Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541682
IL-ĦADD 30 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Agħżel il-bidla u fittex l-għajnuna. Ġieli użajt kliem iebes jew il-vjolenza? Tista' tagħmel l-ewwel pass. Meta nitkellmu dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza do- mestika, ta' spiss inħeġġu lill-vittmi sabiex jieħdu l-inizjattiva u jfittxu l-għajnuna professjonali. Filwaqt li dan huwa essenzjali sabiex il-vitt- ma tieħu lura kontroll fuq il-ħajja tagħha stess, daqstant ieħor huwa kruċjali li min iwettaq l-abbuż jieħu l-inizjattiva li jfittex servizzi professjonali sabiex ikisser iċ-ċiklu vizzjuz tal-abbuż. Qabelxejn, wieħed irid jintebaħ bl-imġiba tiegħu. Meta nweġġgħu lil xi ħadd, inħossu diversi emozz- jonijiet u forsi nitħawdu biex nifhmu dak li qed inħossu. Ħafna drabi, dak li jkun, iħoss emozzjoni- jiet ta' rimors, biża', mistħija, kilba għall-poter u l-kontroll u ġieli tant kemm l-individwu jinqabad f 'dan iċ-ċiklu li jsibha diffiċli biex jem- men li qed jaġixxi b'mod abbużiv jew vjolenti. Għalhekk, l-ewwel pass li wieħed irid jagħmel hu li jirrikonoxxi kif l-imġiba tiegħu qed taffettwa lil ta' madwaru u jametti li l-imġiba abbużiva qed tweġġa' lil dawk qrib tiegħu mingħajr ma jintilef fi spjegazzjonijiet li jipprovaw jiġġustifikaw l-abbuż. L-abbuż m'huwa qatt aċċettabbli u ġusti- fikat. Wieħed għandu jinduna li l-abbuż u l-vjolenza jħallu impatti sinifikanti fuq il-vittma u l-ulied, speċjalment effetti psikoloġiċi li jxejnu d-dinjità u t-tama għal futur aħjar. Infatti, dawk it-tfal li jkunu vittmi tal-vjolenza domestika, anke jekk ikunu preżenti fl-istess dar fejn hemm l-abbuż, jinsabu f 'riskju akbar li jisfaw vittmi jew aggressuri tal-istess vjolenza. Iżjed kemm il-persuna tagħmel introspezzjoni u tirrifletti dwar l-imġiba tagħha, iżjed hemm ċans li tinduna li l-bidla fl-imġiba hija parti mill-formazzjoni ta' karattru li jirrispetta d-dinjità u d-drittijiet ta' dawk madwaru. Huwa għalhekk li permezz tal-kampanja, 'Għandna Ħolma: Futur Mingħajr Vjolenza', il-Kum- missjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domes- tika u s-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Rifomi qegħ- din jagħmlu enfasi dwar il-ħtieġa li min għandu imġiba abbużiva jieqaf u jaħseb dwar għemilu. B'hekk ikun jista' jibda l-proċess sa- biex il-persuna tersaq viċin servizzi professjonali li jgħinu sabiex tibda tħares lejn ta' madwarek minn lenti li tagħti valur u apprezzament lejn ir-rispett, is-sigurtà u r-responsab- biltà. Fit-tnedija ta' din il-kam- panja, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Onor. Rebecca Buttigieg, tenniet li l-ħidma li tindirizza l-vjolenza domestika ma tibdiex u lanqas tispiċċa mat-tmiem ta' din il-kam- panja. Il-ħidma trid tissokta s-sena kollha tant li diġà ġew implimen- tati kważi 30% tat-tielet strateġija nazzjonali kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. Filwaqt li l-ebda pajjiż ma jista' jgħid li huwa ħieles mill-vjolenza domestika, bil-ħidma kontinwa ta' bosta entitajiet sar progress notevoli fis-soċjetà tagħna biex il-pjaga tal-vjolenza domestika tkun indirizzata. Meta wieħed jemmen li l-bidla fih innifsu hija possibli, jkun jista' jimraħ u jiżviluppa ħiliet diversi li jbiddlu twemmin jew azzjoni- jiet li jagħmlu l-ħsara fi stabbiltà emozzjonali u titjib fir-relazzjoni- jiet ma' dawk qrib, speċjalment f 'relazzjonijiet intimi. Għalkemm dan il-pass jaf jinħass wieħed intimidanti u forsi ta' qtiegħ ta' qalb, is-servizzi profess- jonali jagħmlu ċert li joffru l-ap- poġġ kollu meħtieġ sabiex l-imġi- ba abbużiva titrasforma f 'imġiba responsabbli permezz ta' terapija u edukazzjoni dwar kif wieħed jista' jegħleb imġiba problem- atika u jerfa' responsabbiltà billi jaħdem fuqu innifsu flimkien ma' esperti fil-qasam. L-isterjotipi tal-ġeneru jkomplu jqawwu l-abbuż u l-vjolenza billi jiddettaw wieħed kif għandu jġib ruħu sepliċitament għax hu ta' dak it-tali ġeneru. Waqt it-terapija, nindunaw kemm is-soċjetà taf- fettwa l-imġiba tagħna u nirreal- izzaw li għalkemm ilkoll ninsabu suxxettibbli għal dawn in-normi, ilkoll għandna l-kontroll u d-dmir li nagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin. Is-servizz 'STOP! The Violence & Abuse' huwa programm speċ- jalizzat, immexxi mill-Aġenzija Appoġġ, għal min iwettaq l-abbuż u l-professjonisti li jaħdmu f 'dan is-servizz jgħinu sabiex il-proċess ta' tibdil fl-imġiba jsir b'mod li l-persuna tagħraf l-iżbalji tagħha u tingħata kuraġġ sabiex taħdem fuq l-emozzjonijiet tagħha u tikseb atitudni u imġiba pożittiva. Dan is- servizz jagħti wkoll lok sabiex dak li jkun jespri- mi ħsibijietu u l-emozzjonijiet li jkun qed iħoss b'mod sikur u jirċievi gwida dwar kif jesprimi lilu nnifsu ma' ta' madwaru filwaqt li jtejjeb il-ħiliet għal-relazzjonijiet mibnija fuq ir-rispett u l-komuni- kazzjoni. Min iwettaq il-vjolenza domes- tika jkun irid il-kontroll, ikollu insikurezza, isibha diffiċli jirregola l-emozzjonijiet tiegħu, u jista' jkun li jkun għadda minn esperjenzi abbużivi hu stess u ma jafx aħjar. Xi wħud abbli ma jirrikonoxxux il-ħsara li l-vjolenza domestika kapaċi tagħmel, anke sempliċi- ment b'kelma mhux flokha waqt xi argument. Biss però, il-vjolenza do- mestika tibqa' abbuż u reat, tkun xi tkun is-sitwazzjoni jew ir-raġuni, u l-effetti tagħha jbatuhom il-vittmi, inkluż it-tfal. Kulħadd għandu dritt li jgħix b'mod sikur mingħajr vjolenza u dan hu propju l-messaġġ tal-kampanja 'Għandna Ħolma: Futur Mingħajr Vjolenza' li qed issir għas-16-il Jum ta' Attiv- iżmu kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru bl-iskop li tagħti widen u tipproteġi lill-persuni li għad- dejjin minn esperjenzi ta' vjolenza domestika, inkluż it-tfal, filwaqt li tisħaq li sabiex tassew niġġieldu kontra l-vjolenza domestika, mhux biss il-vittma għandha tfittex l-għajnuna iżda wkoll min jikkom- metti l-abbuż. Li tifttex għajnuna mhijiex dgħufi- ja iżda responsabbiltà. Agħmel kuntatt mas-Servizz STOP! The Violence and Abuse fuq 22959000 jew żur is-sit https:// stopviolence.gov.mt/stop-the-vio- lence-and-abuse-service/ għal aktar informazzjoni. DIN HIJA KOLLABORAZZJONI BI ĦLAS

