Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -għajta kollettiva minn deputati Laburisti għall-applikazzjoni ta' dar tal-anzjani f 'Ħaż-Żabbar hija sinifikanti u interessanti. L-iżvilupp u l-applikazzjoni mhix unika. Infatti f 'kull rokna f 'Malta u Għawdex hemm applikazzjonijiet bħal dawn, b'disprezz assolut għall-interessi tal- komunità jew inkella l-ħarsien storiku jew inkella t-tessut soċjali tal-bliet tagħna. Nistaqsu: B'liema dritt dan il-permess ma jgħaddix għax tkellmu erba' kbarat mill-gvern u permess ieħor fejn m'hemmx vuċijiet bħal dawn jibqgħu għaddejjin? B'liema interpretazzjoni tal-liġi tal-ippjanar, applikazzjoni tgħaddi u oħra ma tgħaddix? Ma rridux niiehmu ħażin. Aħna naqblu mal-oġġezzjonijiet għal dan l-iżvilupp, imma wisq nibżgħu li l-problema mhix min qed japplika jew jinvesti imma r-rilutanza tal-gvern ta' din l-amministrazzjoni li tirrevedi l-liġijiet tal-ippjanar u tagħti it nifs lill-komunitajiet. Meta kien hemm iċ-ċans li dan isir, f 'nofs is-sajf rajna proposta ta' riforma li kienet se tkompli tgħakkes il-komunitajiet. Illum hemm realtà li Malta u Għawdex huma taħt assalt, grazzi għal-liġijiet li qed jagħtu d-dritta lil min irid jagħmel li jrid. F'kull sondaġġ, inkluż ta' Marmara li hu magħruf għal kemm hu viċin il-Partit Laburista, is-sinjali huma ċari. In-nies iridu azzjoni biex l-iżvilupp sfrenat u bla rażan jieqaf. Sakemm ikun hemm liġijiet tal-ippjanar ħżiena u policies tal-ippjanar oxxeni se jkun hemm żviluppaturi li se jkomplu jisfruttaw din is-sitwazzjoni. Għalhekk kien ikun aħjar li kieku Alex Agius Saliba, Clyde Caruana, Carmelo Abela u Edward Zammit Lewis marru f 'ras il-għajn u talbu li wasal iż-żmien li l-azzjoni tittieħed biex il-liġijiet tal-ippjanar jinbidlu biex dan it-tip ta' żvilupp ma jsirx. Il-każ ta' Roderick Galdes Roderick Galdes ilu ħafna li suppost telaq. Fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-2024, kien involut direttament fl-għoti taċ-ċwievet, kif ukoll it-trasferiment ta' ID cards (residenza) ta' numru mdaqqas ta' nies fil-kunsill lokali tas-Siġġiewi. Meta dawn l-appartamenti f 'housing tal-Gvern lanqas kienu lesti jew abitabbli. Dakinhar, l-azzjonijiet skandaluża ta' Galdes ġew skużati u l-kunsill lokali inbidel minn maġġoranza Laburista għal dik Nazzjonalista. Wara l-elezzjonijiet tal-2024, allajbierek kulħadd weħel (intortament) għat-telfa fil- voti tal-Labour u kellhom jitilqu jew telqu ħafna rjus kbar. Galdes imma baqa' hemm. Issa llum għandna każ ieħor ... serju wkoll. Huwa ċar li Galdes qiegħed jaġevola nies bħal Joe Portelli, wieħed mill-iktar żviluppaturi kbar f 'pajjiżna, magħruf għall- mod kif jieħu dak li jrid. Hemm talba biex Galdes jitlaq u jirriżenja. Ma nafux x'qed jistenna. Li nafu li hemm bżonn investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet li dan xtara appartament taħt il-valur tas- suq filwaqt li Joe Portelli kellu u għandu arranġament ġewwa Għawdex li mhux biss jipprovdi appartamenti għall-housing imma li juża l-introjtu tal-kirjiet lill-Gvern u l-appartamenti bħala garanzija għal bonds li qed joħroġ biex jibni dawn l-istess appartamenti. Jekk Galdes jibqa', l-effetti tad-dwejjaq u r-rabja tan-nies bilfors ħa jaqgħu f 'ħoġor il-Prim Ministru Robert Abela. Li kieku Galdes xi stilla politika tiem ir-raġunament għalfejn għandu jibqa', imma Galdes mill-ewwel passi li ħa fil-politika dejjem wera ġudizzju ħażin. Edwin Vassallo Huwa żball li l-Eks Deputat tal-PN Edwin Vassallo jerġa' jitħalla jidħol fil-PN. L-ideat leminija tiegħu mhumiex biss antikwati imma jmorru kontra l-essenza ta' politika li tħares il-prinċipji fundamentali ta' soċjetà ħanina u ugwali. Il-Kap tal-PN Alex Borg qed juri li ma tantx jiem l-importanza ta' dan kollu. Forsi jaħseb li importanti li jirbaħ elezzjoni l-ewwel u qabel kollox. B'Edwin Vassallo ma tantx nimmaġinaw li se jirbaħ ħafna. Anzi kuntrarju. Imma li tipprova tirbaħ akkost ta' kollox u titlef ruħek mhux val a pena. Żgur mhux f 'każ ta' xi ħadd li qed jipprova jagħti l-immaġini ta' xi ħadd modern u żagħżugħ. L-għajta kontra l-iżvilupp f 'Ħaż-Żabbar

