Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 Roderick Galdes akkużat li kien qed idur u jilgħaq il-kuntratturi IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dan il-għaliex Marlene Mizzi, li kienet iċ-Chairperson tal- Malita Investments u li taqa' taħt Galdes, f 'messaġġ fuq il-media soċjali akkużat lil Galdes li kien qed idur u jilgħaq il-kuntratturi. Mizzi tneħħiet mill-kariga ta' chairperson b'mod xejn dekoruż. L-Eks Deputat Parlamentari Laburista fl-Ewropa hija magħrufa għall-mod żbukkat u dirett. Mizzi, b'li ddikjarat, poġġiet lil Galdes fin-nar sew. Il-Malita Investments ġiet mogħtija sfida impossibbli mill- amministrazzjoni tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat biex isservi ta' strument finanzjarju biex suppost tiffinanzja l-binjiet soċjali — imma l-istruttura finanzjarja tal-Malita tidher li falliet bil-kbir għax ma kienx hemm biżżejjed dħul mill-kirjiet ta' binjiet taħt il-kappa tagħha. U biex tgħaxxaqha, il-Kap Eżekuttiv tal-Malita Investments Johann Farrugia rriżenja mill- kariga tiegħu wkoll. Dan kollu jkompli jpoġġi aktar pressjoni fuq Galdes. F'dawn l-aħħar snin, b'mod speċjali mill-elezzjoni tal-2022 'l hawn, Galdes telqulu bosta nies. U ħafna mir-rivali tiegħu tal-istess partit mhuma juru l-ebda simpatija għal dan l-aħħar episodju. Fil-Partit Laburista, Galdes huwa kkunsidrat bħala politiku bla kariżma u deskritt minn ħafna bħala bozza tal- elf — deskrizzjoni biex tagħti l-impressjoni li persuna mhi impressjonanti xejn. L-istorja ta' Galdes kompliet tieħu daqqa 'l isfel fl-2024, fl- elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali. Dakinhar, il-Partit Nazzjonalista akkuża lill-Partit Laburista li rreġistra kważi mitt resident fi proġett ta' akkomodazzjoni soċjali fis- Siġġiewi, li kien għadu qed jinbena u mhux lest. Il-PN kien iddeskriva l-każ bħala użu sistematiku ħażin tal- akkomodazzjoni soċjali, u ndħil fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta' Ġunju 2024. Fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-2019 il-Partit Laburista kien rebaħ is-Siġġiewi għall- ewwel darba fl-istorja tal- elezzjonijiet lokali, b'vantaġġ ta' 70 vot. Imma fl-elezzjoni tal- 2024, il-PN rebaħ is-Siġġiewi lura b'maġġoranza sostanzjali. Persuni magħrufa bħala votanti Laburisti u ta' Galdes kienu ngħataw units li lanqas ma kellhom bieb ta' barra jew servizzi tad-dawl jew tal-ilma. Żewġ terzi tal-individwi rreġistrati bħala residenti fis- sit kienu minn Ħal Qormi, li huwa d-distrett ikkontestat mill- Ministru għall-Akkomodazzjoni stess, Roderick Galdes. Minkejja dan l-iskandlu u r-riżultat elettorali tal-2024, Galdes baqa' f 'postu u l-mistoqsija trid tkun sakemm ħa jibqa' ttollerat bħala Ministru tal-kabinett ta' Abela. ARA L-EDITOTJAL PAĠNA 11 Fil-Partit Laburista, Galdes huwa kkunsidrat bħala politiku bla kariżma

