Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541682
04 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 'Qegħdin nistudjaw l-aħjar strateġija għall- elezzjonijiet li jmiss,' jgħid Camilleri Gambin F' intervista mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Momentum, Mark Camilleri Gambin jgħid li l-partit qed iħejji għall-elezzjoni ġenerali li jmiss Iċ-ċifri juru li l-nisa issa jiffurmaw il-maġġoranza tal- istudenti full-time fl-Università ta' Malta ILENIA DEBONO F'intervista mal-gazzetta ILLUM, is-Segretarju Ġenerali tal-partit ġdid ċentrist Momentum Mark Camilleri Gambin qal li qed jevalwaw liema strateġija hija l-aħjar għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, kemm jekk tkun is-sena d-dieħla jew fl-2027. Fuq l-elezzjoni, is-Segretarju Ġenerali qal li l-elezzjonijiet ġenerali dejjem tħabbru fi żminijiet fejn il-partit fil-gvern ikun sejjer tajjeb fis-sondaġġi, għal kontra ta' dak li qal il-Prim Ministru li l-elezzjoni se tissejjaħ meta jkun fl-aħjar interess tal-pajjiż, filwaqt li neħħa kull dubju li l-elezzjoni se tissejjaħ f 'Marzu tal-2026. Hu qal li Momentum qed jaħdem sabiex jikseb il-fiduċja ta' dawk is-70,000 votant li essenzjalment jiddeċiedu min jirbaħ l-elezzjoni, li jissejħu floaters. Hu kompla jgħid li l-Momentum qed jistudja l-aħjar strateġija għall-elezzjonijiet, kemm jekk tissejjaħ 16-il xahar ieħor jew wara. Camilleri Gambin tkellem fuq diversi suġġetti differenti, inkluż l-irwol il-ġdid li għadu kif laħaq fil-Partit Demokratiku Ewropew bħala d-deputat Segretarju Ġenerali fi ħdan il-partit Ewropew. Hu qal li dan l-unur juri l-fiduċja tal-partit Ewropew fil-politika li qed tmexxi l-Momentum f 'Malta. "Għalhekk nemmen li bħala Maltin irid ikollna vuċi iktar b'saħħitha fuq livell Ewropew. Dan huwa li rrid nagħmel jien permezz ta' din il- kariga," qal Camilleri Gambin. Huwa tkellem ukoll fuq id-dehra tal-partit innifsu f 'Malta, fejn jiġi assoċjat ħafna d-drabi mal- fundatur tal-partit u l-kandidat għall-elezzjoni Ewroparlamentari tal-2024 Arnold Cassola li ilu attiv politikament fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Taljan għal għexieren ta' snin. Hu qal li l-partit ċentrist ħareġ mis-suċċess tal-kandidatura ta' Cassola fejn ġab mal-22,000 vot fl-aħħar għadd. "Minħabba f 'hekk, u l-konsistenza u perseveranza tiegħu, Arnold Cassola huwa figura popolari ma' ħafna Maltin, imma l-partit mhux Cassola biss, hemm nies oħrajn bħali li jgħinu u jieħdu sehem b'mod attiv favur politika onesta. Hemm ħafna oħrajn jgħinu minn wara l-kwinti wkoll," spjega Camilleri Gambin. Hu elabora u qal li l-membri tal- eżekuttiv, hu, flimkien ma' Arnold Cassola, Carmel Asciak, Sumaya Ben Saad, Katya Compagno, Natasha Azzopardi u Matthew Agius, kollha involuti fil-qasam tagħhom, jipparteċipaw fil-vision circles xi ħaġa unika għall-Partit Momentum, fil-formulazzjoni tal-proposti kif ukoll f 'attivitajiet pubbliċi, kemm diġitali u fiżiċi. Camilleri Gambin tkellem ukoll fuq is-sondaġġi, speċifikament fuq dawk tal-gazzetta oħt, MaltaToday. Hu qal li dawn huma indikazzjoni importanti ħafna sabiex juru x-xejra tan-nies. Meta mistoqsi rigward il-fatt li l-fiduċja tan-nies fil-partit Momentum qed tonqos ma' kull sondaġġ — 1.2% f 'Novembru, 2% f 'Ottubru u 3.1% f 'Ġunju — hu qal li wieħed irrid iżomm f 'moħħu lil Momentum ilu partit biss għal għaxar xhur u jikkompeti ma' "tliet partiti stabbiliti". Camilleri Gambin inkluda l-ADPD mal- partiti stabbiliti li skont l-istess sondaġġi l-fiduċja tan-nies fihom qed tiżdied ma' kull sondaġġ — 1.6% f 'Ġunju, 2.4% f 'Ottubru u 4.1% f 'Novembru. "L-għan tagħna hu li nibnu partit sod u kredibbli li joffri politika onesta u ġusta għall- elettorat," għalaq is-Segretarju Ġenerali fuq dan is-suġġett. Suġġett ieħor li ssemma kien il-baġit, fejn hu beda billi qal "Issa drajna l-aħir tal-aħjar fl-Ewropa sena wara sena. Retorika politika." Huwa qal li dan huwa l-akbar baġit f 'termini ta' GDP imma mhuwiex baġit li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies bħall-għoli tal-ħajja u l-problemi attwali bħat-trasport. Huwa għamel referenza għall- proposti li għamlu Momentum, inkluż żieda fil-minimum wage, riformi biex il-proprjetà ssir aktar aċċessibbli għaż-żgħażagħ, aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, tax-credit għal dawk li jagħmlu xogħol volontarju, jintrefgħu l-bolol li jkunu ħallsu ż-żgħażagħ bejn is-16 u t-18-il sena, incentivi għal kumpaniji li huma tax-compliant, u miżuri oħra biex il-mudell ekonomiku jitbiddel minn wieħed ibbażat fuq numri għal wieħed li jsaħħaħ it- talent Malti u ekonomija nadifa u trasparenti. Fl-aħħar, Camilleri Gambin indirizza l-problema tat-trasport pubbliku f 'Malta fejn qal li metrò 20 sena oħra jista' jkollna jekk l-esperti jlestu l-istudji. "Il-metrò jista' jkun idea fit-tul, iżda llum Malta teħtieġ soluzzjonijiet prattiċi u immedjati, mhux proġetti ta' għexieren ta' snin. Ippropona li nżidu l-karozzi tal-linja u ninvestu f 'bus shelters moderni b'kenn xieraq, informazzjoni live, rampi għall-aċċessibbiltà u bins biex jinżamm l-ispazju nadif. Mark Camilleri Gambin qal li wieħed irrid iżomm f 'moħħu li Momentum ilu partit biss għal għaxar xhur JAELLE BORG Il-parteċipazzjoni ta' nisa fl- edukazzjoni terzjarja tinsab fuq livell rekord, hekk kif 61.01% tal- istudenti full-time fl-Università ta' Malta huma nisa — ħafna aktar mill-persentaġġ ta' 38.84% ta' studenti rġiel. Dan irriżulta minn risposta parlamentari tal-Ministru għall-Edukazzjoni Clion Grima lil Chris Said. Iċ-ċifra turi bidla ċara fil- mentalità soċjali: l-edukazzjoni għolja mhix aktar meqjusa bħala dominju maskili, u li n-nisa qed jieħdu sehem dejjem aktar fit- tfassil tal-professjonijiet u tal-ħajja pubblika. Barra minn hekk, 0.15% tal-istudenti identifikaw ruħhom taħt il-kategorija "X", indikazzjoni oħra ta' università li qed issir aktar inklużiva u rappreżentattiva tad- diversità. Dawn iċ-ċifri jagħtu stampa ta' università li qed tattira numru dejjem akbar ta' nisa li jagħżlu li jkomplu jistudjaw u jfittxu kwalifiki terzjarji — fattur li jista' jkollu impatt fuq il-forza tax-xogħol u fuq ir- rappreżentanza tan-nisa f 'karrieri professjonali fis-snin li ġejjin. Għalkemm id-data ppubblikata ma tistax tintuża għal paragun dirett bejn il-fakultajiet, l-istampa ġenerali tibqa' waħda konsistenti: aktar nisa qed jagħmlu l-pass lejn edukazzjoni ogħla u lejn karrieri professjonali li jirrikjedu kwalifiki universitarji. Dan huwa riflessjoni, mhux biss tal-għażliet individwali, iżda wkoll tal-bidliet soċjali globali li qed iħeġġu aktar nisa biex jisfruttaw opportunitajiet li għal snin twal kienu rari jew limitati. Huma jżidu li l-isfida li jmiss hi li l-parteċipazzjoni femminili għolja fl-università twassal għal rappreżentanza bilanċjata f 'postijiet ta' tmexxija u professjonijiet ta' influwenza. Aktar nisa minn irġiel fl-Università ta' Malta 61.01% tal-istudenti full-time fl-Università ta' Malta huma nisa

