biex insiru aktar kompetittivi, reżiljenti u koeżivi, b'mod li s-setturi f 'dan il-qasam ikunu jistgħu joħorġu l-potenzjal tagħhom bħala muturi tal-innovazzjoni. Ir-raba' direzzjoni turi t-triq 'il quddiem biex nippromwovu r-relazzjonijiet u s-sħubijiet kulturali, għax il-kultura tgħaqqad lill-pajjiżi, lill-kontinenti u lin-nies. Il-Boxxla Kulturali turina dak li lill-Ewropa jżommha umana. Mill- atturi sal-periti, mill-mużiċisti sal- kuraturi tal-mużewijiet, mil-librara sal-pubblikaturi, huma n-nies li joħolqu l-kultura. Mingħajrhom, la jkollna arti u lanqas kultura. Huma s-sinsla tas-setturi kulturali tal-Ewropa, u huma dawn in-nies li jiġġeneraw madwar €199 biljun f 'valur miżjud għall-ekonomiji Ewropej tagħna. Hemm madwar 8 miljun ruħ li qed jikkontribwixxu għal dan is-settur, li jikkostitwixxi madwar 4% tal-forza tax-xogħol tal-UE. Biex dan jitqiegħed f 'perspettiva, dan huwa kważi l-għadd ta' ħaddiema full-time fis- settur agrikolu. Madankollu, is-settur kulturali qed iħabbat wiċċu mal-isfidi, u kważi nofs il-professjonisti f 'dan il-qasam qed jirrapportaw li għandhom kundizzjonijiet tax- xogħol ħżiena. Barra minn hekk, aktar minn żewġ terzi tal-artisti u l-professjonisti kulturali li sarilhom stħarriġ dan l-aħħar qalu li għandhom bżonn jagħmlu aktar minn xogħol wieħed biex ilaħħqu mal-ħajja. Dan irid jinbidel. Huwa għalhekk li, fil-Boxxla Kulturali għall-Ewropa, qed nipproponi wkoll Karta tal-UE għall-Artisti, li biha se nindikaw il-prinċipji fundamentali, gwida u impenji għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fis-setturi, u biex inżidu l-konformità u s-sens ta' responsabbiltà, b'mod partikolari minn dawk li jirċievu finanzjament tal-UE għall-kultura. Bix-xogħol kulturali wieħed għandu jkollu biżżejjed dħul biex jgħix, għax biċ-ċapċip biss ma tasal imkien. Dawk li jikkontribwixxu għall-ġid kulturali tal-Ewropa jistħoqqilhom id-dinjità. U finalment, l-artisti u l-professjonisti kulturali madwar l-Ewropa huma dawk li joħolqu sens komuni ta' appartenenza għall-Ewropa u ta' identità Ewropea: daqs disa' ċittadini Ewropej minn għaxra jgħidu li l-kultura u l-wirt kulturali huma essenzjali biex inħossuna aktar Ewropej. Għalhekk, għalija hija ċara: meta tirbaħ il-kultura, tirbaħ l-Ewropa. L-ewwel linja ta' difiża tal-Ewropa L-artisti Ewropej huma l-aktar vuċi b'saħħitha tad-demokrazija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 November 2025