MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

"Hemm relazzjoni bejn il-faqar, il- homelessness, l-abbuż tad-droga, problemi tas- saħħa mentali u s-sentenzi ta' ħabs mogħtija." opinjoni illum • IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 09 Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Ġlieda Kontra l-Faqar, Esklużjoni Soċjali u Pensjonijiet IVAN BARTOLO F l-1839, omas Carlyle qal li "l-kundizzjoni li fiha jinsabu l-bnedmin ġo pajjiż, hija l-kundizz- joni li fiha jinsab il-pajjiż stess", però 175 sena wara għadna nfallu ma' ħafna persuni bi bżonnijiet kumplessi li verament għandhom bżonn tal-għajnuna tagħna. Bħal f 'Malta llum, nibdew minn bidu ħażin billi niffukaw fuq il-problema u mhux fuq il-persuna. Apparti li one fits for all. Dan inaqqas iċ-ċans tas- suċċess mill-bidu u jġegħelna nħarsu lejn problema waħda maqtugħa mill-bqija. Ħafna drabi nagħtu tikketta lill-persuni bħal homeless jew addicts jew offenders pereżempju — meta l-problema reali tkun aktar ta' dipressjoni, nuqqas ta' reżiljenza, solitudni, tkissir fir- relazzjonijiet, instituzzjonaliżmu u nuqqas t'opportunitajiet. Meta wieħed jiffoka fuq il-persuna, dawn il-kwistjonijiet joħorġu imma huwa rari li s-sistemi jkollhom bażi fuq dan il-ehim. Skont l-organizzazzjoni ta' karità 'Centrepoint', 33% taż- żgħażagħ li huma homeless għandhom problemi ta' saħħa mentali u minn dawn 7% biss ikollhom dijanjożi formali. Ħafna minn dawn iż-żgħażagħ li jispiċċaw fit-toroq jiġu trattati biss għall-problema tad-droga u xorb li jkollhom allura jiġi trattat biss is-sintomu u mhux il-problema attwali. Nafu li dak li jsostni l-bniedem f 'mumenti diffiċli huwa r-relazzjonijiet tajba u b'saħħithom mal-familja u l-ħbieb. Ħafna drabi dawn l-istess strutturi li jistgħu joffru għajnuna jitneħħew jew ma jiġux ikkunsidrati bħal tfal li jitneħħew minn mal-ġenituri u jintbagħtu ġo foster home flok man-nanniet jew qraba oħra. Barra minn hekk ħafna mill-ħaddiema fil-qasam soċjali jgħidu li jqattgħu aktar ħin fuq xogħol amministrattiv milli fuq il-persuna nfisha u dan joħloq burnout u turnover għoli. Bħala riżultat ikun hemm ħafna tibdil fis-social workers li jkunu assenjati u dan joħloq iżolament u rabja fil-vittma. Professjonisti fil-qasam iħossu li huma biss jimlew il-kaxxi, u mhux jagħtu ħinhom u saħħithom għall- individwu u l-iżvilupp tiegħu. F'pajjiżna s-stwazzjoni naraha ferm simili. L-istat irid jiżgura li l-organizzazzjonijiet li joffru s-sapport ikollhom sapport mill-istrutturi ta' fuq. Mingħajr dan, dawk li għandhom bżonn l-għajnuna f 'qasam ta' relazzjonijiet, ma jingħatawx din l-għajnuna. Matul iż-żmien ifisser li naraw x'inhuma l-kawżi li joħolqu l-inugwaljanza, il- faqar, in-nuqqas ta' kunfidenza, l-edukazzjoni u s-soċjal. Kif kien qal Jon Cruddas, "jekk m'hemmx l-ispirtu ta' bidla fil- persuna u tama għal ħajja aħjar, mela se jkun hemm falliment fil-poter fundamentali tar- relazzjonijiet li jżommuhom f 'posthom." Il-kunċett tal-Ġustizzja Soċjali ilu li ġie rrikonoxxut minn dawk fuq ix-xellug tal-politika, però ħafna mill- Gvernijiet kienu qed iħarsu lejn is-sintomi tal-faqar u mhux lejn il-kawżi. Tradizzjonalment ħafna mid-diskussjonijiet fuq il-ġustizzja soċjali kienu jiffukaw fuq l-inugwaljanza u fuq il-foqra li jaħdmu però s-suġġett huwa aktar vast u għalhekk soluzzjonijiet fuq min ikun żvantaġġat għandhom jiġu milqugħa. Neħtieġu aktar impenn biex niffukaw fuq il-kawża ewlenija u fuq l-iżvantaġġi tad-diversi livelli tas-soċjetà. Dawk li qegħdin fil-margini tas-soċjetà qed ibatu aktar minħabba l-isfond ekonomiku. Miljuni ta' nies batew u l-ebda ċekk mhu se jkun biżżejjed biex joħroġ lill-persuni kollha mill-faqar. Minflok għandu jkun hemm ilqugħ tajjeb u nibdlu l-mod ta' kif is-servizzi jingħataw. Dan huwa dak li verament jibdel il- ħajja tal-persuni fil-faqar. Hemm relazzjoni bejn il- faqar, il-homelessness, l-abbuż tad-droga, problemi tas-saħħa mentali u s-sentenzi ta' ħabs mogħtija. Biex tkompli tagħqad, is-swieq tax-xogħol minn riċerki varji juru li dawn il-ħaddiema huma mħallsin bi it u jkompli jagħti ċ-ċans joħloq aktar ċans ta' esplojtazzjoni. Hemm kwistjonijiet aktar inkwetanti fejn ħaddiema jitħallsu b'figura żgħira fuq l-idejn, u din tnaqqas id-dinjità ta' ħaddiem jitħallas kif suppost u għalhekk ikun hawn ħafna li jaqgħu f 'work- based poverty. Irridu nimu dak li l-poplu inġenerali jaħseb dwar ir- raġuni għall-faqar. Xi wħud jaħsbu ħafna nies jimu li meta taħdem ħafna jkollok suċċess fil-ħajja. Għalhekk huwa faċli li nsibu raġunijiet għal dawk li ma ħaqqhomx u ngħidu li dawn jinsabu f 'din is-sitwazzjoni għax ma jgħinux ruħhom. Għalija dan it-tip ta' raġunar huwa l-akbar faqar. Teżisti perċezzjoni li huma bosta dawk li qed jieħdu vantaġġ minn sistema li tħajjar li dak li jkun biex ma jaħdimx. Fil-fatt ħafna jaħsbu hekk 'Jekk kont kapaċi jien, għaliex mhux huma?' Xi wħud sabu s-sodda mifruxa, oħrajn kibru f 'familja li minkejja li mhumiex sinjuri, iżda bl-għaraq ta' ġbinhom għamlu ħilithom, baqgħu b'xejn huma biex jagħtu edukazzjoni u ħajja dinjitarja lil uliedhom. Oħrajn twieldu taħt stilla xejn sabiħa. Issa flok naraw x'se nagħmlu, se nkomplu niġġudikawhom? Il-ġudizzju fuq il-foqra 33% taż-żgħażagħ li huma homeless għandhom problemi ta' saħħa mentali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 December 2025