Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' NOVEMBRU 2025 Is-satira politika: libertà tal-espressjoni jew attakk? 'Il-qerda tal-gazzetti tfisser gwerra fuq id-demokrazija' Reazzjonijiet għall-karikatura tal-gazzetta ILLUM tal-ġimgħa l-oħra L-MP Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li l-gvern qed jagħmel ftit wisq biex jissalvagwardja l-gazzetti Maltin, fost spejjeż li qed jogħlew, qari li jonqos u sfidi li jheddu l-ġurnaliżmu bħala pedament tad-demokrazija L-Oppożizzjoni qed tisħaq li l-istat għandu jagħmel ħafna aktar biex isaħħaħ il-futur tal-gazzetti Maltin, hekk kif l-industrija qed taffaċċja xkiel dejjem jikber f 'era ta' diżinformazzjoni u qari li dejjem jonqos. Waqt id-diskussjoni tal-Budget 2026 għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-MP Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici wissa li l-gazzetti jibqgħu wieħed mill- it bastjuni reali kontra l-qerq u l-manipulazzjoni, anke jekk kultant "jirrabjaw lill-politiċi". "Il-verità hi li jekk il-gazzetti jmutu, tmut magħhom parti mid-demokrazija," insista l-MP. "Iva, iġġegħluna nwieġbu, iva, xi kultant idejquna … imma huma essenzjali." Mifsud Bonnici qal li l-problema laqgħet ukoll lil ġenerazzjonijiet iżgħar li qed jaqraw inqas b'mod ġenerali, fattur li qed jolqot direttament lill-gazzetti. "Persuni li ma jaqrawx, ma jiġux mgħammra biex jimu x'inhu għaddej madwarhom," sostna, u sejjaħ għal kampanja nazzjonali biex il-pajjiż jerġa' jkabbar il-kultura tal-qari fost it- tfal u l-adulti. Pressjoni finanzjarja u nuqqas ta' ħaddiema L-MP indika wkoll li l-industrija tal-istampa qed tħabbat wiċċha ma' spejjeż dejjem jogħlew, nuqqas ta' ħaddiema u settur li it qed iżomm żgħażagħ. "Għandna bżonn aktar nies li jagħżlu karriera fil-ġurnaliżmu, imma it jibqgħu għax is-settur diffiċli," qal. Hu argumenta li l-allokazzjoni ta' €500,000 għall-għajnuna lill-gazzetti hija "sempliċement insuffiċjenti", u talab lill-gvern biex jindirizza l-isfidi reali li qed iġorru l-kmamar tal-aħbarijiet. "Il-politiċi għandhom jagħmlu iktar biex jipproteġu l-ġurnaliżmu" F'intervent li wera wkoll il- vulnerabbiltà tad-demokrazija f 'pajjiż żgħir bħal Malta, Mifsud Bonnici qal li l-klassijiet politiċi għandhom ikunu l-ewwel li jimu l-valur tas-settur. "Dawk imħarrġa fl-arti tad-demokrazija għandhom jirrikonoxxu li l-ġurnaliżmu huwa servizz essenzjali. Aħna għandna d-dmir li nipproteġuh," qal, filwaqt li wissa li "d-demokrazija tista' tintilef faċilment". Il-messaġġ kien wieħed ċar: jekk il-gvern irid tassew jipproteġi lill- istituzzjonijiet, għandu jibda billi jsaħħaħ lil dawk li jarawhom kuljum — il- ġurnalisti. Carm Mifsud Bonnici wissa li l-gazzetti jibqgħu wieħed mill-ftit bastjuni reali kontra l-qerq u l-manipulazzjoni ILENIA DEBONO Kien hemm numru kbir ta' nies li kellhom reazzjoni estrema għall- karikatura u l-editorjal ta' din il-gazzetta tal-ġimgħa l-oħra li kien jittratta l-każ tan-National Bank u l-irwol li kellu l-Eks Prim Ministru Dom Mintoff fl-għeluq ta' dan il-bank. Fost dawn ir-reazzjonijiet kien hemm ta' ċertu ministru, deputati u esponenti Laburisti inkluż tal-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard u l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabli Roderick Galdes. Dawn, flimkien ma' numru ta' nies oħra, interpretaw l-editorjal u b'mod speċifiku l-karikatura bħala attakk li "jiddemonizza" lil Mintoff. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- kittieb u eks ġurnalist Teo Relijc fuq din il-kwistjoni, fejn qal li fl- opinjoni tiegħu dak li ntqal fuq il- karikatura mhuwiex attakk fuq il- libertà tal-espressjoni, imma xorta għandu effett kbir. "Wieħed irrid jikkonsidra l-piż kulturali li għandhom il-politikanti, u l-abiltà tagħhom li jinfluwenzaw l-opinjoni tan-nies," spjega Reljic. Hu qal li dan ma jfissirx li l-politikanti m'għandhomx jitkellmu fuq kwalunkwe kwistjoni imma għandhom jitkellmu b'ċerta attenzjoni għall-impatt li jista' jħalli l-kliem tagħhom u kif ipinġu ċerti sitwazzjonijiet. Lil hinn minn dan il-kuntest, Reljic qal li hemm diskussjoni wkoll fuq kif il-midja soċjali bidlet dan it-tip ta' diskors, hekk kif id- distinzjoni bejn post normali u stqarrija uffiċjali m'għadhiex ċara. Reljic imbagħad daħal fid- detall rigward x'jiġri meta s-satira politika – f 'dan il-każ il-karikatura ta' gazzetta – tiġi attakkata minn membri tal-Kabinett. Hu beda billi qal li wieħed irid jikkonsidra kif kull interazzjoni li seħħet f 'din il-kwistjoni jaqgħu taħt libertà tal-espressjoni. "Is-satirist tħalla jagħmel xogħlu u l-politikant tħalla jirrispondi." Minn aspett ta' mekkaniżmi legali, Reljic qal li għandu jkun hemm iżjed enfasi fuq il-"kotra diġitali" miż-żewġ naħat tal-ispettru politiku sabiex jew isikktu jew jeskalaw is-sitwazzjoni. Il-kittieb qal li għalhekk l-attenzjoni għandha tkun fuq li ħadd ma jipprova jsikket il-libertà tal-espressjoni ta' kwalunkwe naħa. Il-gazzetta tkellmet ukoll mal- ġurnalist veteran u xandar Peppi Azzopardi fuq il-biċċa li qal li ma jeżistix id-dritt tal-istampa mingħajr id-dritt li toffendi. Hu qal li kulħadd għandu d-dritt li joffendi, u kulħadd għandu d-dritt li jieħu l-offiża, bħal kif min għamel il-karikatura kellu d-dritt joffendi u kull min irreaġixxa kellu dritt jirrispondi. Azzopardi ta l-eżempju ta' meta ċerti nies fil-PL kienu qalu li Mintoff kien traditur u li kien hemm ħafna Mintoani li ħadu għalihom, "imma dik hi l-libertà tal-espressjoni." Għalhekk, Azzopardi kkonkluda li meta wieħed jiġi attakkat, m'għandu jiġri xejn ta' barra minn hawn, għax anke nies fil-kabinett għandhom id-dritt li jattakkaw karikatura, anke jekk għalih "l-attakk ikun patetiku. Jekk tieħu għalik minħabba karikatura, għandek problema serja." Meta l-eks editur tal-gazzetta L-Orizzont Frans Ghirxi ntalab jgħaddi kumment fuq il-karikatura, huwa rriuta u qal li mhux interessat jikkummenta. Peppi Azzopardi (fuq) u Teo Reljic jirreaġixxu għall-karikatura tal-gazzetta ILLUM tal-ġimgħa l-oħra

