MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' NOVEMBRU 2025 40% ma jemmnux li l-partiti politiċi jistgħu jsolvu t-traffiku IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Fid-dawl ta' dawn l-ilmenti, il-gazzetta tkellmet direttament mal-Ministru għall-Edukazzjoni, Clifton Grima li ta l-istampa tiegħu dwar is-sitwazzjoni. Il-Ministru qal li bħalissa hemm sitt studenti full-time one-to-one li kellhom perjodi ta' nuqqas ta' LSE "minħabba ċirkustanzi operattivi", iżda enfasizza li "f 'dawn il-każijiet, l-iskejjel qatt ma jħallu lit-tfal waħedhom". Skontu, LSEs oħra ġew assenjati temporanjament biex jiżguraw li t-tfal vulnerabbli ma jibqgħux mingħajr appoġġ. Il-Ministru żied jgħid li l-proċess ta' ingaġġ ta' LSEs huwa kontinwu: il- call għadha miftuħa, l-interviews isiru regolarment, u xi drabi b'żewġ bordijiet simultanjament. "Sa din il-ġimgħa stess," qal, "ġie ppubblikat riżultat ta' sejħa uffiċjali li jfisser ingaġġ ta' LSEs ġodda." Dwar outings skolastiċi, il-Ministru spjega li studenti li jeħtieġu LSE jiġu akkumpanjati "dejjem u bilfors", u fejn LSE jkun marid jew assenti, tintbagħat persuna oħra fejn possibbli. Għal każijiet sensittivi, il-Ministeru jgħid li jingħata appoġġ addizzjonali lill-familji, bħal social stories jew żjarat ta' qabel. Interessanti hu, il-Ministru qal li mhuwiex infurmat b'każijiet fejn ġenituri ġew direttament mitluba biex ma jibagħtux lit-tfal l-iskola minħabba nuqqas ta' LSE, u saħaq li meta LSE full-time ma jkunx disponibbli, l-iskejjel għandhom id-dover jassenjaw alternattiva. Hu ammetta li jifhem it-tħassib tal- ġenituri u qal li l-Ministeru "se jibqa' kommess li jsaħħaħ ir-riżorsi u jżid il- komunikazzjoni mal-familji". Għalkemm il-Ministeru jippreżenta stampa li l-problema hija "kkontrollata", il-ġenituri qed isostnu li r-realtà fil-klassi hija iktar kumplessa: tfal li jitilfu sigħat sħaħ ta' tagħlim, familji li jridu jibqgħu lura mix-xogħol, u studenti vulnerabbli li jieqfu minn parteċipazzjoni għal nuqqas ta' sapport. Madankollu, il-kontradizzjoni bejn esperjenzi ta' kuljum fil-klassi u l-istampa li jippreżenta l-Ministeru tibqa' ċara. Filwaqt li fuq il-karta hemm proċessi, protokolli u impenn, fuq l-art hemm ġenituri li jħossu li għadhom qed jimlew vojt li m'għandhomx jimlew: vojt ta' komunikazzjoni, ta' konsistenza u ta' sens ta' ċertezza. U f 'din il-kwistjoni, m'hemmx lok għal żmien — għaliex kull ġurnata mingħajr appoġġ mhijiex statistika, iżda telf reali għal tfal li għandom dritt jikbru, jitgħallmu u jkunu inklużi bħal ħaddieħor. Il-konverżazzjoni issa tibqa' miftuħa bejn żewġ realtajiet li jridu jiltaqgħu: dik tal-familji li jaraw l-effetti kuljum, u dik tal-Ministru li jassigura li l-iskola tibqa' spazju sikur u inklużiv għall-istudenti kollha. Nuqqas ta' LSEs: bejn ir-realtajiet tal-ġenituri u l-ispjegazzjoni tal-Ministeru Meta LSE full-time ma jkunx disponibbli, l-iskejjel għandhom id-dover jassenjaw alternattiva IKOMPLI MINN PAĠNA 1 L-għoli tal-ħajja Fil-qasam tal-inflazzjoni, li hu marbut mal-livell tal- għejxien tal-poplu, il-PL jibqa' l-partit l-aktar fdat. 38.5% tal- poplu għandu fiduċja fil-PL, 21% jafda lill-PN, u 38% tal-poplu m'għandu fiduċja f 'ħadd. F'dan il-qasam il-PL qed jikseb l-ogħla fiduċja fost dawk li għandhom aktar minn 65 sena (46%). Interessanti l-fatt li 8% ta' dawk li beħsiebhom jivvutaw PN jafdaw iktar lill-PL f 'dan il- qasam. U fost dawk li beħsiebhom ma jivvutawx, 5% jafdaw lill-PN, waqt li 18% jafdaw lill-PL. Il- bqija (76%) ma jafdaw lil ħadd. It-traffiku Fuq it-traffiku, il-PL jiggwida biss b'2 punti perċentwali fuq il-PN. Madankollu, 40.7% tal- pubbliku m'għandu fiduċja f 'ħadd biex tiġi indirizzata din il- problema. L-isfiduċja hi l-ikbar fost dawk ta' bejn 36–50 sena u fost l-edukati għoljin. Fost dawk li beħsiebhom ma jivvutawx, 77.5% ma jafdaw lil ħadd, imma waqt li 15% jafdaw lill-PL, huma biss 6% li jafdaw lill-PN. L-ambjent Fuq l-ambjent, il-PL u l-PN qegħdin ras imb ras, bil-PL ftit fuq quddiem. 41% tal- parteċipanti ma jafdawx lill- partiti l-kbar. Dawn jinkludu 6%, li f 'dan il-qasam jafdaw lill-partiti ż-żgħar bħall-ADPD u Momentum, waqt li 35% ma jafdaw lil ħadd. Fost dawk b'edukazzjoni terzjarja, dawk li jafdaw lill- partiti ż-żgħar jiżdiedu għal 9%. Il-finanzi pubbliċi Huwa fil-qasam tal-finanzi pubbliċi li l-PL igawdi l-ogħla grad ta' fiduċja (50%) u l-ikbar vantaġġ fuq il-PN (29 punt). Anke fost dawk li beħsiebhom jivvutaw lill-PN, 15% jesprimu fiduċja fil-PL f 'dan il-qasam. Dan jindika li l-fiduċja f 'dan il-qasam ma tfissirx neċessarjament appoġġ elettorali. Madankollu, in-nuqqas ta' fiduċja fil-PN f 'dan il-qasam kruċjali jista' jservi ta' ostaklu biex dan il-partit javvanza fost dawk li llum beħsiebhom ma jivvutawx. Fost dawn, insibu biss 1.2% li jafdaw lill-PN waqt li 31% jafdaw lill-PL. Konklużjoni Fil-qosor, is-survey juri li l-PL għandu vantaġġ kbir f 'dak li għandu x'jaqsam mal-bread and butter issues u l-andament ekonomiku tal-pajjiż, iżda qed jaffaċċja nuqqas ta' fiduċja dwar il-mod kif qed jilqa' għall- isfidi maħluqa mill-mudell ekonomiku li ħoloq. Iżda minkejja dan, il-PN xorta jgawdi inqas fiduċja mill-PL f 'dawn l-oqsma. Fil-qasam tal-inflazzjoni, li hu marbut mal-livell tal-għejxien tal-poplu, il-PL jibqa' l-partit l-aktar fdat "39% tal- parteċipanti m'għandhom fiduċja f 'ħadd biex jindirizzaw l-isfida tat-tkabbir tal- popolazzjoni."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 November 2025