MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum opinjoni Avukat anzjan MARK SAID F l-isfond tad-dibattiti pub- bliċi u l-komplessitajiet legali li kellna dwar temi bħas-sistema tal-ink- jesti maġisterjali, in-newtralità ta' Malta, il-ħarsien taċ-ċivili mill-kawżi fil-qorti, inkella kunċetti oħra astratti, huwa kruċjali li niakru t-tħassib veru tal-votant ordinarju. Ilna issa naraw u nħossu nuqqas kbir ta' konnessjoni bejn id-dibattitu politiku, legali, kostituzzjonali u intellettwali u l-isfidi ta' kuljum taċ-ċittadin ordinarju. Il-Malti tat-triq mhuwiex interessat b'dawk it-tipi ta' dibattiti. Aktar interessat fi kwistjonijiet li jolqtu l-ħobża ta' kuljum, bħal kif il-politiċi tagħna sejrin ibaxxu l-għoli tal- ħajja, jittrattaw il-kirjiet tad-djar residenzjali, jew kif inaqqsu drastikament il-ħin tal-ivvjaġġar. Il-bniedem hemm barra jiġi jaqa' u jqum mir-riforma kostituzzjonali, inkella r-riformi fil-qrati, jew jekk il-membri parlamentari tagħna għandhomx ikunu full-time u togħlhielhom il-paga. Bosta mill-politiċi tagħna fuq iż-żewġ naħat tal- Kamra ġeneralment jitkellmu dwar temi lil hinn mill-moħħ tal-votanti ordinarji, dan waqt li aħna hawn barra qegħdin nissieltu, inweġġgħu u nirriutaw li nisimgħu jew naraw dak id- dibattitu kollu ta' xejn u l-bogħod mir-realtajiet hawn barra. Il-votant komuni, inkella min jiddeċiedi ma jivvutax, jistenna li l-politiċi jitkellmu fuq jew li jkunu konxji dwar il-kwistjonijiet ta' kuljum, iżda dawn jiġu injorati, u din hija r-raġuni għala ma jattirawx il-vot ta' protest jew il-vot li ma jintefax fil-kaxxa. Illum il-ġurnata, il-politiċi tagħna messhom tgħallmu li l-votanti tal-klassi medja jiġu miġbuda aktar minn politika ekonomika milli kampanji bbażati fuq l-identità, jew imbuttati minn attivisti. B'dispjaċir, il-partiti ż-żgħar u dawk periferali donnhom irrassenjati li jaċċettaw il- pożizzjoni tagħhom ta' minoranza permanenti u bla snien. Qed jibqgħu politikament ineffettivi, bil-messaġġi tal- kandidati tagħhom it li xejn jaslu f 'widnejn il-votant, inkella huma moralment insostenibbli. L-aktar kandidati b'saħħithom huma dawk li l-prijoritajiet tagħhom ikunu kwistjonijiet fil-ħajja ta' kuljum, bħalma huma l-impjiegi u l-ekonomija, aktar milli l-immigrazzjoni jew il-ġustizzja razzjali, u li jitkellmu dwarhom b'mod konsistenti u mhux kontradittorju, inkella retorikament. Dan li jistennew il-votanti mill-klassi medja li l-PN u l-PL ilhom jissieltu biex jattiraw, inkluż votanti mill-irħula u komunitajiet minuskoli u votanti mill-klassi tal-ħaddiema. Il-votant ordinarju ma jikkastigax lill-kandidati għax jippromovu d-drittijiet ċivili, imma meta jkollhom atteġġjament t'attivisti, retoriku, x'aktarx li jitilfu l-voti. Kandidati popolisti li jiffukaw prinċipalment fuq l-ekonomija jiksbu aktar appoġġ mill-moderati u l-progressivi li jiffukaw fuq l-immigrazzjoni, in-newtralità jew ir-riforma elettorali. Bil-kampanja elettorali prattikament imnieda minkejja li l-elezzjoni għadha madwar sena u nofs 'il bogħod bil-partiti jħejju ruħhom għaliha, l-istess partiti jagħmlu sew kieku jeżaminaw il-kwistjonijiet li l-Maltin iħossu li huma l-aktar vitali dwar kif se jivvutaw. Inbassar li l-għoli tal-ħajja nsibuha fil-quċċata tal-lista, bis-saħħa tkun fit-tieni post, segwita minnufih mill- ekonomija inġenerali, sabiex imbagħad probabbilment insibu l-immigrazzjoni u l-isplużjoni fil-popolazzjoni. Aktar 'l isfel fil-lista, wieħed jistenna li jkun hemm temi pressanti bħall- problema tal-pensjoni, il-ħajja familjari u l-ħarsien tat-tfal, il-problemi fit-traffiku, il-kriżi tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-benefiċċji soċjali u ċerti problemi fis-sistema edukattiva. It-tħassib fuq l-inflazzjoni donnu reġa' kiber, hekk kif il- gvern bla dubju ta' xejn qed ibati biex jikkontrolla t-theddida ta' kriżi bla rażan fl-għoli tal-ħajja. Bi kwistjoni tant taħraq bħal din, il-korruzzjoni dejjem tinfirex f 'pajjiżna taf titlef is-serjetà tagħha u titqies xejn gravi għal pajjiżna. Bil-Lejber mistenni li jirbaħ l-elezzjoni li ġejja, l-għoli tal- ħajja żgur se jkun l-aspettattiva għal dawk li beħsiebhom jivvutaw Lejber u jistennew li Robert Abela jagħtih prijorità kemm-il darba jerġa' jsib ruħu f 'Kastilja. Għalihom, x'aktarx li l-għoli tal-ħajja se jkun waħda mill-akbar raġunijiet li jwassluhom biex jiddeċiedu kif jivvutaw, segwiti mill-problemi fis-saħħa u s-sostenibbiltà ekonomika. Għal min beħsiebu jivvota lin- Nazzjonalisti, għall-kuntrarju, stennew li dawn ikunu miġbuda bil-kampanja tal-PN immirata kontra t-theddid għas-saltna tad-dritt f 'pajjiżna, it-tema tad- demokrazija, l-istituzzjonijiet tagħna, il-korruzzjoni, iċ-ċifri esaġerati fil-popolazzjoni, kif ukoll l-ambjent, minkejja nuqqas ta' viżjoni nazzjonali ċara għas- snin li ġejjin. Naturalment, stennew li jkun hemm differenzi kbar bejn il- ġenerazzjonijiet f 'dak li għandu x'jaqsam ma' liema temi huma l-aktar importanti fuq fejn u għal min sejrin jixħtu l-vot tagħhom. Is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet u kemm iservuhom il-flus x'aktarx li se jkunu l-akbar tħassibiet għal min għandu aktar minn 65 sena, meta nqabblu m'oħrajn t'età iżgħar, bħalma huma ta' tħassib ukoll il-popolazzjoni dejjem tespandi kif ukoll il-faċilitajiet sanitarji u għall-kura tal-anzjani. Għal dawk l-iżgħar u min se jivvota għall-ewwel darba, l-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli probabbilment se tkun l-akbar tħassib għalihom, bħalma se jkunu l-ambjent u t-tibdil fil-klima, li t-tnejn li huma mistennija li jkunu fuq quddiem tal-lista ta' tħassib. B'amministrazzjoni Laburista fejn Malta qed tispikka grazzi għal ekonomija nazzjonali robusta u dejjem tikber, b'rata rekord ta' qgħad, tnaqqis favorevoli fit-taxxi u kontijiet t'enerġija ssussidjati, jaf ikun hemm maġġoranza sinifikanti tal-elettorat li ġeneralment tkun inklinata tivvota għall- kontinwità ta' ħajja, li, tħobbha jew tobgħodha, ormaj issa drawha u allura jippreferu aktar mill-istess, aktar milli jivvutaw għal bidla fil-gvern minn dak attwalment fil-poter għal wieħed Nazzjonalista nieqes minn roadmap dixxernibbli jew sostenibbli. Fl-aħħar mill-aħħar, l-identifikazzjoni u l-assoċjazzjoni ma' partit m'għadhomx aktar previżjoni importanti fil-preferenzi tal- votazzjoni peress li perċentwali dejjem tikber mill-elettorat ma jesprimu ebda identifikazzjoni jew sħubija ma' xi partit politiku, u modi alternattivi ta' kif wieħed jantiċipa u jbassar il-preferenzi tal-votanti huma prattikament eżistenti, mentri s-sondaġġi regolari li naraw, xejn m'għadhom preċiżi jew indikattivi. Dawk li jqisu lilhom infushom bħala kandidati indipendenti probabbilment jaf jiksbu għadd sinifikanti ta' voti fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, u l-partit li l-aktar jiret voti minnhom jaf li jkollu l-miżien ixaqleb favur tiegħu. Biss, dejjem se jibqa' l-periklu li nibqgħu bi gvern korrott elett miċ-ċittadini onesti u li jħallsu t-taxxi imma li jiddeċiedu li ma joħorġux jivvutaw. U kif dejjem nisimgħu u naqraw: f 'kull elezzjoni r-riżultat finali u determinanti jibqa' kaxxa magħluqa sal-aħħar mument! It-tħassib tal-votant ordinarju It-tħassib fuq l-inflazzjoni donnu reġa' kiber

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 December 2025