MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Erba' deputati mhux se jikkontestaw l-elezzjoni li jmiss Il-messaġġ ta' Alex Borg... fuq xiex jiffoka? JAELLE BORG Ix-xena politika f 'Malta qed tgħaddi minn wieħed mill- aktar mumenti ta' tiġdid li rajna f 'dawn l-aħħar snin hekk kif erba' membri parlamentari diġà ħabbru li mhux se jerġgħu jitolbu l-fiduċja tal-elettorat fl- elezzjoni ġenerali li ġejja. Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus ikkonferma li mhux se jerġa' jikkontesta. F'dikjarazzjoni pubblika, huwa qal li wara snin twal fil-politika xtaq jagħti prijorità akbar lill- familja tiegħu u jnaqqas mill- pressjoni li ġġib magħha ħajja pubblika intensa. Callus żied li xorta se jkompli jagħti sehem fil-partit. Id-deċiżjoni tiegħu ntlaqgħet bħala waħda li turi kemm il-politika tista' tkun ta' piż personali u kemm il-bilanċ bejn il-ħajja privata u l-ħidma ta' deputat ħafna drabi jkun kważi impossibbli. Claudette Buttigieg kienet oħra mid-deputati tal-PN li ħabbret li mhux se terġa' tikkontesta. Buttigieg kienet ċara li ma kellha l-ebda intenzjoni li tfittex kariga ta' tmexxija fil-partit u spjegat li waslet fi stadju fejn tixtieq tiffoka fuq direzzjonijiet ġodda fil-ħajja professjonali u personali tagħha. Il-preżenza tagħha fil- Parlament kienet għal ħafna assoċjata mal-ħidma fuq kwistjonijiet ta' ugwaljanza, kultura u governanza, u t-tluq tagħha jħalli vojt ta' figura magħrufa u rispettata. Il-grupp parlamentari tal-PN tilef ukoll lil Ivan J. Bartolo, li għal snin kien magħruf għall- proġetti edukattivi u komunitarji tiegħu. Id-deċiżjoni tiegħu li ma jerġax jikkontesta daħlet fil- kuntest tad-dikjarazzjoni ta' Buttigieg, li fiha ġie nnutat li anke Bartolo kien għażel li ma jibqax fil-politika elettorali. Għal ħafna osservaturi, it- tluq tiegħu huwa sinjal ieħor ta' kif il-PN jinsab fi triq li tista' twassal għal tiġdid u ripożizzjonament intern hekk kif toqrob l-elezzjoni. L-istess xenarju ta' tiġdid qed jolqot ukoll lill-gvern. Il- PL tilef deputat u eks ministru importanti meta Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar li mhux se jerġa' jikkontesta. Wara li serva bħala ministru responsabbli għall-fondi Ewropej, Zrinzo Azzopardi qal li xtaq jagħti aktar ħin lill- familja tiegħu u jerġa' jiffoka fuq il-professjoni tiegħu fil-qasam tal-liġi. Il-fatt li f 'qasir żmien kienu ħabbru t-tluq tagħhom erba' deputati minn żewġ partiti differenti qed jindika evoluzzjoni fil-politika lokali. Xi wħud jarawha bħala sinjal ta' pressjoni mentali u personali li tpoġġi l-ħajja parlamentari fuq pedestall impossibbli. Oħrajn iqisuha bħala opportunità għal tiġdid reali, fejn il-partiti jistgħu jippreżentaw kandidati ġodda b'enerġija u perspettivi differenti. Jibqa' l-fatt li d-dinja politika tinsab f 'mument ta' riflessjoni u li l-elezzjoni li jmiss mistennija tkun waħda li tfassal mill- ġdid il-mappa elettorali, anke minħabba l-uċuħ li mhux se jkun hemm. Hekk kif toqrob l-elezzjoni, l-attenzjoni issa ddur fuq kif iż-żewġ partiti se jimlew il- vojt li ħallew warajhom dawn id-deputati u jekk dan huwiex biss il-bidu ta' moviment usa' ta' tiġdid. Għalkemm Callus, Buttigieg, Bartolo u Zrinzo Azzopardi ppreżentaw id-deċiżjonijiet tagħhom bħala pass personali, mhux ftit huma dawk li jaraw f 'dan il-mument sinjal ta' tensjoni u għeja politika li ilha tinġarr għal żmien twil. Il-Parlament li jmiss x'aktarx ikun wieħed immarkat minn uċuħ ġodda u minn dinamika differenti, u l-elettorat jidħol f 'fażi fejn l-għażla tiegħu se tkun riflessjoni diretta ta' xewqa għal kapitlu politiku ġdid aktar milli kontinwazzjoni ta' dak li kien. Matul dawn l-aħħar xhur, erba' membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra kkonfermaw li mhux se jerġgħu jikkontestaw Mix-xellug: Stefan Zrinzo Azzopardi (PL), Ivan J. Bartolo (PN), Ryan Callus (PN) u Claudette Buttigieg (PN), ilkoll ħabbru li mhux se jikkontestaw l-elezzjoni li jmiss ILENIA DEBONO Il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kważi ta' kull ġimgħa qed imur fuq il-midja lokali b'xi proposta ġdida jew diskors partikolari. Il-ġimgħa li għaddiet, Borg żvela fuq il-programm Xtra li kien hemm motivazzjonijiet moħbija wara ċerti stqarrijiet li ħarġu kontra l-proposta tal-PN sabiex l-ambjent isir dritt kostituzzjonali. Però din ma kinitx l-unika ħaġa li żvela Borg fid-diskors tiegħu. Jekk wieħed iħares lil hinn mill-essenza tad-diskors u jħares lejn il-kontenut innifsu, wieħed jista' jara x'tip ta' politikant qed jipprova jippreżenta lilu nnifsu. Għal kontra tal-predeċessur tiegħu, Borg jaf kif juża d-diplomazija fi kliemu sabiex jirbaħ is- solidarjetà tan-nies. Riżultat ta' dan, numru kbir ta' żgħażagħ kif ukoll votanti li kienu indeċiżi qed iduru fuq il-PN ta' Borg bħala l-għażla tagħhom għall-elezzjoni li jmiss, li jaf tkun wara l-bieb. Fil-vokabularju tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, hemm lessiku li wieħed normalment jassoċjah iżjed mal-Partit Laburista, lessiku iżjed progressiv u tal- ħaddiema. Waqt il-programm ta' Xtra tal- ġimgħa l-oħra, Borg qal il-kelma "gvern" tal-inqas 34 darba sabiex jirreferi kemm għall-amministrazzjoni Laburista jew għall- istat b'mod ġenerali. Kelma oħra li ntqalet ħafna kienet "realta" jew "realtajiet" li ntqalu tal-inqas sitt darbiet f '40 minuta. Din kelma mhux ġdida għal Borg, li wieħed jista' jsibha wkoll fid-diskors ta' risposta għall-baġit. Borg qed jipprova jpenġi l-partit f 'idejh bħala partit li jirrikonoxxi u qed jaħdem sabiex jgħin lil Ċikku l-poplu bil-problemi ta' kuljum, pereżempju l-popolazzjoni li dejjem tikber u t-traffiku, li s s e m m e w biss darba filwaqt li l-kelma baġit intqalet għaxar darbiet. Fejn ikun hemm il-baġit, ikun hemm il- Ministru Clyde Caruana li Borg semmieh tal- inqas ħames darbiet b'ismu, filwaqt li l-Prim Ministru għamel referenza għalih bħala "il- Prim Ministru" tal-inqas sitt darbiet u bħala "Robert Abela" erba' darbiet oħra. Madankollu, Borg kompla juża buzzwords li kienu prevalenti fid- diskorsi preċedenti tiegħu bħal "poplu" li qalha mill-inqas ħames darbiet, u normalment ikollha "Malti u Għawdxi" jew "hemm barra" warajha. Fost il-kliem li jkomplu jappellaw għal dawk in-nies hemm barra li huma mxebbgħa jew imbeżżgħa mill- amministrazzjoni Laburista, Borg juża l-kelma "salvagwardja" tal-inqas ħames darbiet. It-tmexxija tal-Kap tal-Oppożizzjoni tirrivolvi mal-aspett żagħżugħ u n-nifs ġdid li ħa jġib lill-partit li tradizzjonalment huwa assoċjat ma' nies ta' etajiet akbar, madankollu "iż-żgħażagħ" issemmew mill- inqas tliet darbiet biss. Setturi li ngħataw prijorità f 'diskorsi passati bħas-solitudni, is- saħħa mentali u l-Intelliġenza Artifiċjali ma ssemmewx. L-unika darba li ssemmiet is-saħħa kienet fir-rigward tal-każ tal-konċessjoni tal- isptarijiet ta' Stewards, tema predominanti dik il-ġimgħa hekk kif ħarġet id-deċiżjoni tal-arbitraġġ tal-ICC fuq il-każ. Madankollu, Vitals u Stewards issemmew tal-inqas tliet darbiet. Borg qed jintegra wkoll vokabularju minn ta' Robert Abela f 'tiegħu bi kliem bħal "katalisti tal-bidla" sabiex jirreferi għaż- żgħażagħ u l-kelma ħolistika jew ħolistiku li qalhom tal-inqas ħames darbiet. Alex Borg jaf kif juża d-diplomazija fi kliemu sabiex jirbaħ is-solidarjetà tan-nies

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 November 2025