Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836
02 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Perit favorit tal-gvern jirbaħ it-tender għall-masterplan ta' Triq il-Merkanti ILENIA DEBONO Il-Perit rinomat Frank Muscat ingħata t-tender mill-Awtorità tal-Artijiet għas-servizz ta' konsultazzjoni sabiex jiġi mfassal masterplan għall-allokazzjoni ta' żoni għall-istabbilimenti tal- catering fi Triq il-Merkanti l-Belt u t-toroq tal-inħawi. Muscat u l-kumpanija tiegħu Doric Studio mhumiex aljeni għal tenders mill-gvern, speċjalment f 'Għawdex fejn taħt il-ministeru responsabbli fi żmien Justyne Caruana irċieva tal-inqas ħames proġetti f 'Għawdex (wieħed jinkludi Kemmuna). Muscat f 'isem il-kumpanija tiegħu u fi sħab ma' kumpanija oħra Camray Company Ltd kienu ngħataw ukoll kuntratt ta' €9.9 miljun għal kostruzzjoni ta' ward ġdida fl-isptar Monte Carmeli fl-2024. Il-baġit għat-tender tal- Masterplan tal-Belt kien €125,000 eskluż il-VAT, filwaqt li l-offerta ta' Muscat kienet €24,000. Inkluż Muscat innifsu, kien hemm 12-il offerta għal dan it-tender, bl-ogħla offerta kienet ta' €115,000. Din il-gazzetta bagħtet numru ta' mistoqsijiet lill-Awtorità tal- Artijiet, li hi responsabbli għall-permessi li jingħataw għall- imwejjed u s-siġġijiet fit- toroq tal-Belt kif ukoll ħarġet it-talba għal dan it-tender, għal ċifri fuq il-ksur ta' liġijiet mingħand stabbilimenti bl- imwejjed u s-siġġijiet barra u sinjal ta' fejn wasal il-masterplan li qiegħed f 'idejn Muscat. L-Awtorità tal-Artijiet ma tatx ċifri, qalet biss li dawk li jinstabu li mhux qed jimxu skont il-permess jingħataw twissija verbali, u mat-tieni darba tieħu "azzjoni oħra", bla ebda spjegazzjoni. Rigward il-masterplan, il- kelliem għall-awtorità qal li bħalissa dan qiegħed jiġi mfassal sabiex jiġu sottomessi l-pjanijiet finali lill-Awtorità tal-Ippjanar f 'applikazzjoni għal permess tal- iżvilupp. "Dan se jistabbilixxi l-konfini b'mod ċar li se jgħinu l-entitajiet tal-infurzar ikkonċernati jagħmlu xogħolhom aħjar." L-Eks Sindku tal-Belt mill-2009 sal-2018 u professur fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali Alexiei Dingli qal li l-imwejjed ilhom fit-triq mill-2009 żgur, imma ma kinitx daqshekk gravi. "Dak iż-żmien is-sitwazzjoni kienet iżjed kontrollabbli," qal Dingli. Hu qal li s-soluzzjoni hija żgur mhux forzi l-infurzar, li dak iż-żmien id- Dipartiment tal-Artijiet kienet tagħmel marka fiżika sabiex tindika l-periferija ta' kull stabbiliment, kif ukoll spezzjonijiet regolari mill-uffiċjali tal-infurzar sabiex jassiguraw li n-negozji qed jimxu skont il- permess tagħhom. "Bi ppjanar serju u infurzar konsistenti, huwa possibbli li dawn l-istabbilimenti jitħallew joħorġu mwejjed u siġġijiet għall- klijenti tagħhom waqt li nżommu aċċess għall-vetturi tal-emerġenza u s-sigurtà tan- nies li jkunu bil-mixi," żied jgħid Dingli. Dingli afferma l-bżonn li jkun hemm bilanċ bejn il-ħtiġijiet tan-negozji u d-drittijiet tar-residenti, bis-saħħa ta' approċċ strateġiku. Approċċ li jagħti prijorità lill-ippjanar urban u infurzar effettiv, billi l-Belt tinqasam f 'żoni differenti b'distinzjoni ċara bejn liema żoni huma kummerċjali u oħrajn residenzjali, hekk kif ir-residenti huma r-ruħ tal-belt filwaqt li n-negozji jagħtuha l-ħajja, qal Dingli. Minbarra Dingli, tkellem fuq il-kwistjoni wkoll l-Eks Sindku tal-Belt Alfred Zammit. Hu qal li rridu nimu li din hija l-belt kapitali li tikkompeti għat-turiżmu bħal Pariġi u Londra, fost l-oħrajn u għalhekk hija belt kapitali Ewropea. "Irridu niddeċiedu xi rridu. Belt kif kienet qabel, li wara s-7 p.m. tkun baħħ għall-wirdien biss jew irridu Belt ħajja però organizzata?" staqsa Zammit hekk kif qal jekk immorru lura għaż-żmien li l-Belt kienet mejta, hemmhekk inkunu qed nisparaw f 'saqajna u l-ekonomija tal-pajjiż. Hu qal li dan il-ġid mhuwiex il-problema, hekk kif kien hemm żminijiet fejn ħwienet ma kellhomx fejn ipoġġu n-nies. Barra minn hekk, hu qal li r-residenti jridu wkoll jimu li qed jgħixu fil-belt kapitali. "Il-Belt Valletta mhijiex biss tar- residenti, imma hija għal kulħadd. Għandu jkun hemm bilanċ sabiex ma jweġġa' ħadd." Zammit qal li sabiex ikun hemm Belt aħjar hemm bżonn infurzar organizzat – bħall-pulizija li hu qal dejjem għamlet xogħolha tajjeb – sabiex il-liġi tiġi osservata. Hu rrakkonta li fil-ħames snin li hu kien sindku, kien hemm sentejn waqt il-pandemija fejn wara li beda jbatti l-virus, il-kunsill flimkien mal-gvern taw "iċ-ċans" lil xi stabbilimenti żgħar, sabiex ma jaqalgħux u ma jitilfux xogħol in-nies, li joħorġu "it imwejjed barra". Imbagħad minn hemm, kien hemm xi wħud li wara li għadda kollox pretendew li kollox se jibqa' l-istess, skont Zammit. "Belt mejta ma ġġib l-ebda problemi. Belt ħajja se ġġib il-problemi," qal Zammit hekk kif qal li hemm bżonn ta' kontroll fuq is-suċċess tal-Belt li qed joħloq dawn il-problemi. Hu kien issuġġerixxa li kull stabbiliment jiġi regolat skont il-liġi, hekk kif hu saħaq li hemm xi stabbilimenti li m'għandhomx permess għall-imwejjed u s-siġġijiet barra. Simili ta' dak li qal Dingli, Zammit irrakkomanda li jitpoġġew sinjali mal-art ta' sa fejn jistgħu joħorġu l-istabbilimenti. Hu jemmen li l-problema hi li hawn ristoranti u bars li ż-żona permessibbli skont l-Awtorità tal-Artijiet, li huma responsabbli għall-permessi tas-siġġijiet u l-imwejjed flimkien mal-MTA, li joħorġu dekorazzjonijiet bħal pjanti jew boards bil-menus barra li mhumiex permessibbli. L-ispazju pubbliku jrid ikun garantit, qal Zammit b'rabja speċjalment kontra l-pjattaformi li joħorġu ħwienet fit-triq għaliex dawn ma jistgħux jitneħħew. L-Eks Sindku qal li hu kien jiem eżatt is- sitwazzjoni tal-Belt, hekk kif hu twieled il- Belt, jgħix il-Belt u għandu żewġ ristoranti l-Belt Valletta li fetaħ qabel ma kien sindku li m'għandhomx siġġijiet u mwejjed fit- triq, allura jiem il-bnadi kollha. Inkorlat, huwa spjega li l-inġustizzja jaffaċċjawha r-ristoranti wkoll li jagħmlu madwar 20% profitt biss mill-qligħ u li mhux qed isibu Maltin sabiex jaħdmu fir-ristoranti. Zammit elabora fuq l-avviż legali li kienet ħarġet fuq il-mużika li r-ristoranti jistgħu jibqgħu jdoqqu sas-1am. "L-ewwel nett, l-avviż jgħid li mhux il-Belt kollha imma ċerti toroq hemm imsemmijin," inkluż Triq il-Merkanti, Triq il-Forn l-Antik, Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika, Triq Nofsinhar, Triq Santa Luċija u Strada Stretta. Hu qal li l-infurzar għalhekk huwa ċ-ċavetta għal dan il-bilanċ, infurzar li jinkludi koperazzjoni u djalogu man- negozji. Zammit qal li l-Belt trid iżżomm id-dekor tagħha skont il-kultura Barokka tagħha, inkluż fil-mużika li tindaqq. Hu ssuġġerixxa li l-mużiċisti li jdoqqu fil-Belt irridu japplikaw mal-kunsill lokali sabiex ir-ristoranti jmorru għand il-kunsill għall- mużiċisti, u d-divertiment tal-ogħla kwalità jkun ikkontrollat mill-kunsill. Din il-gazzetta tkellmet ukoll, kemm ma' residenti, kif ukoll ma' proprjetarji ta' negozji żgħar li mhumiex stabbilimenti tal-ikel. Il-maġġoranza ta' dawn qalu li l-mużika ttelliom, li tibda minn nofsinhar sas-2 a.m. bla waqfien. Barra minn hekk, huma qalu li l-proprjetarji jagħmlu vendikazzjonijiet lil min jirrapporta, b'tali mod li qed iħallu lill-pulizija bla poter. Bilanċ bejn attività ekonomika u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti I L - B E L T V AL L E TT A T A Ħ T A S S A L T Il-Perit Frank Muscat ingħata t-tender mill-Awtorità tal-Artijiet biex ifassal masterplan għall- allokazzjoni ta' żoni għall-istabbilimenti tal-catering fi Triq il-Merkanti l-Belt u t-toroq tal-inħawi L-eks sindki tal-Belt, Alexiei Dingli (xellug) u Alfred Zammit

