Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541682
02 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Camilleri: 'Irridu nkunu ġusti, imma iebsa' Aktar minn 850,000 annimal fi rziezet Maltin Il-biedja tal-annimali tibqa' qasam strateġiku fil-provvista tal-ikel f'Malta, minkejja sfidi ekonomici u ambjentali JAELLE BORG L-industrija tal-biedja tal- annimali f 'Malta għadha pilastru importanti tal- ekonomija rurali u tal- provvista tal-ikel lokali, hekk kif mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li fl-2024 kien hemm mijiet ta' eluf ta' annimali mrawma f 'pajjiżna. Ir-rapport jindika li s-sena li għaddiet kien hemm 5,818-il baqra tal-ħalib, 4,863 mogħża tal-ħalib li diġà welldu u 37,214- il ħanżir fl-irziezet Maltin. Dawn iċ-ċifri jenfasizzaw kemm għadha b'saħħitha l-produzzjoni tal-ħalib u tal-laħam, anke f 'kuntest ta' sfidi ekonomiċi u ambjentali li qed jaffettwaw lill- bdiewa. Fl-istess waqt, iċ-ċifri tal- 2023 dwar is-settur tat-tajr juru 815,293 tiġieġa, inklużi dawk għall-produzzjoni tal-bajd u broilers għal-laħam — numru li jmur ferm lil hinn mis-setturi l-oħra u li juri biċ-ċar kemm it-tiġieġ huma essenzjali għall- awtosuffiċjenza tal-pajjiż fil- proteina tal-annimali. Il-bar chart turi kif in-numri ta' annimali jvarjaw bejn il- kategoriji differenti: Setturi taħt pressjoni iżda vitali għall-pajjiż Għalkemm dawn iċ-ċifri jippreżentaw stampa ta' settur li għadu attiv u produttiv, il- futur tal-biedja tal-annimali f 'Malta mhix waħda mingħajr sfidi. L-għoli tal-għalf u tal-enerġija, in-nuqqas ta' ġenerazzjoni żagħżugħa li tieħu f 'idejha l-biedja, flimkien ma' regolamenti aktar stretti dwar l-impatti ambjentali, qed ipoġġu pressjoni kontinwa fuq is-settur. Madankollu, il-bdiewa Maltin jibqgħu kruċjali għall-katina tal-ikel, b'ħalib frisk u prodotti tal-majjal li jagħmlu parti mill-kultura kulinarja tagħna ta' kuljum. Il-produzzjoni tal- bajd u tal-laħam tat-tiġieġ tibqa' indispensabbli, b'dawn il- prodotti li jiffurmaw sehem kbir mid-dieta tal-familji Maltin u Għawdxin. Minbarra l-valur ekonomiku tagħha, il-biedja tal-annimali hija wkoll parti mill-identità u t-tradizzjonijiet agrikoli tagħna. Minkejja t-theddid u l-kompetizzjoni minn prodotti barranin, dawn iċ-ċifri juru li rziezet Maltin għadhom determinati biex iżommu l-produzzjoni lokali ħajja, sostenibbli u fuq l-istess livell ta' kwalità li jistennew il- konsumaturi. 815,293 5,818 37,214 4,863 Mogħoz tal- ħalib Ħnieżer Baqar tal-ħalib Tiġieġ Numru ta' annimali fl-irziezet Maltin IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, li mexxa d-disa' laqgħa tal-grupp, qal li f 'dawn l-aħħar snin Malta bidlet l-approċċ tagħha għall- migrazzjoni b'mod radikali: "Illum għandna politika ġusta, iżda iebsa. Fejn talba għall-ażil ma tkunx ġenwina, ir-risposta tagħna trid tkun ċara: ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġini." Camilleri fakkar li fl-2019 Malta kienet ġiet iddikjarata bħala pajjiż taħt pressjoni kbira fuq ir-riżorsi ta' akkoljenza. Iżda r-riformi fl-aħħar snin wasslu għal titjib qawwi. "Minn rata ta' ritorn ta' 2% biss, qbiżna t-80%. Minn kull erbgħa li jaslu, tlieta jiġu rritornati lura," sostna. Hu qal li dan ir-riżultat ġej minn sistema aktar effiċjenti ta' evalwazzjoni tat-talbiet u kooperazzjoni msaħħa mal- pajjiżi tal-oriġini: "Pajjiżi sħab għandhom obbligu jieħdu ċ-ċittadini tagħhom lura. L-Ewropa trid tkun iebsa ma' min jirrifjuta dan." Il-Ministru semma wkoll l-ewwel Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni tal- Mig razzj oni t a l-Kummissj oni Ewropea, ippubblikat dan ix- xahar. Dan ir-rapport jidentifika lill-Greċja, Spanja, l-Italja u Ċipru bħala pajjiżi taħt pressjoni u eliġibbli għal mekkaniżmu ta' solidarjetà. "Malta, minħabba t-tnaqqis qawwi fil-wasliet, m'għadhiex ikklassifikata bħala pajjiż taħt pressjoni," qal Camilleri, waqt li tenna li dan ma jnaqqasx il- ħtieġa għal solidarjetà Ewropea: "Il-piż ma jistax jinġarr minn ftit pajjiżi biss." Fl-intervent tiegħu, il- Ministru Taljan Matteo Piantedosi enfasizza li l-pajjiżi Mediterranji ma jistgħux jibqgħu waħedhom jerfgħu l-piż tal-irregolarità fil-wasliet. Sostna li x-xhur li ġejjin se jkunu determinanti, speċjalment fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi sabiex jitjiebu l-proċessi ta' ritorn u ftehimiet għall- migrazzjoni legali, li skontu huma essenzjali biex jonqsu l-flussi irregolari. Piantedosi qal li l-MED5 dejjem ippressaw lill- UE biex il-politika ma tibqax ibbażata biss fuq reazzjoni ta' emerġenza, iżda fuq prevenzjoni u pjanar fit-tul. Il-Ministru Grieg Thanos Plevris, li wkoll indirizza l-laqgħa, fakkar li l-Greċja għaddiet minn snin ta' pressjoni kontinwa fuq il-fruntieri tagħha u għalhekk taf sew il- piż ekonomiku u soċjali tal- migrazzjoni. Hu spjega kif liġi ġdida li ddaħħlet reċentement – li tikkriminalizza ż-żamma illegali fil-pajjiż – diġà għenet biex tnaqqas il-wasliet bi 40 sa 50 fil-mija matul l-aħħar tliet xhur. Madankollu wissa li l-Patt il-ġdid se jġib miegħu skadenzi aktar stretti u responsabbiltajiet operattivi ikbar għall-pajjiżi ta' quddiem. "Il-protezzjoni tal-fruntieri hija kruċjali," qal Kairidis, "iżda ma nistgħux nindirizzaw dan kollu mingħajr solidarjetà reali minn sħabna fl- UE." Il-pożizzjonijiet ta' Spanja u Ċipru marru fl-istess direzzjoni. Iż-żewġ ministri saħqu li l-bilanċ bejn solidarjetà u responsabbiltà — prinċipju ċentrali tal-Patt — irid jibqa' rispettat b'mod sħiħ. Huma enfasizzaw li l-Unjoni Ewropea għandha tassigura li l-Istati l-aktar esposti jirċievu l-għajnuna meħtieġa fil-ħin, biex il-proċess ta' ritorn ikun effiċjenti u li l-oneru fuq is- servizzi ta' akkoljenza ma jerġax jiżdied. Il-Kummissarju Ewropew għall-Intern Magnus Brunner, preżenti għall-laqgħa, qal li l-Patt il-ġdid tal-Migrazzjoni u l-Ażil mistenni jidħol fis- seħħ f 'Ġunju 2026, u li l-għan tiegħu hu li "jiġi evitat abbuż u jiġi kkontrollat min jidħol fl- UE". "Irridu ngħinu lil min verament għandu bżonn" Fl-aħħar tal-laqgħa, Camilleri reġa' saħħaħ il-messaġġ Malti. "Aħna rridu ngħinu lil min verament għandu bżonn il- protezzjoni," qal. "Imma jekk xi ħadd jabbuża mis-sistema, irridu nkunu iebsa u jintbagħat lura." Il-MED5 issa qed iħarsu lejn il-Kunsill tal-Affarijiet Interni ta' Diċembru, fejn mistennija jkomplu jimbuttaw biex ir- realtà tal-Mediterran tibqa' fiċ- ċentru tad-deċiżjoni Ewropea. Mix-xellug: Henrik Ankerstjerne (Danimarka), Fernando Grande-Marlaska (Spanja), Matteo Piantedosi (Italja), Byron Camillleri, il-Kummisarju Magnus Brunner, Nicholas A. Ioannides (Ċipru), u Thanos Plevris (Greċja)

