Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555
13 arti u kultura IL-ĦADD 23 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-artista Maltija Nickie Sultana tniedi wirja ġdida fit-Teatru Salesjan Żewġ ħarġiet filateliċi ġodda għall-istaġun tal-festi Il-kollezzjoni l-ġdida hija mibnija fuq osservazzjonijiet ripetuti tal-iskyline tal-Belt Valletta L-artista Maltija Nickie Sultana se tniedi wirja personali bit-titlu Valletta Abstracted fit-Teatru Salesjan, Tas- Sliema, u se ddum għaddejja minn Novembru 2025 sa Jannar 2026. Il-ħinijiet tal-uħ huma mill-Ħadd sal-Ġimgħa mit-9 a.m. sat-3 p.m. u l-Ħadd mid-9 a.m. sas-1.p.m. Il-kollezzjoni l-ġdida hija mibnija fuq osservazzjonijiet ripetuti tal-iskyline tal-Belt Valletta. Sultana rrakkontat kif kienet terġa' lura "għal darb'oħra, għall- istess veduta, bħallikieku kienet ritornell f 'kanzunetta li ma nistax nieqaf immur lura." Hija ddeskriviet ix-xefaq bħala "dehbi, mifrux mid-dawl, imħeġġeġ mit- taħwil, jew jixgħel bin-nar ta' nżul ix- xemx" kif jidhru minn vjaġġi bil-baħar tidħol fil-port. Minflok ma tfittex preċiżjoni fotografika, Sultana tħaddan l-astrazzjoni u l-varjazzjoni biex tesplora l-perċezzjoni u l-memorja. "Ir-repetizzjoni ssir meditazzjoni fuq il-perċezzjoni, il- memorja u ż-żmien: djalogu bejn il- konsistenza u l-bidla," tikteb. Imwielda fl-1973, Sultana studjat kemm arti klassika, kif ukoll kontemporanja fl-akkademji Lorenzo de Medici u Leonardo da Vinci f 'Firenze. Mill-1995 'l hawn, organizzat għaxar wirjiet individwali u ħadet sehem f 'għadd ta' wirjiet kollettivi f 'Malta u barra minn Malta. Ix-xogħol tagħha jinsab f 'diversi kollezzjonijiet privati madwar id-dinja u huwa msemmi fl- International Dictionary of Artists Who Painted Malta. Biex tiċċelebra l-istaġun tal- festi, MaltaPost se toħroġ żewġ settijiet speċjali ta' bolol — wieħed li juri xbieha ferrieħa ta' Santa Klaws mad-disa' Renni ferrieħa tiegħu, u ieħor li juri xeni tradizzjonali tan-Natività f 'Betlehem. Il-Milied 2025 Il-ħarġa tal-Milied tikkonsisti f 'għaxar bolol, kull waħda b'denominazzjoni ta' €0.45ċ. Is- sett juri lil Santa Klaws u r-Renni tiegħu, li magħhom jivvjaġġa madwar id-dinja fuq slitta maġika. Flimkien, ixerrdu l-ferħ lin-nies madwar id-dinja kollha. Dawn l-illustrazzjonijiet ġew iddisinjati minn Fabio Agius. Dan is-sett se jinħareġ f 'folja ta' 10 bolol, b'kull bolla ta' daqs 35mm x 35mm, b'perforazzjoni ta' 14.3 x 14.3 u għandha watermark bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 203mm x 98mm u ġiet stampata minn Printex Limited bil-proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti f '300,000 bolla. In-Nattività 2025 F'Malta, il-Milied għandu post speċjali fl-arti u d-devozzjoni reliġjuża. Biex tiċċelebra dan l-avveniment annwali, MaltaPost se toħroġ sett ta' żewġ bolol li juru pitturi tal-post fejn twieled Ġesù Kristu. Dawn huma xogħol kreattiv tal-artist Għawdxi rinomat Pawlu Camilleri Cauchi. Il-pittura fil- bolla tal-€0.45ċ, li tinsab fil-Knisja Parrokkjali tal-Assunta fil-Qrendi, turi l-mument tal-wasla tar- ragħajja umli fl-istalla fejn sabu lil Marija u l-Ġużeppi flimkien ma' Ġesù Bambin ġewwa l-maxtura. Il-pittura l-oħra, fil-bolla tal- €1.50, turi ż-żjara tat-tliet Maġi mil-Lvant li ġew iggwidati mill- Istilla ta' Betlehem lejn il-post fejn twieled Ġesù. Din tinsab fil- Knisja Parrokkjali tas-Sacro Cuor f 'Tas-Sliema. Il-fotografija ta' Mark Micallef Perconte. Dan is-sett se jinħareġ f 'folja ta' għaxar bolol, b'kull bolla ta' daqs 31mm x 44mm, b'perforazzjoni ta' 14.1 x 14.2 u għandha watermark bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 180mm x 115mm u ġiet stampata minn Printex Limited bil-proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti f '50,000 bolla ta' denominazzjoni ta' €0.45ċ u 50,000 bolla ta' denominazzjoni ta' €1.50. Kemm il-ħarġa tal-Milied 2025, kif ukoll il-ħarġa tan-Natività 2025, ħarġu għall-bejgħ mill- Fergħat Postali f 'Malta u Għawdex minn nhar il-Ħamis 20 ta' Novembru 2025. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq www.maltaphilately.com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 — telefown 2596 1740 — email info@maltaphilately.com Żewġ settijiet speċjali ta' bolol — wieħed li juri xbieha ferrieħa ta' Santa Klaws mad-disa' Renni ferrieħa tiegħu, u ieħor li juri xeni tradizzjonali tan-Natività f 'Betlehem

